Page 1

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Aktar flus f’butek b’anqas income tax Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem naqqsu l-income tax. F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern Nazzjonalista naqqas l-income tax għal kulħadd u speċjalment għall-ommijiet u għan-negozji ż-żgħar. U bil-budget li Muscat ivvota kontrih, Gvern Nazzjonalista jnaqqas l-ogħla rata tal-income tax minn 35% għal 25%

Tnaqqis fl-ogħla rata tal-income tax bi Gvern Nazzjonalista Il-Gvern Nazzjonalista fil-budget li għadu kemm ressaq ippropona li l-ogħla rata tal-income tax għal dħul jew qligħ sa €60,000, tinżel minn 35% għal 25% fuq tliet snin. Muscat ivvota kontra din il-proposta. Dan it-tnaqqis fit-taxxa jgawdu minnu madwar 40,000 ruħ. Igawdu minnu anzjani li issa għandhom id-dritt li jaħmu u fl-istess waqt jieħdu

l-pensjoni u li b’żewġ sorsi ta’ dħul jistgħu jispiċċaw iħallsu l-ogħla rata ta’ taxxa fuq parti minn dan id-dħul. Igawdu minnha wkoll self employed u sidien ta’ negozji żgħar li b’hekk ikunu jistgħu jinvestu aktar fin-negozji tagħhom u jħaddmu aktar nies. Igawdu minnu wkoll ħafna ħaddiema. Bi tnaqqis fit-taxxa, inti tgawdi aktar flus fil-but.

Anqas taxxa għan-negozji ż-żgħar Self-employed u sidien ta’ negozji żgħar qed jiffrankaw sa €25,000 meta jinvestu aktar u jimpjegaw aktar ħaddiema. Self-employed u SMEs f’Malta jingħataw erbgħin fil-mija tnaqqis fl-income tax tal-investiment li jkunu għamlu biex tejbu n-negozju tagħhom filwaqt li l-Għawdxin jingħataw sittin fil-mija.

ii

Fatti u Ċifri Il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-Ewropa kollha

Fost it-taxxi mneħħija għalkollox jew imnaqqsa matul din il-leġiżlatura wieħed isib dawn li ġejjin. Tnaqqis fl-income tax għal kulħadd Fl-2009 għat-tielet sena konsekuttiva tnaqqset l-income tax għal kulħadd. Aktar tnaqqis fl-income tax għall-ġenituri Fl-2012 tnaqqset l-income tax għal 55,000 ġenitur li qed irabbu t-tfal u għall-ġenituri li jħallsu l-manteniment tat-tfal jew għandhom il-kustodja tat-tfal. Anqas taxxa għall-ommijiet li jibdew jew ikomplu jaħdmu Ġiet estiża u aktar ommijiet qed igawdu mit-tnaqqis millincome tax meta jirritornaw fid-dinja tax-xogħol jew biex jibqgħu jaħdmu wara li jkollhom it-tfal: nn Nisa u ommijiet li jirritornaw għax-xogħol wara nuqqas ta’ ħames snin u li m’għandhomx tfal taħt is-16-il sena qed

iii

titkellem int Imnedija skemi li jħajru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol

jingħataw tnaqqis millincome tax ta’ €2,000 li jista’ jittieħed fuq sentejn. nn Ommijiet li jirritornaw għax-xogħol wara ħames snin u li għandhom tfal taħt is-16-il sena qed jingħataw tnaqqis ta’ €2,000 għal kull wild taħt is-16-il sena. nn Ommijiet li jkollhom it-tfal u jibqgħu jaħdmu jingħataw tnaqqis ta’ €2,000 mifrux sa sentejn għal kull wild. F’każ li l-omm tħallas aktar minn €2,000 f’income tax f’sena, ma tħallasx income tax għal sena sħiħa. nn Medja ta’ 2,800 omm fissena qed igawdu minn dan it-tnaqqis fl-income tax. Tnaqqis fl-income tax għall-ġenituri li jibagħtu t-tfal f’attivitajiet sportivi jew kulturali Ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għall-edukazzjoni sportiva jew kulturali jistgħu jnaqqsu €100 mid-dħul taxxabbli tagħhom. Aktar minn 1,000 familja

vi

fis-sena qed igawdu minn dan it-tnaqqis. Tnaqqis fl-income tax għallġenituri li jibagħtu t-tfal fi skejjel privati Għal tliet snin konsekuttivi, fl-2010, fl-2011 u fl-2012 żdied l-ammont li l-ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom fi skejjel privati jistgħu jnaqqsu mill-income tax. B’hekk minn din is-sena ġenituri li jibagħtu t-tfal f’day care centres jistgħu jnaqqsu €1,300 mid-dħul taxxabbli, għal tfal fis-skejjel primarji jitnaqqsu sa €1,600 filwaqt li għal tfal fis-sekondarja jitnaqqsu sa €2,300 mid-dħul taxxabbli. Aktar minn 4,000 familja fis-sena qed igawdu minn dan it-tnaqqis. Tnaqqis fl-income tax għal host families L-ammont mhux taxxabbli għall-familji li jżommu studenti barranin waqt li jkunu qed jistudjaw f’Malta żdied għal €3,500. Seba’ mitt familja fissena qed igawdu minn dan it-tnaqqis fl-income tax.

muscat jagħżel ħażin Muscat u Sant riedu jtellfuna l-vantaġġi tas-sħubija fl-UE


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Fatti u Ċifri

3,783 ħaddiem fis-Settur Pubbliku qed igawdu minn family friendly measures

91% tal-ħaddiema li jagħmlu użu mill-family friendly measures huma ommijiet jew nisa

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

20 13

Il-leave tal-maternità żdied minn 14 għal 18-il ġimgħa mill-2013 Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, bl-iskop li jinkoraġġixxi aktar lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew li jissoktaw bil-karriera tagħhom filwaqt li jkunu qed irabbu familja, ħaseb biex mis-sena 2012 il-leave tal-maternità jiżdied minn erbatax-il ġimgħa għal sittax-il ġimgħa u biex minn din is-sena dan il-leave jiżdied għal tmintax-il ġimgħa Il-Gvern bil-fatti wettaq inizjattiva favur in-nisa tqal li jkunu qed jaħdmu biex wara li jkollhom l-ulied dawn ikunu jistgħu jissoktaw bil-ħajja tagħhom fil-post tax-xogħol. Mis-sena 2012 il-Gvern żied il-leave tal-maternità għall-ommijiet kollha kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll għal dawk li jaħdmu fissettur privat.

Il-ħlas għal din iż-żieda fil-leave se jsir mill-Gvern, anki għall-ħaddiema li jaħdmu fissettur privat, bir-rata ta’ €160 fil-ġimgħa. Mill-2012, il-leave talmaternità żdied b’ġimagħtejn filwaqt li minn din is-sena se jiżdied b’ġimagħtejn oħra għal total ta’ tmintax-il ġimgħa. Il-Gvern daħħal avviżi legali ġodda biex jagħti aktar

protezzjoni lill-ommijiet li jkunu se jwelldu jew ikunu welldu. Matul il-perjodu tat-tqala kif ukoll sa sena wara t-twelid, omm ma tistax tkun obbligata tagħmel sahra. Ommijiet li jkunu tqal u li jkunu għadhom fuq probation ma jistgħux jitkeċċew mixxogħol mingħajr raġuni valida u bil-miktub.

410 566 persuna persuni jaħdmu permezz tat-teleworking

jaħdmu sigħat ta’ xogħol flessibbli

Il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-Ewropa kollha. Rapport tal-Unjoni Ewropea (Taxation Trends in Europe) juri li bejn bolla u taxxa, il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa. U dan issa għandu jkompli bil-proposti tal-budget tal-Gvern Nazzjonalista

Ir-rata ta’ nisa żgħażagħ sa 29 sena jaħdmu f’Malta hi sostanzjalment ogħla mill-medja Ewropea fl-istess etajiet

Il-politika tal-Gvern Nazzjonalista favur bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja qed twassal għal żieda fin-nisa jaħdmu


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

Titkellem

Matul dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda għadd ta’ skemi bl-iskop li jħajjar aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dawn huma skemi li ħasbu biex fl-aħħar mill-aħħar in-nies ikollhom dħul akbar

Charles Cardona

Jane Chircop

Doris Apap

Fleur-de-Lys

In-Naxxar

Il-Qawra

Imkattra l-postijiet tax-xogħol

Spinta kontinwa lill-ekonomija

Importanza lin-negozji żgħar

Jien għalija dawn kellhom iktar minn skop wieħed. Pereżempju l-aktar wieħed importanti hu li jipproteġu l-impjiegi li kellna f’pajjiżna fil-mument tant diffiċli. Dan sar u kien ta’ vantaġġ kbir għalina l-Maltin għax il-qgħad f’pajjiżna baqa’ fl-istess livell u l-infiq tal-poplu baqa’ għaddej. It-tieni ħaġa, il-fabbrika fiha nnifisha li l-Gvern neħħielha kemm jista’ jkun ostakli, permezz ta’ dawn l-iskemi li għamluha possibbli li tibqa’ topera f’pajjiżna u mhux titlaq barra minn Malta, f’pajjiż tattielet dinja fejn il-pagi huma ferm irħas minn hawn, u l-qgħad kien jisplodi ‘l fuq. L-aħħar punt hu dak tal-ekonomija fejn bis-saħħa ta’ dan kollu l-ekonomija baqgħet għaddejja b’ritmu tajjeb tant li dawk is-servizzi li kienu jingħataw b’xejn qabel ir-reċessjoni globali baqgħu b’xejn għal kulħadd bħas-servizz tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-istipendji, fost oħrajn. Jiena bħala eks trejdunjonista nħoss li l-Gvern Nazzjonalista veru għandu għal qalbu l-ħaddiem.

Investimenti u inċentivi bħalma ta l-Gvern matul dawn l-aħħar snin żgur għenu f’numru ta’ setturi kemm fil-qasam soċjali kif ukoll dak ekonomiku u komplew jinċentivaw numru ta’ nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Meta l-Gvern ta numru ta’ skemi lill-imprendituri, dawn, barra li setgħu jagħmlu t-tkabbir neċessarju biex ikomplu jkunu kompetittivi, spiċċaw joffru opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda full-time jew parttime. Nafu li mhux kulħadd ikun jista’ jagħti l-istess ammont ta’ sigħat bħala ħidma speċjalment meta jkun hemm tfal u nies anzjani fil-familja u għalhekk dawk li jieħdu ħsiebhom jagħmlu kuraġġ jidħlu fiddinja tax-xogħol meta jsibu impjiegi ta’ sigħat diversi. Dawn l-inċentivi u skemi kienu suċċess għalina l-Maltin għal żewġ raġunijiet li huma li l-Gvern għamilhom f’waqthom u f’ħinhom u mhux tard wisq. L-iskemi saru qabel u waqt il-kriżi ekonomika biex l-investitur kellu ċans jinvesti.

L-inizjattiva li ħa l-Gvern diġà kienet pożittiva u importanti u żgur li kienet nifs ġdid għan-negozji żgħar għax dawn setgħu jkomplu mixjin ’il quddiem filwaqt li ma setgħux jaslu kieku ma sabux spalla soda min-naħa tal-gvern ċentrali. Żgur li numru ta’ impjiegi żdiedu bis-saħħa taliskemi offruti u inċentivi iżda mhux kull negozju kiber bl-istess mod u dan tista’ tarah biss meta tara kull każ individwalment. Issib negozji li żiedu l-għadd ta’ ħaddiema b’xi erba’ persuni, oħrajn b’iktar u hemm min b’ferm inqas, jiddependi dejjem min-natura tannegozju. Imma wieħed irid japprezza l-fatt li anki ż-żieda ta’ impjiegi wieħed irid jaraha f’sitwazzjoni u xenarju ekonomiku bħal dak li għaddejna u qegħdin ngħaddu minnu. Hu diġà ħafna aħseb u ara bil-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol madwar l-arċipelagu kollu. Hu bl-għaqal tal-imprenditur ukoll li wasalna għal dan is-suċċess għax ħa l-opportunità mill-iskemi u l-inċentivi mingħajr ma qata’ qalbu u sab strateġiji ġodda ta’ kif jista’ jbigħ il-prodott tiegħu.

Joyce Bray Il-Gżira

Paul Debono

San Pawl il-Baħar

Strateġija għaqlija mill-Gvern Naqbel ħafna mal-istrateġija li uża dan il-Gvern Nazzjonalista għax li kieku l-Gvern b’nuqqas ta’ responsabbiltà għamel xi żbalji f’mument kruċjali u sensittiv bħal dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, kien se jkun ta’ diżastru għall-ekonomija Maltija u saħansitra għall-impjiegi. Flok il-Gvern qabad u investa l-flus bl-adoċċ fuq ħafna affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar ma kienu se jwasslu mkien, il-Gvern iffoka fuq skemi u proġetti b’investiment kapitali u proġetti li se jwasslu għal żieda fl-impjiegi. B’dawn il-miżuri li ħa l-Gvern u billi salva numru ta’ impjiegi l-poplu jista’ jkompli jgħix gawdut kif inhu, fl-opinjoni tiegħi. Kieku dan ma sarx, kieku żgur hawn aktar nies qiegħda u mingħajr impjieg li l-kwalità talħajja tagħhom kienet tkun waħda limitata. Self bi mgħax baxx għen lill-imprenditur jinvesti kemm jiflaħ f’mument daqshekk prekarju biex dan ikompli jfittex swieq f’pajjiżi oħra u jkattar l-impjiegi f’Malta.

Politika li tnissel kuraġġ fost l-imprendituri L-inċentivi li ta l-Gvern matul dawn l-aħħar snin f’xenarju ekonomiku għenu ħafna biex l-imprenditur jagħmel kuraġġ u jibqa’ jinvesti f’pajjiżna u jibqa’ jimpjega numru ta’ ħaddiema fl-operat tiegħu. Meta l-imprenditur sab l-għajnuna meħtieġa mill-Gvern fosthom ta’ self ta’ flus bi mgħax baxx u anki sussidji u inċentivi oħra, ħa vantaġġ u investa. Bil-flus li ffranka fl-imgħaxijiet l-imprenditur kien baqagħlu ferm aktar flus milli kieku ssellef mis-suq bankarju. B’hekk seta’ jagħmel investiment ikbar u jħaddem aktar nies. Innutajt li numru ta’ ħwienet li għamlu dan it-tip ta’ investiment saħansitra waslu biex kabbru l-operat tagħhom u ddiversifikaw fl-affarijiet li jbigħu. B’hekk ġibdu l-interess ta’ numru ikbar ta’ konsumaturi. Meta sid ta’ negozju jkollu stabbiltà u anki rasu mistrieħa dwar il-profitt li jkun qiegħed jagħmel iwassal biex numru akbar ta’ imprendituri jkunu lesti jiftħu l-bibien tagħhom u jkunu ferm kreattivi u oriġinali fl-investiment tagħhom biex ikabbru l-klijentela. Dan iwassal biex jiġu ġenerati aktar postijiet tax-xogħol u nkomplu nagħtu l-kontribut biex negħlbu l-kriżi mingħajr skossi.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar Kull sena madwar 2,800 omm qed igawdu mit-tnaqqis fl-income tax. Dan ifisser dħul akbar għal dawn il-familji

Bit-tnaqqis kontinwu fit-taxxa, aktar flus fi bwiet il-familji

Ommijiet li jkollhom it-tfal u jibqgħu jaħdmu jingħataw tnaqqis ta’ €2,000 mifrux sa sentejn għal kull wild

20 13


20 13

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v Kull sena għadd kbir ta’ ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għall-edukazzjoni sportiva jew kulturali jistgħu jnaqqsu €100 mid-dħul pagabbli tagħhom

Fl-2012 tnaqqset l-income tax għal 55,000 ġenitur li qed irabbu t-tfal u għall-ġenituri li jħallsu l-manteniment tat-tfal jew għandhom il-kustodja tat-tfal

Ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel privati setgħu jnaqqsu mill-income tax grazzi għal tnaqqis li għamel il-Gvern

Gvern Nazzjonalista ressaq budget li jipproponi tnaqqis sostanzjali fl-ogħla rata tal-income tax fuq tliet snin minn 35% għal 25%... Muscat ivvota kontra dan it-tnaqqis


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

Muscat jagħżel ħażin... “Switzerland in the Mediterranean is the policy that best suits Malta’s needs” Muscat f’The Malta Independent 09.05.2001

“Pajjiż żgħir bħal tagħna jinfileġ fl-Unjoni Ewropea” Muscat fl-Orizzont 09.01.2002

“Il-verità hi li pajjiżna ma jikkwalifikax għall-ewro” Muscat fl-Orizzont 16.03.2005

Muscat u Sant mexxew kampanja feroċi kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea... Issa Muscat jgħid li jrid ikun l-aqwa fl-Ewropa u Sant irid siġġu fil-Parlament Ewropew

...u tbati int

XEJN KONVINZJONI... ĦAFNA KONVENJENZA (dehret għall-ewwel darba: il-mument 10.05.09)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

LENTI FUQ... Din hi tabella fil-preżentazzjoni tal-konsulenti Olandiżi DNV Kema waqt it-tnedija tal-politika ta’ Muscat li jibni power station oħra

Dan hu kemm jiġi jiswa kull unit ta’ elettriku bil-politika tal-Gvern Nazzjonalista ta’ pipeline minn Sqallija finanzjat mill-UE u li jintuża fil-parti l-ġdida tal-power station li diġà bdiet taħdem

Dan hu kemm jiġi jiswa kull unit ta’ elettriku bil-politika ta’ Muscat li jġib il-gass bil-vapuri u jużah f’power station oħra ma’ dik li għandna

B’hekk, il-konsulenti tal-Labour stess qed jiddikjaraw li l-għażla ta’ Gvern Nazzjonalista tfisser elettriku orħos, apparti li Muscat irid jgħabbi piż ta’ 600 miljun ewro fuq il-pajjiż

Il-konsulenti li qabbad Muscat

Muscat jgħabbina b’piż ta’ 600 miljun bla bżonn għal elettriku li jiġi ogħla mill-għażla tal-Gvern Nazzjonalista Fit-tieni jum tal-kampanja elettorali l-leader tal-Labour Muscat ħareġ bl-idea kbira tiegħu: li jneffaq lill-pajjiż 600 miljun ewro biex jibni power station oħra ma’ dik li għandna, nibdew nipproduċu elettriku d-doppju ta’ kemm għandna bżonn, narmu l-pipeline tal-gass li tħallashulna l-Unjoni Ewropea, nibdew inġibu l-gass bilvapuri u naħżnuh f’Delimara b’periklu kbir; u dan kollu għal elettriku li skont il-konsulenti tal-Labour Party stess jiġi ogħla mill-għażla tal-Gvern Nazzjonalista li jġib il-gass bilpipeline u jipproduċi l-elettriku fil-power station il-ġdida li għadha kemm bdiet taħdem. Piż ta’ 600 miljun ewro li l-Labour jammetti 400 minnhom u jaħbi 200 Fil-preżentazzjoni tal-proposta tiegħu, Muscat ammetta li l-pajjiż se jitgħabba b’piż ta’ mill-anqas 376 miljun ewro. Qal li biċċa minn din in-nefqa

tagħmilha kumpanija privata li għadu ma jafx min hi, jew aħjar, li qed jaħbi min hi għax Muscat stess ammetta li tkellem ma’ kumpaniji privati li ma jridx jgħid min huma. Imma l-privat mhux biss ikun irid iġib lura l-ispejjeż kollha li jagħmel, imma jkun irid ukoll il-qligħ. U fl-aħħar mill-aħħar dawn il-miljuni kbar iridu jħallsuhom il-Maltin fil-kontijiet jew fittaxxi. Mal-400 miljun li l-Labour qed jammetti li tiġi tiswa l-power station żejda li jrid jibni, iridu jiżdiedu aktar minn 200 miljun oħra għallġarr tal-gass bil-vapuri, ilbini tal-faċilitajiet għall-ħatt tal-gass, il-bini tat-tankijiet tal-gass fejn jinħażen il-gass, il-bdil tal-pedament fejn se jinbnew dawn it-tankijiet li bħalissa hu terrapien u spejjeż oħrajn li l-Labour qed jaħbi. B’kollox, piż ta’ 600 miljun ewro fuq il-pajjiż.

Muscat irid jaqtagħna mill-Ewropa flok ingawdu pipeline li tħallashulna l-UE Dan kollu biex il-Labour ta’ Muscat jaqta’ lil Malta millEwropa u ma jużax il-pipeline li se jkollna ma’ Sqallija biex inkunu nistgħu nixtru l-gass u nġibuh minn hemm b’mezz li tħallsilna għalih l-Unjoni Ewropea għax jgħaqqadna mal-Ewropa. Muscat irid jarmi wkoll l-interconnector jew il-cable li se jkollna mal-grid Ewropea tal-elettriku u li bih inkunu nistgħu nixtru l-elettriku dirett mill-Ewropa bil-prezz li jaqblilna. L-għażla ta’ Muscat qatt ma tista’ tkun finanzjata millUnjoni Ewropea għax l-għażla tiegħu taqtagħna mill-Ewropa. Il-Labour jarmi taħlita ta’ sorsi u jagħmilna ostaġġi ta’ kumpanija barranija privata Flok taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija – gass bil-pipeline minn Sqallija, power station

li diġà għandna u li taħdem bl-orħos fuel u elettriku b’cable dirett mill-Ewropa – il-Labour irid jagħmilna ostaġġi ta’ kumpanija barranija privata u sors wieħed ta’ enerġija li hu ċar li għola ħafna fl-aħħar snin u mistenni jkompli jogħla.

pajjiż se jkun qed isir biex Malta tipproduċi elettriku li skont il-konsulenti talLabour stess, jiġi ogħla millelettriku bl-għażla tal-Gvern Nazzjonalista. Fil-kalkolu dettaljat tagħha, il-kumpanija Olandiża ta’ konsulenza mqabbda milIrridu nistennew sena Labour stess turi li bl-għażla sentejn anke fil-ħolma tal-Gvern Nazzjonalista, Element ieħor ta’ inkwiet hu jiġifieri li l-parti l-ġdida ta’ li żgur ma tistax tibni power Delimara taħdem bil-gass station ġdida f’sena jew sentejn li jiġi mill-pipeline minn kif qed jgħid il-Labour. U l-kbira Sqallija, l-elettriku jiġi jiswa hi, skont Muscat stess, li dan 8.7 ċenteżmi kull unit. Dan kollu għadu mhux lest; dan ikun orħos mill-prezz ta’ 9.4 “mhux done deal” kif ammetta ċenteżmi bl-għażla li qed jgħid Muscat stess, u l-familji u il-Labour Party ta’ power station n-negozji jridu jistennew sena oħra li taħdem bil-gass li jew sentejn oħra biex jibdew jinġieb bil-vapuri. jieklu dan il-ħut li Muscat qed Dan dejjem skont iljgħidilhom jixtru fil-baħar. konsulenti tal-Labour Party stess, il-kumpanija Olandiża Elettriku li skont DNV Kema li jikkonfermaw il-konsulenti tal-Labour Party fit-tabella li huma wrew waqt stess jiġi ogħla mill-għażla tal- it-tnedija tal-proposta minn Gvern Nazzjonalista Muscat stess li bl-għażla talIl-piż ta’ 600 miljun ewro li Gvern Nazzjonalista l-elettriku Muscat irid jgħabbi bih lilljiġi orħos.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 12 ta’ Jannar

“Iż-żieda fl-impjiegi li kien hemm matul din il-leġiżlatura u t-tnaqqis fil-qgħad huma riżultat tal-politika għaqlija li mexa l-Gvern biha. Politika b’viżjoni li tat riżultati inkoraġġanti minkejja li lil hinn minn xtutna diversi kienu dawk il-pajjiżi li ntlaqtu ħażin mill-kriżi finanzjarja. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħaddem politika li tat ir-riżultati... u r-riżultati ġew u gawda minnhom il-pajjiż kollu.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13

AKTAR FLUS F'BUTEK  

Suppliment is-Sibt 12 ta' Jannar 2013

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you