
1 minute read
Mid-Djarju tal-Qasam
Matul Lulju tellajna bosta attivitajiet marbuta mas-sajf li wħud minnhom saru appuntament fiss kalendarju tagħna. Għall-klassi kbar organizzajna nofstanhari baħar fil-bajja pittoreska tar-Ramla Ħamra. Kellna wkoll Pizza Party għal kulħadd, attività sponsorjata minn Maria, Pietru u Joel ta Rabokk Pizzeria. Nirringrazzjaw lill-familja
Muscat li ta’ kull sena jieħdu ħsieb din l-attività. Kellna wkoll il-Hamburger Party li bħas-soltu kienet f’idejn Sammy u Doris Buttigieg flimkien ma’ Nina Bonello. Kellna wkoll mawra fi Splash and Fun Park ġewwa Malta. Grupp sabiħ ta’ adolexxenti ħadu gost immens iqattgħu ġurnata f’dan il‘water park’ - appuntament li nżommu ta’ kull sena.
Advertisement


Matul Lulju komplejna wkoll b’Lobissajf 2023. Issa wasalna fl-aħħar jiem ta’ din il-kompetizzjoni fejn ir-rebbieħa jitħabbru fl-attività tat-tfal tat-Tlieta 8 ta’ Awwissu bħala parti mill-Ġimgħa Museumina.
Wara li tintemm din il-Ġimgħa
Museumina, tibda kompetizzjoni oħra li teħodna sa nofs Settembru.
Bqajna għaddejjin ukoll bit-tħejjijiet tal-Ġimgħa Museumina. L-attività prinċipali li fiha ħafna preparazzjoni hija l-play li ser tittella’ l-Ġimgħa 11 ta’
Awwissu fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Bosco. Din iġġib li fiha jieħdu sehem madwar 35 attur bejn kbar u żgħar. Anke din is-sena ser ikollna projections maħdumin fuq disinji ta’ Peter Aquilina li ser ikomplu jagħtu iktar kulur lil din ir-rappreżentazzjoni teatrali li żgur ser tingħoġob ma’ dawk li ser jarawha.

Inkomplu nħeġġukom biex matul is-sajf iżżuru l-Qasam tagħna fejn mhux biss norganizzaw bosta attivitajiet għalikom imma nżommu l-appuntament tagħna mat-tagħlim u nfittxu li fil-ħin liberu tagħna nsibu ħin biex niltaqgħu ma’ Ġesù

Ewkaristija permezz tal-quddiesa.
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id


