3 minute read

Il-Kelma tal-Kappillan

Kil-kelma tal- appillan Fr. Brian Gialanzè

Imma qed noħlom? Għidli li din ħolma! Hekk għidt lil San Ġużepp meta ġejt wiċċ imb’wiċċ mar-realtà li dak kollu kellna ppjanat għal din is-sena b’rabta mal-150 sena anniversarju minn meta Papa Piju IX iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-knisja Universali bdejt nikkanċellah jew nipposponih minħabba l-COVID. Kelli nagħmlu b’għafsa ta’ qalb kbira wara ħidma mill-qalb ġeneruża ta’ dawk li huma nvoluti fil-ħidma u l-ħajja tal-parroċċa.

Advertisement

Iżda fil-ħajja dak li jgħodd hu kif tapprofitta ruħek mill-mument afdat lilek. X’ser tagħmel? Tisħet id-dlam jew tixgħel xemgħa? F’ċirkustanzi bħal dawn San Ġużepp għandu jgħallimna ħafna. San Ġużepp, Marija u Ġesù kellhom jgħaddu mil-kwarantina, mill-iżolamenet tagħhom ukoll. Kellhom jaħarbu lejn l-Eġittu biex jaħarbu minn Erodi li ried joqtol lil Ġesù. Ma nafux kif għexet il-Familja Mqaddsa f’dan iż-żmien ta’ iżolament. Xi tradizzjonijiet jgħidu li għexu l-Eġittu għal erba’ snin. Żgur li ma kienx faċli għall-Familja Mqaddsa li jgħixu l-bogħod mill-ħbieb u mill-familja. Żgur li San Ġużepp għal xi żmien kien bla xogħol u kellu jfittex ixxogħol f’art ġdida.

F’ċirkustanzi bħal dawn San Ġużepp għandu

Realtà oħra li l-COVID ġabet magħha hija jgħallimna ħafna n-neċessita tax-xogħol mid-dar. Meta fi Frar li għadda konna l-Art Imqaddsa u żorna Nażaret stajna ninnotaw li d-dar u l-ħanut tax-xogħol ta’ San Ġużepp kienu ħaġa waħda. Matul dan iż-żmien ta’ iżolament ħafna familji għexu din l-esperjenza billi kellhom jieħdu xogħolhom iddar u ħadmu mid-dar bit-tfal imdawwrin magħhom. Ġieli kelli nċempel lil xi ħadd fuq xi biċċa xogħol u fl-isfond tisma’ t-tfal jilgħabu jew jiġġieldu u ommhom issikkithom għax missierhom irid jaħdem u jaqdi n-nies.

Din hija Edizzjoni Speċjali tal-ktieb tal-festa ad unur San Ġużepp fil-Kalkara: maħruġa fl-okkażjoni tal-150 anniversarju millproklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali

esta San Ġużepp F il-Kalkara, 2020 3 fl-1870 mill-Beatu Papa Piju IX, u bħala tifkira tal-Quddiesa Solenni u l-Pellegrinaġġ bil-vara titulari li se jsiru nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju 2020 minħabba l-pandemija Covid-19 li laqtet lil Malta u lid-dinja.

Ġużeppi, ir-raġel li kien tant qrib ta’ Ġesù kellu jaħdem ma’ martu u b’Ġesù ma’ saqajhom kif għamilna matul dawn iż-żminijiet. Fi żmien Ġesù, il-missirijiet kien jgħallmu u jgħaddu lil uliedhom subien is-sengħa tagħhom ħalli malli jikbru jimxu fuq il-passi tagħhom. In-nuqqas tal-quddies miftuħ għall-pubbliku, bidel id-djar tagħna fi knejjes taddjar, knisja tad-dar fejn inqimu lil Alla “fl-Ispirtu u l-verità”. Għalhekk dan iż-żmien serva wkoll sabiex familji għaqqdu x-xogħol mid-dar mat-talb u mal-quddiesa u ttalb online jew fuq it-TV. Dan kien mod kif Alla xtaq iqaddisna. Il-parroċċa tagħna kienet fuq ta’ quddiem li pprovdiet żewġ quddisiet kuljum u l-Liturġija tas-Sigħat, ir-Rużarju u talb ieħor lill-familji permezz tal-media soċjali (Facebook: Parrocca San Guzepp Kalkara). Fil-mument li tħossok f’iżolament, abbandunat, fi żmien ta’ kriżi, ftakar li dak li għaddej minnu inti għaddietu wkoll il-Familja Mqaddsa u mingħandhom tirċievi l-paċi u l-konsolazzjoni. Żgur li mhux ser iħalluk waħdek, ser ikunu miegħek u jimluk bl-imħabba u l-kompassjoni. Għeżież, min bħal San Ġużepp jgħix bil-fidi, iċ-ċirkustanzi li għexna fihom kienu opportunità li nikbru fit-triq tal-qdusija. San Ġużepp stess kellu jaddatta ħajtu u jilqa’ r-rieda t’Alla minħabba t-tqala ta’ Marija u l-mibgħeda ta’ Erodi u l-ħarba lejn l-Eġittu. Iżda minkejja dan kollu baqa’ jaqdi r-rieda t’Alla minkejja d-diffikultajiet, l-inċertezzi u l-biża li għadda minnu. Jekk nimitaw lil San Ġużepp u nafdaw lil Alla, aħna wkoll ser nirbħu iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom illum. Kunu mberkin.

Il-Grupp Familji Kalkara jistieden lill-familji żgħażagħ Kalkariżi li għadhom qed irabbu t-tfal biex jingħaqdu miegħu. Il-membri talgrupp filwaqt li jiltaqgħu jaqsmu l-esperjenzi flimkien, jieħdu sehem ukoll f’diversi attivitajiet li jsiru P arroċċa San Ġużepp il-Kalkara bejniethom. Għal iżjed informazzjoni sibna fuq Facebook jew kellem lill-Kappillan tal-Parroċċa.