38 29|05|2016
kullhadd.com
SPORTS
GLADIATOR NIGHT XIII SUĊĊESSI GĦAL
MKF F’SALERNO
Fl-4 ta’ Ġunju se ssir l-edizzjoni li jmiss tal-Gladiator Night. Din se ssir fil-Victor Tedesco Stadium il-Ħamrun. Għall-ewwel darba t-taqbida ewlenija se tkun bejn atleti nisa. Mandy Cortis, Fight Factory, u Diane Schembri, Team Noel, se jiffaċċjaw lil xulxin fit-taqbida ewlenija tas-serata. Iż-żewġ atleti se jitqabdu bir-regoli tal-boxing għaċ-ċinturin tat-titlu talMediterran tal-World Boxing Union (WBU). It-taqbida se tkun ta’ 6x2 fil-kategorija tal-54kg. It-taqbidiet kollha se jiġu sanzjonati mill-Assoċjazzjoni tal-kickboxing ta’ Malta (MKBA) u millAssoċċjazzjoni tal-Boxing ta’ Malta (MBA). B’kollox se jkun hemm 12-il taqbida fid-dixxiplini tal-K1 u tal-boxing fil-livell semi-professjonali. Ħames taqbidiet se jkunu bejn atleti Maltin għatTitlu Nazzjonali fil-kategoriji rispettivi. Gladiators Promotions u BoxMania, li qed jorganizzaw l-avveniment, se jġibu wkoll atleti barranin biex jikkompetu. Dawn ġejjin mill-Estonja, mir-Renju Unit u minn Franza. L-atleti Maltin li se jitqabdu mal-barranin huma: Lydon Chircop, Christian Schembri, Brandon Spiteri, Christopher Rotin, Brandon Borg u Kerstin Brown.
X’SE JIĠRI MINN IBRAHIMOVIC? Il-plejer Żvediż ta’ 34 sena bħalissa jinsab free agent hekk kif il-kuntratt tiegħu mal-PSG intemm. Huwa mifhum li Manchester United huwa l-uniku tim tal-Premier League li Zlatan Ibrahimovic innifsu lest jikkunsidra. Aktar u aktar issa li Jose Mourinho kien appuntat kowċ tal-istess tim. Madankollu, l-aġent tiegħu Mino Raiola qal li għadha ma ttiħditx deċiżjoni fuq x’inhu l-pass li jmiss, u insista li l-klijent tiegħu m’għandux għaġla biex jieħu deċiżjoni. Raiola kkonferma li saru wkoll offerti oħrajn għal dan il-plejer fosthom mill-Ewropa u oħrajn barra mill-Ewropa. Għaldaqstant, f ’intervista li kellu nhar il-Ġimgħa li għadda, Ibrahimovic qal li diġà ddeċieda ma’ min se jingħaqad u kkonferma li sarulu offerti oħrajn barra mill-Ewropa. Huwa mifhum li din l-offerta ġejja miċ-Ċina u li t-tim tal-United mhumiex lesti li jħallsu l-istess ammont ta’ paga li dan it-tim miċ-Ċina lest li jħallas lil dan il-plejer. Qed ikun irrapport li l-ammont imsemmi huwa ta’ £53 miljun fuq żewġ staġuni. L-unika garanzija li Raiola ta hi li dan il-plejer żgur li mhux se jkun qed jirtira mill-futbol.
L-AĠENT TA’ LEWANDOWSKI F’KUNTATT MA’ REAL MADRID L-aġent ta’ Robert Lewandowski żvela li hu kellu taħdidiet ma’ Real Madrdid dwar possibbiltà li dan il-plejer jitlaq lil Bayern Munich u jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja. Dan l-attakkant Pollakk, li skurja 30 gowl l-istaġun li għadda fil-Bundesliga, fadallu tliet snin kuntratt mat-tim Ġermaniż, iżda spiss qed jissemma li jista’ jiċċaqlaq qabel iż-żmien. L-aġent tiegħu qal li Real Madrid għamlu kuntatt miegħu ftit ġimgħat ilu u sema’ dak kolllu li kellhom jgħidu. Lewandowski ngħaqad ma’ Bayern Munich fl-2014 mingħand ir-rivali Borussia Dortmund u s’issa rnexxielu jiskurja 67 gowl f ’100 partita malklabb Bavarjan. Fil-preżent, dan il-plejer ta’ 27 sena qed iħejji ruħu għall-Euro 2016 mat-tim nazzjonali tal-Polonja, u sostna li l-kuntratti mhux dejjem huma garanzija għall-futur. Fil-fatt, huwa sostna li “ilkuntratti mhumiex xi ħaġa sagra fil-futbol. Dik hi l-verità, għalkekk mhux kulħadd jista’ jaqbel magħha. Xi kultant trid taħseb dwar jekk ikunx tajjeb għalik li tmur u tesperjenza xi ħaġa ġdida,” kien ikkwotat jgħid l-attakkant Pollakk.
MESSI JWEĠĠA’ ... DUBJUŻ GĦALL-COPA AMERICA? Lionel Messi kellu jħalli l-grawnd hekk kif weġġa’ f ’daru waqt li kien qed jilgħab f ’logħba tal-ħbiberija li t-tim tal-Arġentina rebaħ bl-iskor minimu ta’ 1-0 kontra Honduras. Il-captain tal-Arġentina ħalla l-grawnd b’uġigħ kbir f ’daru wara li kien involut f ’azzjoni fejn il-plejer avversarju laqtu bl-irkoppa f ’daru. Huwa mill-ewwel kien issosstitwit minn Ever Banega. Din l-injury se tkun qed titfa’ dubji serji fuq kemm Messi jista’ jkun fiżikament ippreparat għall-kompetizzjoni tal-Copa America, li se jkun qed jingħata l-bidu għaliha l-ġimgħa d-dieħla fl-Istati Uniti. Fil-kompetizzjoni tas-sena l-oħra, dan il-plejer li rebaħ il-ballun tad-deheb għall-ħames darbiet, sab ix-xibka darba u pprovda tliet assists. Kollox ma’ kollox, l-Albicelesta se jkunu qed jittamaw li dan il-pedina kruċjali għalihom ikun irkupra minn din l-injury fil-logħba kontra ċ-champions preżenti ċ-Ċili. Bħal dejjem, l-istilla ta’ Barċellona kien fil-fokus tal-attakki tal-Arġetina meta huma marru fil-vantaġġ wara nofs siegħa logħob f ’mument brillanti għall-attakkant Gonzalo Higuain. L-attakkant ta’ Napoli rċieva l-ballun mingħand Marcos Rojo, mexa bil-ballun u għaddieh minn bejn saqajn difensur tal-Honduras, fejn imbagħad iċċippja l-ballun minn fuq il-gowler avversarju Donis Escober. Messi nbidel fl-64 minuta, iżda minkejja dan, l-Arġentina xorta komplew jippressaw u resqu viċin kemm ta’ Sergio Aguero kif ukoll ta’ Gabriel Mercado, b’dan tal-aħħar jolqot il-lasti.
Żgħażagħ Maltin kisbu suċċessi din il-ġimgħa f ’kompetizzjonijiet tal-karate f ’Salerno, l-Italja. Taħt il-kappa tal-Malta Karate Federation iż-żgħażagħ Maltin irnexxielhom jirbħu diversi premji fis-26 edizzjoni tal-Memorial Di Karate Ciro Bracciante; kompetizzjoni magħrufa sew fl-Italja. Joelle Farrugia kisbet l-ewwel post filwaqt li Jacob Camilleri kiseb it-tielet post f ’kategorija oħra. Il-coach Joseph Mizzi, minn La Salle Karate Club, stqarr li jinsab kuntent ħafna b’dawn issuċċessi: “Marru tajjeb ħafna u rebħu f ’żewġ kategoriji diffiċli. Ir-rispons tat-Taljnani kien wieħed pożittiv ukoll.”