1 minute read

GħandekMinuta?

F’Bagdad ta’ ħafna mijiet ta’ snin ilu, bidwi fqajjar kien qed ikun imġiegħel jitlaq minn għalqa li kienet ilha għand il-familja bosta għexieren ta’ snin. Iżda ma kellux karti x’juri dwar kif waslet għandu.

Dan ġara għax raġel sinjur sar jaf b’din l-għalqa u bin-nuqqas ta’ xhieda ta’ kitba u għalhekk ħaseb kif seta’ jiksibha. Sab xi xhieda li ħallashom sew biex jixhdu li jiftakru lil nanniethom jaħdmu dik l-għalqa. U biex ikun ċert li l-għalqa tispiċċa għandu bagħat ukoll 500 dukat lill-maġistrat bħala rigal. Issa s-sinjur kellu kollox lest biex jikseb dik l-għalqa. Kellu xhieda li għax imħallsa kienu ser jgħidu li fis-snin żgħorithom kienu jiftakru lillantenati tas-sinjur jaħdmu dik ir-rabaʼ. U kellu wkoll il-maġistrat li wara li rċieva dak ir-rigal żgur li ma kienx ser jaqta’ l-kawża kontrieh. Waqt ilkawża l-maġistrat sema’ l-bidwi u x-xhieda u mbagħad qal: “Il-bidwi ma għandux xhieda iswed fuq l-abjad li din l-għalqa kienet tal-familja imma jien għandi 500 karta li turi li din kienet dejjem għand familtu.”

Advertisement

U dlonk xeħet fin-nofs il-500 dukat li s-sinjur kien bagħatlu biex mingħalih jixtrih.

Kemm hi sabiħa l-integrità. In-nies ta’ Bagdad ħassew li għandhom jiktbu l-istorja biex ta’ warajhom jifhmu s-sabiħ ta’ din il-virtù.

This article is from: