AKTAR FLUS F'BUTEK

Page 3

20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

Titkellem

Matul dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda għadd ta’ skemi bl-iskop li jħajjar aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dawn huma skemi li ħasbu biex fl-aħħar mill-aħħar in-nies ikollhom dħul akbar

Charles Cardona

Jane Chircop

Doris Apap

Fleur-de-Lys

In-Naxxar

Il-Qawra

Imkattra l-postijiet tax-xogħol

Spinta kontinwa lill-ekonomija

Importanza lin-negozji żgħar

Jien għalija dawn kellhom iktar minn skop wieħed. Pereżempju l-aktar wieħed importanti hu li jipproteġu l-impjiegi li kellna f’pajjiżna fil-mument tant diffiċli. Dan sar u kien ta’ vantaġġ kbir għalina l-Maltin għax il-qgħad f’pajjiżna baqa’ fl-istess livell u l-infiq tal-poplu baqa’ għaddej. It-tieni ħaġa, il-fabbrika fiha nnifisha li l-Gvern neħħielha kemm jista’ jkun ostakli, permezz ta’ dawn l-iskemi li għamluha possibbli li tibqa’ topera f’pajjiżna u mhux titlaq barra minn Malta, f’pajjiż tattielet dinja fejn il-pagi huma ferm irħas minn hawn, u l-qgħad kien jisplodi ‘l fuq. L-aħħar punt hu dak tal-ekonomija fejn bis-saħħa ta’ dan kollu l-ekonomija baqgħet għaddejja b’ritmu tajjeb tant li dawk is-servizzi li kienu jingħataw b’xejn qabel ir-reċessjoni globali baqgħu b’xejn għal kulħadd bħas-servizz tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-istipendji, fost oħrajn. Jiena bħala eks trejdunjonista nħoss li l-Gvern Nazzjonalista veru għandu għal qalbu l-ħaddiem.

Investimenti u inċentivi bħalma ta l-Gvern matul dawn l-aħħar snin żgur għenu f’numru ta’ setturi kemm fil-qasam soċjali kif ukoll dak ekonomiku u komplew jinċentivaw numru ta’ nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Meta l-Gvern ta numru ta’ skemi lill-imprendituri, dawn, barra li setgħu jagħmlu t-tkabbir neċessarju biex ikomplu jkunu kompetittivi, spiċċaw joffru opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda full-time jew parttime. Nafu li mhux kulħadd ikun jista’ jagħti l-istess ammont ta’ sigħat bħala ħidma speċjalment meta jkun hemm tfal u nies anzjani fil-familja u għalhekk dawk li jieħdu ħsiebhom jagħmlu kuraġġ jidħlu fiddinja tax-xogħol meta jsibu impjiegi ta’ sigħat diversi. Dawn l-inċentivi u skemi kienu suċċess għalina l-Maltin għal żewġ raġunijiet li huma li l-Gvern għamilhom f’waqthom u f’ħinhom u mhux tard wisq. L-iskemi saru qabel u waqt il-kriżi ekonomika biex l-investitur kellu ċans jinvesti.

L-inizjattiva li ħa l-Gvern diġà kienet pożittiva u importanti u żgur li kienet nifs ġdid għan-negozji żgħar għax dawn setgħu jkomplu mixjin ’il quddiem filwaqt li ma setgħux jaslu kieku ma sabux spalla soda min-naħa tal-gvern ċentrali. Żgur li numru ta’ impjiegi żdiedu bis-saħħa taliskemi offruti u inċentivi iżda mhux kull negozju kiber bl-istess mod u dan tista’ tarah biss meta tara kull każ individwalment. Issib negozji li żiedu l-għadd ta’ ħaddiema b’xi erba’ persuni, oħrajn b’iktar u hemm min b’ferm inqas, jiddependi dejjem min-natura tannegozju. Imma wieħed irid japprezza l-fatt li anki ż-żieda ta’ impjiegi wieħed irid jaraha f’sitwazzjoni u xenarju ekonomiku bħal dak li għaddejna u qegħdin ngħaddu minnu. Hu diġà ħafna aħseb u ara bil-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol madwar l-arċipelagu kollu. Hu bl-għaqal tal-imprenditur ukoll li wasalna għal dan is-suċċess għax ħa l-opportunità mill-iskemi u l-inċentivi mingħajr ma qata’ qalbu u sab strateġiji ġodda ta’ kif jista’ jbigħ il-prodott tiegħu.

Joyce Bray Il-Gżira

Paul Debono

San Pawl il-Baħar

Strateġija għaqlija mill-Gvern Naqbel ħafna mal-istrateġija li uża dan il-Gvern Nazzjonalista għax li kieku l-Gvern b’nuqqas ta’ responsabbiltà għamel xi żbalji f’mument kruċjali u sensittiv bħal dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, kien se jkun ta’ diżastru għall-ekonomija Maltija u saħansitra għall-impjiegi. Flok il-Gvern qabad u investa l-flus bl-adoċċ fuq ħafna affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar ma kienu se jwasslu mkien, il-Gvern iffoka fuq skemi u proġetti b’investiment kapitali u proġetti li se jwasslu għal żieda fl-impjiegi. B’dawn il-miżuri li ħa l-Gvern u billi salva numru ta’ impjiegi l-poplu jista’ jkompli jgħix gawdut kif inhu, fl-opinjoni tiegħi. Kieku dan ma sarx, kieku żgur hawn aktar nies qiegħda u mingħajr impjieg li l-kwalità talħajja tagħhom kienet tkun waħda limitata. Self bi mgħax baxx għen lill-imprenditur jinvesti kemm jiflaħ f’mument daqshekk prekarju biex dan ikompli jfittex swieq f’pajjiżi oħra u jkattar l-impjiegi f’Malta.

Politika li tnissel kuraġġ fost l-imprendituri L-inċentivi li ta l-Gvern matul dawn l-aħħar snin f’xenarju ekonomiku għenu ħafna biex l-imprenditur jagħmel kuraġġ u jibqa’ jinvesti f’pajjiżna u jibqa’ jimpjega numru ta’ ħaddiema fl-operat tiegħu. Meta l-imprenditur sab l-għajnuna meħtieġa mill-Gvern fosthom ta’ self ta’ flus bi mgħax baxx u anki sussidji u inċentivi oħra, ħa vantaġġ u investa. Bil-flus li ffranka fl-imgħaxijiet l-imprenditur kien baqagħlu ferm aktar flus milli kieku ssellef mis-suq bankarju. B’hekk seta’ jagħmel investiment ikbar u jħaddem aktar nies. Innutajt li numru ta’ ħwienet li għamlu dan it-tip ta’ investiment saħansitra waslu biex kabbru l-operat tagħhom u ddiversifikaw fl-affarijiet li jbigħu. B’hekk ġibdu l-interess ta’ numru ikbar ta’ konsumaturi. Meta sid ta’ negozju jkollu stabbiltà u anki rasu mistrieħa dwar il-profitt li jkun qiegħed jagħmel iwassal biex numru akbar ta’ imprendituri jkunu lesti jiftħu l-bibien tagħhom u jkunu ferm kreattivi u oriġinali fl-investiment tagħhom biex ikabbru l-klijentela. Dan iwassal biex jiġu ġenerati aktar postijiet tax-xogħol u nkomplu nagħtu l-kontribut biex negħlbu l-kriżi mingħajr skossi.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.