1 minute read

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Next Article
GħandekMinuta?

GħandekMinuta?

L-għalliem qalilna li cobra kapaċi toqtol iljun. Stħajt insaqsih x’inhi cobra.

Għamilt ħażin għax min ma jistaqsix ma jitgħallimx. Aħna semmejna din is-sensiela Il-mistoqsija oħt il-għerf!!

Advertisement

Cobra hi serp li jikber sa

18-il pied jiġifieri ma joqgħodx bi dritt fil-klassi li titgħallem fiha l-Museum għax din fiha biss madwar 15-il pied.

Sriep bħal dawn, barra li huma velenużi, huma wkoll b’saħħithom ħafna u jekk jirnexxilhom iduru ma’ annimal, tant jissikkaw fuqu li joqtluh. Imma l-iljuni ma tantx iħalluhom iduru magħhom għax rari jattakkawhom. Iċ-ċerv joffri ikla aħjar u mingħajr periklu.

Il-velenu tal-cobra meta tinqabad jintuża għal skopijiet ta’ mediċina.

This article is from: