Baġit ta' Madwar 17-il Miljun Ewro f' Għajnuna Finanzjarja

Page 1

Xitwa

Baġit ta’ Madwar 17-il Miljun Ewro f’Għajnuna Finanzjarja Il-miżura 4.3 taqa’ taħt il-Programm għallIżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 u tiffinanzja investimenti fl-infrastruttura. Għaldaqstant permezz ta’ din il-miżura allura setgħet tingħata għajnuna finanzjarja biex jitwettqu toroq rurali għat-titjib fl-aċċess tat-toroq għall-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Il-baġit allokat taħt din ilmiżura huwa ta’ madwar 17-il miljun ewro fejn dawn tqassmu f’għotjiet lillInfrastruttura Malta u lillKunsilli Lokali. Il-proġetti li qed iwettqu jkopru t-titjib ta’ 195 triq rurali f’Malta u f’Għawdex. Il-Ministru Refalo qal li permezz ta’ din il-miżura stajna nkomplu nibnu fuq il-progress li sar fil-passat sabiex numru ta’ toroq li jagħtu aċċess għal diversi għelieqi f’Malta u f’Għawdex jerġgħu jinbnew jew jiġu rranġati skont il-bżonn. Il-proġett tal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem kien wieħed mill-benefiċjarji ta’ għajnuna pprovduta minn din il-miżura, fejn ibbenefika minn għotja ta’ aktar minn €300,000 sabiex seta’ jitwettaq ilproġett fi Triq l-Għadira ġewwa Kerċem stess. Saru wkoll l-interventi neċessarji għal titjib fl-aċċess f’din it-triq minħabba l-attività agrikola tal-bdiewa u tar-raħħala. Barra minn hekk, il-proġett kien jinkludi sistema għall-

ġbir tal-ilma tat-triq, sabiex flok jinħela l-ilma li jinġabar ikun jista’ jintuża mill-bdiewa għall-attivitajiet agrikoli tagħhom. Peress li l-baġit għal din il-miżura taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 20142020 ġie allokat kollu, din il-miżura ngħalqet millAwtorità tal-Ġestjoni u mhux se jinfetħu sejħiet oħra għallapplikazzjoni. Madankollu, il-Gvern għaddej b’ħidma kontinwa sabiex jiġu ppreparati l-iskemi ta’ għajnuna li se jkopru l-perjodu 2021-2027 bil-għan li jintervjeni fejn hemm l-aktar bżonn sabiex tissaħħaħ issostennibbiltà tas-settur agrikolu u jkompli jappoġġja kemm jista’ lill-bdiewa u r-raħħala ġewwa pajjiżna. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri jew miżuri oħra ffinanzjati mill-Fondi tal-UE, jista’ jsir kuntatt malAġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) billi tintbagħat email fuq arpa. mafa@gov.mt. Wieħed jista’ jċempel ukoll fuq 22 92 61 48.

5


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.