Ktieb Festa San Ġużepp Kalkara 2020

Page 103

K

F

bir Patrun tal-Knisja Parroċċa San Ġużepp, il-Kalkara

Fl-okkażjoni tal-150 sena mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun talKnisja Universali, il-Parroċċa tal-Kalkara ser tinawgura innu ġdid fuq l-istess tema, speċjalment għaliex il-Parroċċa tagħna hija b’mod waħdien iddedikata lil San Ġużepp taħt dan it-titlu. Dan l-innu l-ġdid għandu mużika ta’ Mro. Ray Sciberras F.L.C.M. u kliem ta’ Anselm Sciberras. Ġie rregalat lill-Parroċċa minn Lawrence u Josanne Zammit flimkien malfamilja. Minn din il-paġna nroddulhom ħajr. L-innu ‘Kbir Patrun tal-Knisja’ ser jiżżanżan għall-ewwel darba waqt il-Quddiesa Solenni ta’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju, filwaqt li ser ikun eżegwit ukoll fit-toroq għallewwel darba matul il-pellegrinaġġ bil-vara titulari ta’ San Ġużepp fl-istess ġurnata. Hawn taħt qegħdin nirreproduċu l-versi ta’ dan l-innu:

F’dan il-ħin hawn ħdejk Ġużeppi B’ħeġġa kbira miġburin Lejk inħarsu kollna mħabba Bik ninsabu lkoll mgħaxxqin. Għaliex inti tan-nisrani Il-ħarries u l-protettur Kif narawk bil-Bambin f’idek Fina qalbna b’għaxqa tfur.

Kbir Patrun tal-Knisja kollha Patrijarka mimli ġieħ Raġel ġust, ħaddiem t’eżempju, Qaddis Kbir, Ħlejju, Rebbieħ.

B’qalb miftuħa lqajt il-bxara Li wassallek il-ħabbar U tgħannaqt mar-rieda t’Alla Dawwart qalbek fl-isbaħ dar. B’dik il-qalb safja w sabiħa Lil Marija wisq ħabbejt Missier ħelu, missier twajjeb Li ’l Ġesù b’għożża rabbejt.

esta San Ġużepp il-Kalkara, 2020

101


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.