Harga 23 ta' Settembru 2012

Page 8

08

23.09.2012

Çinematografija

Missier u iben li qed jag˙mlu Maurice u Chris Micallef m’humiex ismijiet ©odda, g˙al dawk li huma mid˙la tal-qasam tax-xandir lokali. Ilhom snin s˙a˙ itellg˙u dokumentarji ori©inali li mhux biss kisbu suççess kbir f’pajjiΩna iΩda reb˙u mijiet ta’ premijiet presti©©juΩi barra minn xtutna. KRISTA CARUANA tkellmet ma’ MAURICE u ibnu CHRIS dwar il-karriera tag˙hom u dwar il-pro©etti li g˙andhom ippjanati g˙all-futur. Min huma Maurice u Chris Micallef? Nista’ ng˙id li lil Maurice u lil ibnu Chris, issa ilni nafhom ftit snin mhux ˙aΩin. Minn dejjem nafhom ˙abrieka sew, nies professjonali g˙all-a˙˙ar iΩda nies b’saqajhom mall-art. Stidnuni fid-dar tag˙hom f’Santa Luçija, fejn hemm hekk tkellimna fittul dwar il-karriera twila tag˙hom fil-qasam televiΩiv. Maurice illum il-©urnata g˙andu 77 sena, iΩda g˙adu persuna attiva ˙afna u tie˙u gost titkellem mieg˙u speçjalment meta jibda jirrakkonta episodji mill-passat marbuta ma’ ˙ajtu. Twieled f’Bormla u tista’ tg˙id li minn dejjem kienet tinteressah il-produzzjoni tal-films u ddokumentarji. Kien fl-1964, li Maurice pproduça l-ewwel dokumentarju ta’ tnax -il minuta li kien jismu ‘A Glance at Valletta’. Min˙abba li t-talenti tieg˙u fil-qasam talmedia kienu evidenti u kien bniedem li jipprometti ˙afna, fl1972, bl-g˙ajnuna tal-Gvern Taljan, Maurice intbag˙at biex jie˙u ta˙ri© fl-istudjos televiΩivi tar-RAI f’Ruma fejn kompla rfina l-kapaçitajiet tieg˙u, nkluΩ dawk fit-teknika. Minn hemm ‘il quddiem, Maurice qatt ma ˙ares lura. Baqa’ dejjem jipproduçi xog˙lijiet differenti li llum ila˙˙qu g˙al madwar 23 produzzjoni differenti li jinkludu films qosra u anke dokumentarji storiçi. Min-na˙a tieg˙u, Chris twieled fl-1967 u minkejja li ggrad-

wa b˙ala in©inier, xorta wa˙da mexa fuq il-passi ta’ missieru, tant li flimkien mieg˙u, pproduça diversi dokumentarji li xxandru fuq it-televiΩjoni u li reb˙u diversi unuri u premijiet f’kompetizzjonijiet presti©©juΩi barra minn Malta. Il-karriera ta’ Chris bdiet fl1977, meta kien g˙ad kellu biss 10 snin, meta kien ˙a sehem fil-film li kien ipproduça missieru stess u li kien i©ib lisem ta’ ‘The Boy and the Red Ball’. MaΩ-Ωmien, Chris flimkien ma’ missieru, pproduça bosta dokumentarji fejn mhux biss ˙a ˙sieb l-aspett tekniku, viΩiv u liskript, iΩda anke kien il-mo˙˙ wara riçerki kbar li w˙ud minnhom irriΩultaw anke fi skoperti, rikonoxxuti fuq livelli internazzjonali. Riçerka u skoperti Meta titkellem ma’ Chris tirrealizza li huwa bniedem intelli©enti ˙afna. KwaΩi kwaΩi tista’ ssejja˙lu studjuΩ. Kull pro©ett li jkun qed ja˙dem fuqu, jqatta’ xhur jew sa˙ansitra snin, jistudja fid-dettall dwaru. “Jekk ma tag˙milx riçerka tajba, ma tistax to˙ro© prodott professjonali”, qalli Chris. ‘Il-Feniçi’, huwa wie˙ed millaktar dokumentarji televiΩivi li huwa g˙al qalb Maurice u ibnu Chris. Kien ixxandar fuq One fl-2005, u tant kien mag˙mul b’mod professjonali, li sal-lum il-©urnata g˙adu qed jirba˙ bosta premijiet f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Chris spjegali li biex tellg˙u

Chris u Maurice Micallef fil-film The Boy and the Red Ball

dan id-dokumentarju kellu jag˙mel riçerka qawwija. Iffilmjaw mhux biss f’Malta iΩda marru wkoll fil-Libanu fejn komplew jestendu r-riçerka tag˙hom f’dan il-pajjiΩ. Tkellmu ma’ arkeolo©isti, storiçi u anke studjuΩi sabiex b’hekk il-prodott finali tag˙hom kien ta’ livell internazzjonali. Dokumentarju ie˙or li g˙amilhom isem kbir mhux biss f’Malta iΩda anke barra kien dak dwar it-tempji tal-Imnajdra. Anke dan id-dokumentarju kien

jinvolvi riçerka u studju qawwi li sa˙ansitra kien wassal lil Chris biex jippubblika l-istudji tieg˙u f’©urnal xjentifiku presti©©juΩ. Dan g˙aliex mill-istudju li kien g˙amel, Chris kien irnexxielu jag˙mel skoperta li bell˙et mhux biss lill-istoriçi Maltin iΩda wkoll lill-barranin. Permezz ta’ din l-iskoperta kien ˙are© li l-mod kif inhu mibni dan it-tempju jikkoinçidi ma’ fatturi astrolo©içi fosthom il-faΩijiet differenti talqamar. Skoperta o˙ra li Chris kien g˙amel, kienet meta kien qed jag˙mel riçerka dwar il-‘Ìebla tal-Qadi’ li dwarha kienu g˙amlu dokumentarju ie˙or. Dwar din il-©ebla, Chris kien skopra li x’aktarx tirrappreΩenta kalendarju tal-qamar. Dawn l-iskoperti mhux biss saru popolari f’pajjiΩna iΩda bdew sa˙ansitra ji©u kkwotati minn studjuΩi barranin fosthom l-awtur internazzjonali Graham Hancock li kien semma t-teorija ta’ Chris dwar it-tempji talImnajdra fil-ktieb tieg˙u ‘UnderWorld’. Avventuri waqt il-filming Chris u Maurice qaluli li l-filming tad-dokumentarji jie˙u ˙in twil u ˙afna drabi jsir f’˙injiet differenti nkluΩ fis-satra tal-lejl. Staqsejthom jekk qattx ©ralhom xi inçident jew kellhom xi avventura waqt il-filming ta’ xi dokumentarju.

Maurice mill-ewwel ftakar f’inçident kurjuΩ li kellhom darba meta fis-satra tal-lejl kienu g˙addejjin mill-in˙awi tat-Telg˙a t’Alla u Ommu meta kienu fi triqithom lejn Burmar rad. “Niftakar konna ˙ri©na billejl g˙ax ridna li mas-seb˙ inkunu fuq il-post biex nie˙du l-filmati li kellna bΩonn u g˙alhekk biex Ωgur inkunu hemm fil-˙in, konna ddeçidejna li morru billejl biex nisb˙u hemm. IΩda a˙na u sejrin waqt li konna fl-in˙awi tat-Telg˙a t’Alla u Ommu rajna l-figuri ta’ Ωew© nisa mixjin li kienu libsin il-barnuΩa f’rashom. Peress li kien id-dlam, kien diffiçli ˙afna biex naraw wiççhom, iΩda ˙a©a li laqtitna kienet li kienu mixjin b’pass sinkroniΩΩat u li minnhom kienet donnha ˙ier©a dija safranija. Mill-ewwel ˙sibna ˙aΩin g˙ax kienu jidhru li m’humiex bnedmin normali. Xi ftit tal-©img˙at wara kont smajt lil xi ˙add jg˙id li f’dak ilpost, fil-passat kienu g˙ebu Ωew© tfajliet li baqg˙u qatt ma nstabu. Jien ng˙id li kienu lfantaΩmi tag˙hom”, qalli Maurice b’nofs da˙ka. Premijiet u titli presti©gjuΩi Óa©a li verament affaxxinatni fid-dar ta’ Maurice u Chris kienet il-kollezzjoni kbira ta’ trofej li g˙andhom lkoll frott issuççess li kisbu permezz tax-


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Harga 23 ta' Settembru 2012 by Kullħadd Editor - Issuu