KullHadd_25.10.2015

Page 6

06 25|10|2015

kullhadd.com

KÓ LOKALI

“NIXTIEQ INKOMPLI FUQ IL-PASSI TA’ MISSIERI” Dr Jan Chircop Missieri kien bniedem impenjat mhux hazin, u avolja kien i˙oss li kien jg˙ix ˙ajja mg˙a©©la, dan kien jag˙mlu b’impenn u sens ta’ responsabbiltà. Kien iΩomm quddiem g˙ajnejh iΩ-Ωg˙ir u l-batut u jipprova jtellg˙u skaluna fissoçjetà. Dan kien jag˙mlu permezz tal-kuntatt li kien ikollu ta’ kuljum mal-pazjenti u malkostitwenti tieg˙u. Kien jispira ru˙u minn dak li jien inqis b˙ala le©©enda ˙aj tad-distrett: Çensu Moran, jew kif insibuh a˙na, Uncle Vince. Missieri dejjem qies lil Uncle Vince b˙ala t-tieni missier tieg˙u. Peress li inti l-akbar wild, kif affettwatek il-mewt ta’ missierek meta wie˙ed iqis li int ukoll kont g˙adek qed tistudja?

GLEN FALZON glen@kullhadd.com Hekk kif il-©img˙a li g˙addiet tfakkar is-seba’ anniversarju mill-mewt tal-mibki t-Tabib Karl Chircop, il-gazzetta KullÓadd tkellmet proprju mal-ewwel wild tieg˙u, Dr Jan Chircop, li qasam mag˙na diversi memorji sbie˙ ta’ missieru u kif din it-telfa affettwat lilu u lill-familja tieg˙u kif ukoll dwar l-ambizzjonijiet tal-futur. X’tibqa’ tiftakar missierek?

fuq

L-ewwel ˙a©a li ti©ini f’rasi hija d-da˙ka li kien ikollu stampata fuq wiççu. Wie˙ed dejjem kien i˙ossu komdu mal-ewwel mument li jiltaqa’ mieg˙u. Id-da˙ka ma kinitx maskra, però xempju tal-attitudni u l-predispoΩizzjoni lejn n-nies ta’ madwaru. Kien jilqg˙ek, jag˙drek, iwennsek, jinkora©©ik u jg˙inek. B˙ala ra©el tal-familja dejjem mexa b’mod eΩemplari mag˙na, u dejjem Ωammna fuq pedestall. Qatt ma ça˙˙adna minn xejn u dejjem ra kif g˙amel biex iΩommna kuntenti. G˙alkemm kien impenjat ˙afna bir-rwol attiv fis-soçjetà tag˙na, dejjem

sab il-˙in biex isostnina, jiggwidana u anke jsus warajna. L-aktar memorja li g˙adha tberren f’mo˙˙i hija meta waqqaf ix-xog˙ol u ©ie jarani d-dar qabel ma sifirt fuq btala ta’ xahar. Niftakru ˙iere© mill-bieb u die˙el lura filkarozza. Dak il-˙in donnha qalbi ˙ebbritni. U dak kien la˙˙ar mument li rajt lil missieri f’sa˙˙tu. Imbag˙ad hemm memorji fejn g˙allimni affarjiet importanti g˙al ˙ajti, u l-aktar espressjoni li mmudellatni hija meta kien jg˙idli: “Short cuts are the longest cuts of all.” Ji©ifieri jekk tid˙ol g˙al biçça xog˙ol, g˙amilha sew malewwel. Tippruvax tqassar jew traqqa’. Min˙abba li kien tabib – persuna tan-nies – x’kienu jg˙idu fuqu? Qabel ma miet missieri, kont naf li kien persuna rispettata fis-soçjetà. Però, na˙seb li diffiçli wie˙ed jirrealizza, kemm g˙alih innifsu, kif ukoll g˙annies ta’ madwaru, x’impatt

kellu fuq is-soçjetà. G˙adni sal-lum il-©urnata jkolli l-pazjenti tieg˙i u ˙bieb tal-familja li min˙abba l-we©g˙a jin-

faqg˙u jibku fil-klinika u nispiççaw inwennsu lil xulxin. Dan kollu seba’ snin wara li ˙alliena. Il©er˙a g˙adha hemm fost ilfamiljari, imma anke fost innies li b’xi mod jew ie˙or kien missilhom ˙ajjithom.

Meta rçivejt l-a˙bar kont fuq btala mal-˙bieb tieg˙i, flimwarrab tal-Messiku. Ma kellix idea ta’ x’kien qieg˙ed ji©ri. Kont qieg˙ed bla mowbajl peress li kien insteraqli. Il-linja wkoll kienet ˙azina u g˙aldaqstant il-komunikazzjoni kienet batuta. Però, x˙in Uncle Vince qalli: “Jan, a˙jar ti©i lura,” fhimt li ©ara xi ˙a©a. Ippakkjajt minnufih, qbadt erba’ titjiriet ming˙ajr ma naf kif, u wasalt lura fi Ωmien erbg˙a u g˙oxrin sieg˙a. Xorta ma stennejtx dak li sibt ma wiççi. Però, ma ˙assejtx piΩ jaqa’ fuqi, imma ˙assejt sens ta’ responsabbiltà u ppruvajt kemm jista’ jkun ng˙in milli stajt. Kont inqatta’ liljieli l-isptar ma’ misseri hawn Malta, u alternajna jien u ommi wkoll meta kien tela’ g˙all-kura l-Ingilterra. Kien fadalli la˙˙ar sena studju, u kont g˙adni kif bdejt no˙ro© ma’ marti dak iΩ-Ωmien. Ippruvajt kemm jista’ jkun niffoka fuq irrwol tieg˙i b˙ala membru talfamilja Chircop. Ridt ng˙in lil ommi, kif ukoll ng˙in lil ˙uti

fil-mument ta’ diffikultà tag˙hom. Ridt inkun hemm g˙al min kellu bΩonn, u ridt li min-na˙a tieg˙i ma nfixkilx u n˙alli kollox g˙addej ming˙ajr problemi. G˙aldaqstant, peress li kienet l-a˙˙ar sena tal-kors, iffukajt ˙afna fuq l-istudju. X’valuri rawwem fik li ressquk lejn il-Partit Laburista? Jien, b˙ala Jan Chircop, in˙ossni nidentifika sew malvaluri tal-Partit Laburista. Jien nemmen ˙afna li, kif jg˙id ilPrim Ministru, il-mod kif timxi ’l quddiem irid ikun wie˙ed moderat u progressiv. Nemmen ukoll li trid tinvesti u tag˙ti l-g˙odod liΩ-Ωg˙ir biex ikun jista’ jirnexxi. Ma nemminx bil-politika tal-vouchers. Kif jg˙id dak il-qawl IngliΩ: Give a man a fish, and you feed him for a day. Teach a man to fish, and you will feed him for a lifetime. Jien trabbejt fil-valuri talPartit Laburista u nemmen filpolitika ©dida tal-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn il-pajjiΩ jimxi ’l quddiem meta Ω-Ωg˙ir u l-kbir jimxu t-tnejn ’il quddiem. Konxju wkoll li s-sistema governattiva qatt ma kienet, u lanqas se tkun, wa˙da perfetta, u hemm wie˙ed g˙andu jg˙in lil dawk li je˙lu fil-burokrazija. Ta’ kuljum in-nies isibuni fil-kliniki tieg˙i u jiena nag˙mel minn kollox biex ng˙inhom jeg˙lbu l-problemi, mhux ta’ sa˙˙ithom biss, imma anke lproblemi ta’ xog˙ol u ta’ burokrazija Ωejda, u ng˙inhom meta jkollhom bΩonn japplikaw g˙all-benefiççji socjali. Nixtieq nimxi fuq il-passi ta’ missieri, g˙ax nemmen li kull wie˙ed u wa˙da minna g˙andu jkollu opportunitajiet indaqs biex jirnexxi. Min qieg˙ed jirnexxi jaf li se jkompli jimxi ’l quddiem. Min qed jaqa’ lura jsib sostenn u dik lid li tg˙inu jqum fuq saqajh, jisfrutta l-potenzjal tieg˙u u jkompli miexi ’l quddiem. Missieri kkontesta ˙afna elezzjonijiet b’suççess. L-islogans li kien juΩa kien jg˙ixhom ta’ kuljum. Fosthom:‘G˙at-tabib kul˙add ˙abib’ u ‘Dejjem hemm g˙alik’. Dan hu xxog˙ol li nixtieq inkun il-kontinwazzjoni tieg˙u jien.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.