Harga 14 ta' Ottubru, 2012

Page 12

12

14.10.2012

Kumment

Lanqas g˙al Malta mhuma tajbin

Helena Dalli Kelliem Ewlieni g˙as-Settur Pubbliku u l-Ugwaljanza

Nhar it-Tlieta kont qed insegwi d-diskors tas-Sindku ta’ Londra, Boris Johnson, waqt il-konferenza ©enerali talPartit Konservattiv. Jog˙©obni l-mod kif jitkellem Johnson: jiççajta, ji©bed is-saqajn, ta’ Ωaqqu f’fommu. Óin minnhom qal “Ólisna mill- bendy buses li issa qed ji©©ammjaw it-toroq ta’ Malta, nie˙u gost ng˙id”. Kif smajt dan, jien qbadt din il-kwotazzjoni u tfajtha fuq Facebook fl-istess waqt li Johnson kien g˙adu jitkellem. M’g˙andniex xi ng˙idu, li mhux kullhadd ˙a gost. Tant li l-Ministru Austin Gatt ˙ass il-˙tie©a li jo˙ro© stqarrija fejn qal li r-rimarki tas-Sindku Johnson (li l-ministru jew min kitiblu l-istqarrija jirreferi g˙alih b˙ala Johnston kull darba li jsemmih) qed jikkumentaw fuqhom kelliema Laburisti hawn Malta. Din hija l-ewwel darba, qalilna fl-istqarrija, li l-PL sabu xi ˙a©a utli x’jikkwotaw ming˙and il-Konservattivi Brittaniçi.

Apparti li l-Ministru g˙andu Ωball. Mhux l-ewwel darba kkwotajna lil Cameron u o˙rajn mill-kamp Konservattiv. A˙na mhux b˙an-Nazzjonalisti, li jag˙mlu l-Konservattivi b˙alhom kollu tajjeb u li jag˙mlu mhux ta’ b˙alhom kollu ˙aΩin. A˙na nisimg˙u u nixtarru u nippruvaw nitg˙allmu ming˙and kull˙add fejn ikun hemm x’nitg˙allmu. Però, apparti dan kollu, x’inhi l-problema tal-Ministru? G˙andna bΩonn il-permess tieg˙u biex nikkwotaw lil xi ˙add? Jiena naqra l-gazzetta The Telegraph u l-magaΩin The Spectator, fost gazzetti u magaΩins o˙rajn, minkejja li dawn it-tnejn ixaqilbu lejn ilKonservattivi, u jien Laburista. Hekk inkun naf x’inhuma jg˙idu dawk li ma ja˙sbuhiex b˙ali. Imma donnu l-Ministru qed jimplika li l-Laburisti jikkwotaw lil-Laburisti biss. Wara l-attakk fuq il-kelliema Laburisti li kellhom ‘l-ardir’ jikkwotaw lil sindku Konservattiv, il-Ministru mar fuq id-difiΩa jg˙id kemm ilMaltin g˙andhom esperjenza

tajba ta’ dawn il-bendy buses. Ovvjament din mhix il-verità. M’hemmx g˙alfejn ng˙idu li la ma kinux tajbin g˙at-toroq ‘dojoq’ ta’ Londra a˙seb u ara kemm huma tajbin g˙at-toroq tag˙na. Kull meta nkun qed nitkellem ma xi ˙add u d-diskors jaqa’ fuq it-trasport pubbliku, il-biçça l-kbira jgergru kontra dawn il-karozzi tal-linja. Mill-mijiet ta’ kummemti li nkitbu fuq The Times u mezzi o˙ra tal-medja, nistg˙u ng˙idu li g˙andna kampjun tajjeb (g˙alkemm mhux xjentifiku) ta’ x’ja˙sbu l-Maltin fuq dawn il-bendy buses: li mhumiex tajbin g˙al Malta. Imma x’tistenna minn ministru li juΩa l-arroganza biex jg˙atti l-ineffiçjenza? Il-ministru responsabbli mill-vromi tal- power station u lEnemalta. Il-ministru li ta˙tu sar l-iskandlu tal-kuntratt talFairmount. Il-ministru talARMS Ltd. Il-ministru responsabbli g˙all-idea tal-konçessjoni tal-parke©©i tal-karozzi . Il-ministru li wieg˙ed dawk ix-xog˙lijiet kollha fi Smart City…

Ma kellux g˙alfejn jie˙u g˙alih g˙ax ©ibidlu siequ sSindku ta’ Londra, meta hu ilu ji©bed sieq il-poplu Malti dawn is-snin kollha. U be˙siebu jibqa’ jag˙mel hekk sal-a˙˙ar. Hemm bΩonn li n˙arsu lejn affarijiet li jo˙olqu problemi lin-nies – meta suppost il-politiçi qeg˙din hemm biex itejbulhom ˙ajjithom – bis-serjetà. La dawn il-bendy buses qed jo˙olqu kon©estjoni u qed jag˙mlu ag˙ar is-sitwazzjoni di©à ˙aΩina ˙afna tat-traffiku fit-toroq tag˙na, g˙andhom jitne˙˙ew. Boris Johnson kien qed jiççajta. A˙na li rridu nsuqu fit-toroq ta’ pajjiΩna ma tantx nid˙qu meta ne˙lu fit-traffiku min˙abba xi bendy bus li tkun we˙let xi mkien. Irid ikollna l-umiltà li nammettu xi ˙a©a Ωbaljata u nirran©awha. Billi l-Ministru jibqa’ jippersisti fl-iΩball, mhux qed juri kobor imma çokon ta’ karattru li ji©i jitmejjel mill-inkonvenjent li qieg˙ed jo˙loq; l-importanti li jibqa’ jΩomm il-punt.

Weg˙di li jintesew Joe Farrugia joefarrugia@gmail.com

Dahri, meta kien ikollna lba©it, kul˙add kien itaqtaq dwaru. Illum tiltaqa’ ma’ ˙afna nies li bilkemm ikunu jafu jekk il-ba©it tressaqx jew le, a˙seb u ara kemm jg˙idulek x’fih u x’ma fihx, u kif se jolqothom jew ma jolqothomx. Wa˙da mir-ra©unijiet ewlenin g˙ala l-interess fil-ba©it naqas hija g˙ax, kif jg˙idulek ˙afna, ˙afna mill-affarijiet, jew a˙jar ng˙id ˙afna millmiΩuri li l-Gvern ikollu l-˙sieb li jwettaq, ma jinkludihomx fil-ba©it, imma mbag˙ad xorta wa˙da jwettaqhom, bla kliem u bla sliem. Imma tajjeb li jing˙ad li lba©it mhuwiex dokument li fih jit˙abbru l-mizuri. Il-ba©it huwa l-programm tal-gvern g˙as-sena li tkun gejja. Fil-bagit il-gvern jg˙id xi jkun se jag˙mel is-sena ta’ wara u anke jivvota l-flus biex

ikun jista’ jwettaq dak li jkun qieg˙ed iwieg˙ed. Ovvjament, il-gvern jag˙ti wkoll rendikont ta’ kif il-pajjiΩ ikun sejjer, kemm ekonomikament, u kemm finanzjarjament, bil-kelma ‘defiçit’ tispikka fuq kull kelma o˙ra; bil-gvern, sena wara sena, jifta˙ar li qieg˙ed inaqqas id-defiçit. Il-˙asra hi li ftit li xejn huma dawk li jiftakru xi jkun qal ilMinistru tal-Finanzi fil-ba©it ta’ qabel, u allura ma jkunux jistg˙u ji©©udikaw lill-gvern jekk wettaqx dak li wieg˙ed g˙al dik is-sena partikolari. M’a˙niex nitkellmu fuq programm elettorali, li allura lgvern dejjem jista’ jg˙id li g˙andu ˙ames snin biex iwettqu kollu, u jista’ anke j©ib liskuΩa li ç-çirkostanzi nbidlu u allura ma jistax jag˙mel dak li wieg˙ed, b˙alma ©ara bil-weg˙da ta’ Lawrence

Gonzi li jnaqqas bil-kbir lincome tax fl-ewwel ba©it talle©iΩlatura. Qeg˙din nitkellmu fuq programm ta’ sena, mag˙mul fiççirkostanzi attwali u allura suppost ippjanat bl-akbar serjetà, tant li tkun stmata lispiΩa ta’ kull weg˙da biex din tkun tista’ titwettaq. G˙alhekk wie˙ed jippretendi li dak li jkun imwieg˙ed jitwettaq. Jekk wie˙ed i˙ares lejn ftit mill-weg˙di li saru millMinistru tal-Finanzi Tonio Fenech sena ilu, malajr jinduna li dan mhux isir. Óa nag˙ti Ωew© eΩempji. IlGvern kellu ppjanat xog˙lijiet g˙al titjib fl-oqsma industrijali. Meta dan l-a˙˙ar kont qieg˙ed nag˙ti ˙arsa lejn ilmistoqsijiet u t-twe©ibiet parlamentari, rajt twe©iba fuq dan is-su©©ett mog˙tija minn Tonio Fenech innifsu. Qal li

g˙addejjin xog˙lijiet f’Bulebel u Óal Far, imma x-xog˙lijiet li kienu ppjanati g˙al din issena fix-Xewkija u Kordin g˙adhom ma bdewx. A˙seb u ara kemm se jitlestew meta g˙al tmiem is-sena baqa’ biss ftit ©img˙at. Meta rajt din it-twegiba qallibt naqra fid-diskors tal-ba©it g˙al din is-sena u, fost affarijiet o˙ra, iltqajt ma’ dawn ilpreçiΩi kelmiet: “Se nkomplu bil-pro©ett ambizzjuz biex il-miΩbliet talMag˙tab, Wied Fulija u lQortin f’G˙awdex jinbidlu f’parks g˙ar-rikreazzjoni talfamilji tag˙na b’investiment ta’ 28 miljun ewro.” Biex tkun taf jekk Tonio Fenech Ωammx kelmtu jew le, kulma g˙andek tag˙mel tippjana ˙ar©a g˙all-familja f’wie˙ed minn dawn il-parks. u nissu©erilek tmur b’tallinja!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Harga 14 ta' Ottubru, 2012 by Kullħadd Editor - Issuu