Investiment fil-Biċċerija

Page 1

SAJF

15.

Photo - MESDC - JOSEPH MERCIECA

INVESTIMENT FIL-BIĊĊERIJA

s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet talAnnimali Clint Camilleri ħabbar investiment ieħor fil-biċċerija tal-Marsa b’valur ta’ €125,000. Dan l-investiment jinkludi restawr ta’ struttura li kienet iżżomm l-ilma mibnija fl-1930 kif ukoll xogħol ta’ tibdil ta’ soqfa u toroq interni. Ix-xogħol ta’ restawr fuq

din l-istruttura qiegħed isir wara li ġie ffirmat Memorandum of Understanding mal-Università ta’ Malta, fejn il-Professur Ruben Paul Borg ġie inkarigat bħala l-perit ta’ dan il-proġett. “Huwa importanti li nkomplu ninvestu fil-biċċerija ta’ pajjiżna biex b’hekk il-konsumatur ikun

aktar assigurat mill-kwalità talprodott Malti,” tenna s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri filwaqt li saħaq li llum wara li sar l-investiment neċessarju, ilbiċċerija laħqet l-ogħla livelli ta’ standards Ewropej. Dan ilproġett huwa mistenni jitlesta sa wara s-sajf.

Photo - DOI - KEVIN ABELA

I


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.