Miriam Dalli Leaflet 2020

Page 1

Ħ IDMA 2019


Grazzi talli matul is-sena 2019 kontu miegħi f’din il-mixja li wasslet għal riżultati mill-isbaħ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Nwiegħdkom li se nagħmel ħilti biex inrodd lura l-fiduċja tagħkom billi naħdem għall-ġid tal-gżejjer tagħna u taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Is-sena 2020 se toffri sfidi ġodda f’oqsma differenti, iżda impenjata li nagħti l-aqwa tiegħi. Il-wegħda tal-livell li jmiss huwa prinċipju li qed inġorr miegħi f’kull ħaġa li nagħmel. Fil-ħames snin li ġejjin se nkun qed naħdem biex jintlaħaq bilanċ bejn l-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali f’kull liġi li ngħaddu. Il-mira hi li Malta, bħala pajjiż Ewropew, tiżviluppa ekonomija sostenibbli li biha toffri kwalità ta’ ħajja aħjar u titjib fl-impjiegi, fost oħrajn.

MIRIAM DALLI

Thank you for being part of 2019, a journey that lead to historical results in the European Parliament elections. I will repay your trust by working for the good of our country. 2020 will be a challenging year but I am committed to taking Malta to the next level. Throughout the next five years, I will be working on reaching a balance among the economic, social and environmental aspects of all upcoming legislations. My goal is for Malta to develop a sustainable economy that offers a higher quality of life and better jobs.

MIRIAM DALLI


L-AMBJENT

ENVIRONMENT

Spiċċa ż-żmien li l-ambjent jibqa’ sinonimu biss mal-ġonna u l-ispazji miftuħa.

Miriam Dalli played a crucial role in a number of EU legislations, such as those aimed at reducing CO2 emissions and the use of plastic.

Miriam Dalli kienet kruċjali biex l-Unjoni Ewropea twettaq numru ta’ miżuri, fosthom it-tnaqqis fit-tniġġis mill-karozzi u politika dwar l-użu tal-plastik. Għaliha, l-ambjent huwa kemm dak fiżiku u n-naturali. Għalhekk qed timbotta biex ikun hemm aktar serjetà fl-industrija tal-bini, aktar għajnuna fil-qasam agrikolu u investiment sod fil-pjan Ewropew għal Green Deal. Bħala Viċi President tas-Soċjalisti u Demokratiċi, Miriam se tkun qed tmexxi politika li tiżgura industrija kompetittiva u aktar sostenibbli.

As part of her environmental priorities, she is pushing for better safeguards in the construction industry, increased support in the agricultural sector and investment in the European Green New Deal. As Vice-President of the Socialists and Democrats, Miriam will be pushing for policies that ensure the industry’s competitiveness and sustainability


L-INNOVAZZJONI: IL-MUTUR TAX-XOGĦOL L-innovazzjoni tfisser li naħsbu barra minn norma; li ngħaqdu l-kreattività u l-ideat ġodda għal proġetti li jħallu r-riżultati. Miriam Dalli temmen li l-innovazzjoni – l-investimenti fl-industrija, fir-riċerka u fl-iżvilupp – hija l-mutur għal ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. Miriam Dalli trid toħloq politika li tinċentiva dan, permezz ta’ sistema edukattiva li ma toħnoqx il-kreattività u li trawwem fl-istudenti tagħna l-abbiltà li jaħsbu b’mod differenti mis-soltu. Għalhekk kontinwament tiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet edukattivi u kumpaniji tax-xogħol, biex flimkien jippromwovu din it-tip ta’ politika.

INNOVATION: GENERATING WORK Innovation is about thinking outside the box; to combine creativity and new ideas for projects which reap results. Miriam Dalli believes that innovation, mainly investment and R&D, has the potential to create high quality jobs. Miriam wants to create policies that incentivise this, through a strong educational system that does not stifle creativity. She continues to meet with representatives of educational institutions and the industry to jointly promote this agenda.


L-IMMIGRAZZJONI U S-SIGURTÀ Bħala membri tal-Unjoni Ewropea, Malta trid tibqa’ taħdem u tkun fuq quddiem tal-politika li tmexxi dan il-qasam. L-immigrazzjoni u s-sigurtà huma tnejn mill-prioritajiet kontinwi ta’ Miriam. Għalhekk, kompliet tagħmel mill-aħjar possibbli biex l-interessi ta’ Malta jkunu riflessi fil-politika Ewropea. Il-ħidma dwar dan tkompli tul l-2020, meta n-negozjati dwar il-fond ta’ €10.4 biljun ikomplu biex jintużaw bl-aqwa mod possibbli, speċjalment fejn tidħol solidarjetà ma’ pajjiżi bħal Malta.

MIGRATION AND SECURITY Migration and security remain two of Miriam’s priorities. Miriam Dalli worked tirelessly to push Malta’s interests in European policy. Her work on these issues continues throughout 2020 with the ongoing negotiations into the €10.4 billion migration fund. Miriam believes in support and effective solidarity with countries like Malta.


SOĊJETÀ ĠUSTA Soċjetà ġusta tħares lejn l-interessi taċ-ċittadini, b’mod speċjali ż-żgħir u l-aktar vulnerabbli. Għalhekk Miriam Dalli dejjem imxiet bil-fehma li kulħadd huwa ndaqs, u l-aktar bagħtut għandu jingħata l-għajnuna meħtieġa biex jiġi fuq saqajh. Għal Miriam, l-ugwaljanza tfisser li kulħadd igawdi mill-istess drittijiet u dmirijiet, mill-istess opportunitajiet u servizzi u li persuna tista’ timxi 'l quddiem grazzi għall-abbiltajiet tagħha.

A JUST SOCIETY Miriam Dalli has always believed in a just and fair society that safeguards the interests of everyone, especially the most vulnerable. For Miriam, equality means that everyone enjoys the same rights and duties, the same opportunities and responsibilities that a person can have to progress in their abilities.


IL-LIVELL LI JMISS

THE NEXT LEVEL

Miriam Dalli temmen illi dak kollu li nbena tul is-snin għandu jiġi sostnut billi ngħollu l-livell ta’ pajjiżna f’kull qasam – mit-turiżmu għat-trasport, mill-ambjent għall-edukazzjoni.

Miriam Dalli believes that all sectors in Malta - be it tourism, the environment or education - must be taken to the next level.

Bir-rieda tajba, b’konvinzjoni u b’miżuri prattiċi, Miriam se tkompli taħdem għal dak li jissarraf fl-aħjar opportunitajiet għaċ-ċittadini u fir-riformi neċessarji. Il-prioritajiet ta’ Miriam Dalli jibqgħu l-ħaddiema, il-familji, it-tfal, l-anzjani u l-persuni vulnerabbli, f’kuntest fejn ħadd ma jkun eskluż.

She will continue to work for practical measures that will translate into greater opportunities for citizens. Miriam Dalli continues to prioritize workers, families and children, the elderly and vulnerable persons.


MIRIAM DALLI HIJA L-KAP TAD-DELEGAZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA FIL-PARLAMENT EWROPEW KIF UKOLL L-VIĊI PRESIDENT TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI Hija membru tal-Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà tal-Ikel, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern, kif ukoll tad-delegazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni Ewropea għall-Mediterran. Matul l-aħħar snin, Miriam ħadmet fuq iktar min 30 rapport, inkluż direttiva li tiġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal u s-cybercrime, rapport li jiġġieled it-traffikar tal-bnedmin, il-liġi biex jonqos it-tniġġiż mill-karozzi, strateġija fuq is-sigurtà tal-enerġija u l-ekonomija marittima fost l-oħrajn. Intgħażlet mir-rivista influwenti Politico bħala l-uniku MPE - fost 28 persuna - li se jinfluwenzaw il-politika Ewropea.

MIRIAM DALLI IS THE HEAD OF THE LABOUR PARTY DELEGATION IN THE EUROPEAN PARLIAMENT AND VICE-PRESIDENT OF THE SOCIALISTS AND DEMOCRATS She is a member of the Environment, Public Health and Food Safety Committee, the Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs and the Delegation to the EU Parliamentary Assembly for the Mediterranean. Miriam Dalli has worked on more than 30 reports including a directive on cybercrime, a report on human trafficking and a report to reduce CO2 emissions among others. As the only MEP on the list, Politico have also chosen her as one of 28 individuals set to influence European politics.

Segwi l-ħidma ta’ Miriam Dalli fuq / Follow Miriam Dalli’s work on https://www.europarl.europa.eu/meps/en/124970/MIRIAM_DALLI/home#mep-card-content

f t i

www.facebook.com/drmiriamdalli www.twitter.com/miriamdalli www.instagram.com/miriamdalli


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.