IL-KELMA | L-Ewkaristija

Page 1

III Sensiela

Il-Kelma L-Ewkaristija l-ewwel parti

DUN ĠORĠ DALLI

1


Editur: Dun Ġorġ Dalli ‘Dalli’ Triq il-Qasba, Tal-Ibraġ. Swieqi SWQ 2422. Malta Tel: 21378771. Mob: 79470384 Email: dundall@bell.net.mt

Amministratur: Dr. Joseph Tabone ‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun, Tal-Ibrag. Swieqi. SWQ 2080. Malta Tel: 21377844. Email: jtabone@avmtgroup.com. c Dun Ġorġ Dalli – il-jeddijiet kollha miżmuma. Copyright: ○

ISBN: 978-99957-0163-5 Ippubblikat fis-sena 2011

2


Werrej: L-ewwel Parti: Introduzzjoni tal-Amministratur

v

Daħla

vii

1. Kapitlu 1: It-Tradizzjoni Pawlina tal-Ewkaristija 1

2. Kapitlu 2: Is-Sinottiċi fil-kuntest tal-Ikla tal-Għid Lhudija

17

3. Kapitlu 3: Id-Didakè

27

4. Kapitlu 4: l-ikla Ewkaristika f’San Ġwann A. Is-Sinjal tat-Tkattir tal-ħobż B. Kapitlu sitta C. Ir-Raba’ Sinjal D. In-Nies tfittex lil Ġesù E. L-Omelija dwar il-Ħobż tas-Sema

53 53 60 63 74 89

It-Tieni parti: F. L-Ewkaristija bħala Ikel Tassew 5. L-Iżvilupp fit-Tradizzjonijiet Insara 6. L-Ikona ta’ Sieder Koder 7. Konklużjoni Applikazzjoni għas-sensiela u CV tal-Awtur 3


Introduzzjoni: L-Ewkaristija hija l-ikla li tgħaqqadna. Huma ħafna li jorbtu l-Ewkaristija mal-aħħar ċena li Kristu ghamel mal-appostli tiegħu. Dan jiġri l-izjed, minħabba l-fatt, li ahna nirċievu l-Ewkaristija, waqt iċ-ċelebrazzjoni talquddiesa, kważi wara l-elevazzjoni fejn il-qassis jgħid “agħmlu dan b’tifkira tiegħi”. Dan jista’ joħloq l-impressjoni li fil-Kotba Mqaddsa, lEwkaristija tibda u tintemm fl-aħħar cena. Dawn iż-żewġ kotba fissensiela ‘Il-Kelma,’ jitfgħu dawl dwar l-Ewkaristija b’mod kronoloġiku, dwar kif il-Kotba Mqaddsa jwasslulna l-Ewkaristija, u kemm hemm ħafna iżjed materjal fuq l-Ewkaristija fil-Kotba Mqaddsa. Irridu jkollna viżjoni sħiħa tal-Ewkaristija fit-Testment il-Ġdid li timplika t-tliet elementi tal-Ewkaristija: l-element tal-Imghoddi, iġifieri li nagħmlu tifkira ta’ dak li ġara fl-aħħar ċena u nxandru l-mewt u lqawmien; dak tal-Preżent, cioè li l-Ewkaristija hija ikel li tmantnina; u dak tal-Ġejjieni, cioè li nistennewh jerġa’ jiġi. L-ikla tas-Seder kienet ukoll ikla li kellha żewġ għanijiet: li tfakkar dak li għamel il-Mulej filħarġa mill-Eġittu

(imgħoddi) u t-tama tad-dħul fl-Art Imqaddsa

(ġejjieni). Illum m’ghandniex l-istess aspettativa li kellhom l-ewwel Insara, imma xorta wahda nħabbru “l-Mulej sa ma jiġi”. 4


F’dan il-ktieb, wieħed jifhem aħjar kif l-ambjent tal-ikla tal-Għid Lhudija saret l-aħħar ikla fil-vanġeli Sinottiċi. Għalhekk, ma nistgħux naqraw irrakkont tal-aħħar ċena f’vanġelu wieħed. Irridu nifhmu li aħna għandna erba’ vanġeli u r-rakkont tal-aħħar ċena jinsab fihom l-erbgħa. Hu għalhekk li f’dan il-ktieb insibu kapitolu fuq kif l-Ewkaristija hi ttrattata fil-vanġeli Sinottiċi u kapitolu ieħor differenti kif inhi minsuġa millvanġelu ta’ San Ġwann. Id-dettalji li nsibu dwar l-Ikla tas-Seder (Passover) kif ukoll fidDidakè/Didache żgur illi jagħtuna ċ-ċans biex nitgħallmu iżjed fuq issagrament tal-Ewkaristija. Dak li kienu jagħmlu ta’ qabilna, jgħinna nifhmu aħjar x’aħna nagħmlu llum, li ħafna drabi neħduh bħala drawwa, tajba kemm hi tajba; sikwit, dan nagħmluh, bla ma nidħlu filfond biex naraw it-tifsira vera ta’ dak li nkunu qed nagħmlu. Sew dan il-ktieb, kif ukoll dak li jmiss, jissoktaw isaħħulna t-twemmim tagħna li l-Ewkaristija hija l-ħobż ħaj li tagħti l-veru ħajja eterna. Blgħajnuna fost l-ohrajn, ta’ Tony Aquilina tal-Miranda Publishers u talqarrej tal-provi Denis Dalli, nittama li jkollna iżjed pubblikazzjonijiet bhal dawn. Joseph Tabone

5


Daħla: F’dan il-ktieb se nitkellmu dwar l-Ewkaristija fil-ħajja tagħna u fil-ħajja tal-komunità Nisranija tagħna. Bħas-soltu l-għejjun tal-ħsieb tagħna se tkun il-kelma ta’ Alla. Il-Kelma ta’ Alla se ddawwalna dwar x’kienu jemmnu l-ewwel Insara dwar l-Ewkaristija; kif kienu jiċċelebraw din likla bil-qsim tal-ħobż u tat-tberik tal-kalċi fil-laqgħa liturġika; u x’kienet tfisser din l-ikla Ewkaristika għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-ħajja tal-fidi fl-ewwel komunità Nisranija għaddiet mill-iżvilupp tagħha. Dak li kienu jemmnu wara l-qawmien tal-Mulej, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, ġie żviluppat anki bil-mod kif kienu jesprimuh. Pereżempju t-tweġiba ta’ Pietru għad-domanda, ‘Imma intom min tgħidu li jien?’ għandha risposta differenti f’kull vanġelu. Stqarrija tiddependi minn kif kienet tagħmel l-istqarrija tagħha fil-magħmudija kull komunità li minnha ħiereġ kull vanġelu. Mark jagħtina r-risposta, 8:29

Inti l-Messija. Luqa, miktub ftit wara Mark, jiżviluppa fuq din l-

istqarrija u bħala risposta jagħtina,9:20Inti l-Messija ta' Alla. Mattew jiżviluppa aktar din l-istqarrija,

16:16

Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.

Ġwanni, miktub ġenerazzjoni wara l-vanġeli Sinottiċi jippreżenta lil Marta tagħmel l-istess stqarrija imma żviluppata fil-fidi tant qawwija tal-komunità tiegħu li Ġesù huwa dak li ġie mingħand il-Missier, 6


"Iva, Mulej?" weġbitu,"Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta'

11:27

Alla, dak li ġie fid-dinja." Dan l-iżvilupp ma waqafx mal-kotba tal-Ġdid Testment, imma baqa’ u għadu sejjer fil-ħajja tal-Knisja li għadha mmexxija mit-tieni Difensur, Ġw:14:16b

biex jibqa' magħkom għal dejjem,

Ġw:16:13

l-Ispirtu tal-verità,

iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni. Il-fidi u l-ħajja Ewkaristika għaddiet ukoll minn dan l-iżvilupp, kemm fl-ewwel komunità Nisranija kif ukoll mal-mixja tas-sekli. Dak li kien jemmen Pawlu ġie żviluppat mis-Sinottiċi u kompla jiġi żviluppat mirraba’ vanġelu. Baqa’ jiġi żviluppat matul is-sekli u għadu jiġi żviluppat sal-lum. Din hija t-tradizzjoni ħajja tal-Knisja. Din ir-rikkezza Ewkaristika li żviluppat fil-ħajja tal-ewwel komunità fil-Ġdid Testment, ħallejnieha moħbija għal ħafna sekli u snin. Probabbilment ir-raġuni għal dan huwa l-fatt li aħna domna ħafna ma għarafna l-partikularità ta’ kull vanġelu. Domna ma fhimna li l-Knisja tatna erba’ vanġeli u mhux wieħed. Domna ma fhimna li kull awtur uman tal-iskrittura dejjem tkellem dwar kulinkwa suġġett mill-fidi u ttradizzjoni tal-komunità li fiha kien jgħix, li minnha kien jagħmel parti, u li għaliha kien qiegħed jikteb. Dwar dan il-punt tkellimt ħafna fit-tul 7


fi ktieb ieħor f’din is-sensiela bl-isem, ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fil-vanġelu ta’ Ġwanni.’ Tajjeb nifhmu li aħna ma nistgħu qatt nitkellmu minn ‘Teoloġija talĠdid Testment,’ la dwar l-Ewkaristija u lanqas dwar l-ebda suġġett ieħor. Din l-espressjoni ma tistax tkun espressjoni tajba. Kif se naraw f’dan il-ktejjeb, fil-Ġdid Testment, se niltaqgħu ma’ diversi teoloġiji tal-Ewkaristija. Se niltaqgħu ma’ esperjenzi u tradizzjonijiet differenti. Awturi differenti kitbu minn perspettiva differenti u dwar aspetti u elementi differenti tal-Ewkaristija. Biex ikollna idea dejjem aktar ċara rridu nagħqdu dawn il-perspettivi diversi ta’ kull ktieb tal-Ġdid Testment flimkien. Kif il-knisja hija Unità ta’ Ġisem wieħed magħmul minn diversi membri, hekk ukoll l-iskrittura mqaddsa hija ġabra ta’ ħafna kotba miġbura minn tradizzjonijiet differenti u magħquda flimkien f’Unità waħda. F’dan il-ktieb se niddiskutu dawn id-diversi tradizzjonijiet dwar lEwkaristija li nsibu fil-Ġdid Testment biex ikollna viżjoni sħiħa talEwkaristija fil-Ġdid Testment. Kif se nispjegaw f’dan il-ktieb, din ilviżjoni sħiħa timplika t-tliet elementi tal-Ewkaristija: l-element talPassat, dak tal-Preżent u dak tal-Futur.

8


Fid-diskussjoni tagħna se nimxu b’mod kronoloġiku. Fl-ewwel kapitlu niddiskutu l-esperjenza tal-qsim tal-ħobż li jagħtina San Pawl filproblema li kien qed jiddiskuti mal-komunità ta’ Korintu dwar il-firdiet fil-laqgħa Ewkaristika. Fit-tieni kapitlu nitkellmu dwar il-fidi u lesperjenza wara r-rakkont tal-aħħar ikla fil-vanġeli Sinottiċi. F’dan ikkapitlu nagħtu wkoll ħarsa lejn l-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudija, li fl-ambjent tagħha saret l-aħħar ikla. Fit-tielet kapitlu nitkellmu dwar id-Didakè u d-direttivi li jagħtina d-Didakè dwar iċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija fil-komunitajiet Insara. Aktar fit-tul, f’kapitlu erba, nistudjaw l-esperjenza sagramentali li jagħtina b’mod uniku r-raba’ vanġelu. Nittama li dan jgħinna napprezzaw aktar ir-rikkezza kbira talEwkaristija fil-ħajja tal-fidi tagħna Nisranija. F’kapitlu ħamsa niddiskutu ż-żewġ tradizzjonijiet diversi li żviluppaw wara r-riforma fiż-żewġ komunitajiet Insara involuti, dik Kattolika u dik Protestanta. Nispiċċaw billi f’kapitlu sitta niddiskutu u nikkontemplaw Ikona moderna tal-Ewkaristija. Peress li l-materjal li se niddiskutu huwa wieħed vast, se naqsmuh f’żewġ kotba bit-titli, Ewkaristija (l-ewwel parti) u Ewkaristija (it-tieni parti). Fl-ewwel parti se niddiskutu l-ewwel żewġ kapitli u parti mittielet kapitlu. Filwaqt li t-tieni ktieb ikompli t-tielet kapitlu sal-aħħar kapitlu. Nispera li dawn il-kotba jgħinuna nifhmu, napprezzaw u ngħixu aħjar il-Ħobż ħaj li l-Missier jagħtina ta’ kuljum mis-sema. 9


It-Tradizzjoni Pawlina tal-Ewkaristija: L-ewwel riferenza għall-Ewkaristija fil-kitba tal-Ġdid Testment insibuha fl-ewwel ittra tal-Appostlu Missierna San Pawl lill-Korintin. Din hija l-unika riferenza ta’ San Pawl għall-Ewkaristija fil-kitbiet tiegħu. Imnalla għamel din ir-riferenza għax kieku minn jaf kemm-il librerija ta’ kotba nkitbu biex jippruvaw li fil-komunitajiet Pawlini ma kinux jiċċelebraw l-Ewkaristija. Għalhekk prinċipju fundamentali flinterpretazzjoni tal-Bibbja huwa li xi ħaġa li ma tissemmiex ma jfissirx li ma kenitx teżisti. Din l-ewwel ittra lill-Korintin inkitbet fil-bidu tas-snin ħamsin, iġifieri madwar għoxrin sena qabel l-ewwel vanġelu bil-Grieg. Permezz tagħha l-Appostlu San Pawl wieġeb dwar għaxar problemi, xi wħud minnhom mhux żgħar, li kienu qed ikiddu ħafna lil din il-komunità. Tnejn minn dawn il-problemi kienu ewlenin u huma wkoll marbuta mas-suġġett tagħna. Għalhekk se nitkellmu dwarhom aktar fit-tul. L-ewwel problema kienet dwar il-Firdiet u l-Partiti li kien hemm jaqsmu lkomunità f’partiti u slogans, (1:10 – 4:21). It-tieni problema hija dwar il-Qima tal-idoli li tinkorpora l-problema tax-Xiri mis-Suq tal-Ikel Offrut lill-Idoli, (8:4-7; 10:23-11:1) u l-Partiċipazzjoni tal-Ikel fuq ilmejda fit-tempji tal-idoli, (8:8-12; 10:16-22). 10


L-Appostlu jitkellem dwar problemi oħra bħall-indifferenza talkomunità dwar każ ta’ inċest (5:1-13); l-użu tal-qrati pagani (6:1-11); Rabtiet sesswali laxki (6:12-20); iż-żwieġ u ċ-ċelebat (7:1-40); in-nisa li ma jgħattux rashom waqt il-qima (11:2-6); in-nuqqas ta’ apprezzament tal-ikla mqaddsa (11: 17-34); id-doni tal-Ispirtu s-Santu (12:1-14:40); inkorretezzi dwar il-fidi fil-qawmien mill-imwiet (15:1:58). Kif se naraw, huwa f’dan l-ambjent ta’ korrezzjoni minħabba l-firdiet li kien hemm bejniethom anki waqt il-laqgħa Ewkaristika, li San Pawl jitkellem dwar il-Kalċi mbierek u l-Ħobż li naqsmu. Mal-komunità ta’ Korintu, San Pawl kien iħoss li jista’ jitkellem bl-aktar mod miftuħ u ċar. Dan għaliex kien hu personalment li kkonverta lil din il-komunità għall-Kristjaneżmu. 1. Il-Firdiet u l-Partiti: Dwar l-ewwel problema tal-partiti u l-firdiet, ir-rapport ta’ dan it-tilwim wasal għand Pawlu minn komunità ta’ Nsara li kienu jiltaqgħu għand waħda mara jisimha Kloji. 1Kor:1:11 Ħuti, in-nies ta' Kloji qaluli fuqkom li fostkom hemm it-tilwim.

12

irrid ngħid jien, li

kull wieħed minnkom qiegħed jgħid, "Jiena ta' Pawlu," "U jiena ta' Apollo," "U jiena ta' Kefa," "U jiena ta' Kristu." Pawlu għaraf li lkomunità ta’ Korintu wara li telaq hu, imtliet bis-slogans. GħallAppostlu, dawn is-slogans kienu turija ċara ta’ kemm l-Insara ta’ Korintu ma kenux fehmu il-mod profond kif il-Mulej Ġesù jirrilata ma’ kull Nisrani b’mod personali u mal-komunità inġenerali. Tant hu hekk 11


li dawn il-firdiet kienu preżenti anki waqt il-laqgħa tal-ikla mqaddsa. Kienu għadhom ma fehmux li Kristu Ġesù waħdu huwa ċ-ċentru talkomunità għax hu l-uniku salvatur. L-ebda bniedem ma jista’ jieħu ċċentru jew isemmi l-komunità għalih innifsu. San Pawl iwassal dan it-tagħlim dwar il-bżonn tal-għaqda b’erba’ affirmazzjonijiet. L-ewwel affirmazzjoni hija dwar iċ-ċentralità ta’ Kristu msallab;

1:13a

Jaqaw Kristu mifrud? Forsi Pawlu kien li ssallab

għalikom. Fit-tieni affirmazzjoni, l-Appostlu jfakkar lil kull Nisrani li lmagħmudija li rċevew kienet f’isem Ġesù u f’isem ħadd aktar;

1:13b

jew

f'isem Pawlu tgħammidtu? Fit-tielet affirmazzjoni Pawlu jappella lillKorintin jagħrfu li Kristu msallab huwa l-unika Għerf u Qawwa ta’ Alla. 1:17

Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandar l-Evanġelju,

mhux bi kliem l-għerf sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta' Kristu.

18

Il-

predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta' Alla. Fir-raba’ affirmazzjoni, San Pawl jiddikjara l-vera relazzjoni li suppost teżisti bejn Kristu Ġesù u kull għalliem u mexxej. Huwa hawnhekk li San Pawl jitkellem b’ton sentimentali, qisu omm li qiegħda tkellem lil uliedha, biex juri r-rabta li hemm bejniethom. 3:1Jien ukoll, ħuti, ma stajtx inkellimkom bħala nies spiritwali, iżda bħala nies tad-demm u l-laħam, bħal trabi fi Kristu. 2Ħalib sqejtkom, mhux ikel, 12


għax ma kontux tifilħu għalih, u lanqas issa ma tistgħu għalih, 3għaliex għadkom tgħixu skont il-ġisem, ladarba fostkom għad hemm l-għira u lġlied. Ma għadkomx forsi tgħixu skont il-ġisem, u ma għadkomx timxu ta' bnedmin 4meta hemm fostkom min jgħid: 'Jien ta' Pawlu,' u ieħor: 'Jien ta' Apollo'? M'intomx taħsbuha ta' bnedmin? 5U min hu Apollo? Min hu Pawlu? Huma l-ministri li permezz tagħhom intom emmintu u kull wieħed minnkom skont ma tah il-Mulej. 6Jiena ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla hu li kabbar. 7Għalhekk, la min ħawwel ma hu xejn, u la min saqqa; imma Alla, li kabbar. 8Xorta waħda huwa dak li ħawwel u dak li saqqa; kull wieħed jieħu l-ħlas li ħaqqu skont ma ħadem. 9Aħna ħaddiema ma' Alla; u intom l-għalqa ta' Alla, intom il-bini ta' Alla. 2. Il-Qima lill-idoli: Dwar it-tieni problema, il-Korintin kienu jsostnu, li ma fiha xejn ħażin li wieħed jixtri u jiekol ikel offrut lill-idoli. L-idoli ma kienu jkunu kielu xejn. Dan l-ikel li jew kien diġà offrut lill-idoli, jew se jkun offrut lill-idoli, kien jinbiegħ b’irħis fis-suq. Għalhekk kien l-uniku laħam li l-fqar, li l-komunità Nisranija kienet mimlija bihom, setgħu jaffordjaw li jixtruh. Pawlu qalilhom li kienu jistgħu jixtru dan il-laħam mis-suq,

10:25

Kollox tistgħu tixtru u tieklu mis-suq tal-laħam,

bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom. Imma jridu joqogħdu attenti li x-xiri tal-ikel ma jservix ta’ tfixkil għal xi wieħed mill-aħwa. Probabbilment kien qed jirriferi għal xi wieħed mill-aħwa ġentili li jkun għadu kif ingħaqad mal-komunità. 13


Din il-linja ta’ ħsieb ta’ San Pawl ma tidhirx li kienet l-opinjoni universali tal-komunitajiet Insara inġenerali u lanqas l-aktar waħda popolari. Fil-ktieb tar-Rivelazzjoni, l-awtur jikteb lill-anġlu tal-knisja ta’ Pergamu li għandu kontra tiegħu li:

'Madankollu għandi xi ftit

2:14

ħwejjeġ kontra tiegħek, jiġifieri li hemmhekk inti għandek xi wħud li qegħdin iżommu mat-tagħlim ta' Balgħam, dak li kien għallem lil Balak kif jiskandalizza lill-ulied Iżrael billi jieklu ikel issagrifikat lill-idoli u jaqgħu fiż-żína. Il-kittieb jirrepeti dan l-istess ħsieb u tagħlim lill-knisja ta’ Tjatira. Jgħidilha hekk,

2:20

Iżda kontra tiegħek għandi li int lil

Ġeżabel, il-mara li tridha ta' profetissa, qiegħed tħalliha tgħallem u tqarraq bil-qaddejja tiegħi billi tħajjarhom jaqgħu fiż-żína u jieklu ikel issagrifikat lill-idoli. Anki d-Didakè 6:3, tikkundanna bil-qawwa kollha lil dawk li kienu jieklu l-ikel offrut lill-idoli.

Probabbilment id-differenza fl-opinjonijiet kienet tirrifletti d-differenza fil-mentalità li kien hemm bejn il-komunitajiet tal-Insara Lhud u dawk Ġentili. Il-komunitajiet b’mentalità Lhudija ħafna drabi kienu jaraw laffarijiet differenti minn dawk b’mentalità aktar miftuħa tal-ġentili. Niftakru kemm il-knisja Lhudija f’Ġerusalemm u dik tal-ġentili mmexxija minn Pawlu u Barnaba kienu jaraw b’mod kompletament oppost il-problema taċ-ċirkonċiżjoni tal-pagani. Kwistjoni li minħabba 14


fiha tlaqqa’ l-ewwel Konċilju f’Ġerusalemm għax Pietru għaraf li kienet se ġġib qasma fil-komunità Nisranija, Att 15. Dwar il-parti l-oħra tal-problema, il-partiċipazzjoni tal-ikel fuq il-mejda fit-tempji tal-idoli, il-Korintin kienu jsostnu li huma jistgħu joqogħdu jieklu fuq l-imwejjed fit-tempji tal-idoli għax huma protetti minn kull ħsara spiritwali peress li jieħdu sehem regulari fl-ikla tal-Mulej. Kienu jemmnu li l-Mulej Ġesù huwa ħafna aqwa mill-idoli li ma kienu xejn. U allura jistgħu anki jiċċelebraw għad unur tagħhom fit-tempji tagħhom. Pawlu ma qabilx ma’ din it-teorija u qalilhom li wieħed jippartiċipa b’mod attiv f’dawn l-imwejjed u l-ikliet għad unur xi idoli, huwa att ta’ idolatrija. Jidher li din id-darba, dan il-ħsieb kien maqsum b’mod universali mill-komunitajiet Insara kollha. Huwa f’dan il-kuntest li Pawlu jikteb lill-Korintin u jgħidilhom li ma jistgħux jaqsmu l-imwejjed tal-idoli meta fl-Ewkaristija huma jidħlu f’għaqda mal-Mulej Ġesù. 10:14Għeżież tiegħi, aħarbu l-allat foloz. 15Lil nies għaqlin qiegħed inkellem; għarblu intom kull ma ngħid.

16

Il-kalċi

mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta' Kristu? U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta' Kristu? 17Għax la lħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda. Il-kalċi mbierek li minnu jitkellem San Pawl, huwa referenza għat-tielet barka li kienet tingħata 15


fuq il-kalċi waqt l-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudija. ‘Il-ħobż li naqsmu’ huwa riferenza għall-mod kif l-ewwel Insara kienu jsejħu ċċelebrazzjoni Ewkaristika, Att 2 :42, Mk 14 :22. F’dan il-passaġġ, San Pawl jitkellem l-aktar mill-element passat ta’ tifkira u memorja talEwkaristija. Bl-espressjoni ‘Hija għaqda mal-ġisem ta’ Kristu,’ San Pawl jirreferi għall-effett li din iċ-ċelebrazzjoni tħalli fil-komunità li qed tiċċelebra. Fl-Ewkaristija sseħħ il-vera għaqda tal-membri kollha tal-knisja flimkien f’ġisem wieħed mal-Mulej. Xi dnub li aħna l-Insara, li lkoll nemmnu fil-Mulej Ġesù, ma nistgħux niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien għax maqsumin anki dwar il-vera tifsira tagħha fil-ħajja tagħna u tal-knisja. Fil-passaġġ 11:17-34, insibu l-ewwel rakkont taċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija fil-Ġdid Testment. Nibda mill-ewwel biex ngħid, li San Pawl jurina li fil-komunità ta’ Korintu ma kien hemm l-ebda problema ta’ fidi fl-Ewkaristija. L-Insara ta’ Korintu kienu kollha jaqblu fittwemmin dwar x’inhi l-Ewkaristija u x’inhu l-post tagħha fil-ħajja talfidi personali ta’ kull membru u fil-ħajja tal-komunità. Dwar dan ma jidhirx li kien hemm problemi.

16


Il-problemi

li

jitkellem

dwarhom

San

Pawl

kienu

marbuta

prinċipalment mal-abbużi fil-laqgħat tal-komunità frott il-firdiet li kienu jifnu lil din l-istess knisja.

18

Qabel xejn, kull meta tiltaqgħu fil-knisja

smajt li hemm firda bejnietkom, u xi ħaġa nemmen. Kif jista’ jkun, ikompli jafferma l-appostlu, li niltaqgħu f’post wieħed għall-ikla talMulej u

21

kull wieħed minnkom iġib, jaqbad u jiekol l-ikel tiegħu;

wieħed bil-ġuħ u l-ieħor fis-sakra.

22

Ma għandkomx djar fejn tieklu u

tixorbu? Jew tridu twaqqgħu fl-għajb il-Knisja ta' Alla u ġġiegħlu jistħu lil dawk li ma għandhomx? X'ngħidilkom? Nfaħħarkom? F'dan ma nfaħħarkomx. Il-Kliem tal-Barka: Biex jagħmel enfasi fuq l-għaqda li għandhom filknisja fil-laqgħa tal-Ewkaristija, San Pawl jagħtina anki l-kliem talbarka. Dan il-kliem jixbah ħafna lil dak li jagħtina San Luqa fil-vanġelu tiegħu waqt l-aħħar ikla tal-Mulej. Probabbilment dan kien il-kliem li jintuża fil-liturġija Ewkaristika fil-knisja ta’ Antijokja. Diskors li fih San Pawl jitkellem mill-Ewkaristija kemm mill-element tal-Passat ta’ tifkira, kif ukoll mill-element tal-istennija tal-Futur. Kull darba li aħna niċċelebraw il-qsim tal-ħobż, nagħmlu dan b’tifkira tal-Mulej (lelement tat-tifkira tal-passat) u nxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi (l-element tal-istennija tal-futur). Sa ma jiġi l-Mulej, permezz talEwkaristija, il-knisja qiegħda tħabbar il-mewt u l-qawmien tal-Mulej. 17


Se nagħti ħarsa storika qasira lejn dak li kien jiġri biex nifhmu aħjar u ndaħħlu dak li qed jgħidilna l-appostlu fil-kuntest tiegħu. Bħallkomunitajiet kollha tal-Palestina, il-Korintin kienu jiċċelebraw lEwkaristija fl-ambjent ta’ ikla bejn l-aħwa. Il-qasmiet li kien hemm filkomunità, li tkellimna dwarhom, kienu jidhru u jinħassu saħansitra anki fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika. Probabbilment in-nies ta’ Apollo, li kienu l-aktar nies stabene, kienu jġibu magħhom għall-ikla ħafna ikel. Imma ma kenux jaqsmuh mal-gruppi l-oħra. Kien hemm min hu fissakra u min mejjet għal qatra. Imlaqqa’ fl-istess post, kull grupp kien jiċċelebra l-ikla apparti. Imbagħad meta jlestu mill-ikla, kienu jingħaqdu għal mument tal-barka fuq il-kalċi u l-qsim tal-ħobż. San Pawl ifakkarhom li din hija l-ikla b’tifkira tal-Mulej u mhux l-ikla ta’ xi ħadd partikulari fosthom. Allura trid issir kif jixraq u kif irid il-Mulej. Kif fakkarhom fl-ewwel kapitlu li kien f’isem Kristu Ġesù li huma tgħammdu u mhux f’isem Pawlu, Kefa jew Apollo. San Pawl jurihom il-kruha ta’ dawn l-attitudnijiet ta’ pika u firdiet, billi jfakkarhom fit-tagħlim li hu ħa mill-appostli dwar l-Ewkaristija. Flewwel rakkont tal-Ewkaristija fil-Ġdid Testment naqraw, ‘23Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li lMulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż 24u wara li radd il-ħajr qasmu u qal: "Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira tiegħi." 18

25

Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: "Dan il-kalċi


hu l-patt il-ġdid b'demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b'tifkira tiegħi." 26Mela kull meta tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi. 27Mela kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej. 28Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż u jixrob il-kalċi. 29Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor ilġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess. 30

Għalhekk ħafna fostkom huma bla saħħa u morda u oħrajn mejta.

31

Jekk aħna ngħarblu lilna nfusna sewwa, ma nkunux ikkundannati.

32

Meta jagħmel ħaqq minna l-Mulej, jagħmlu biex iwiddibna ħalli ma

nkunux ikkundannati mad-dinja. biex tieklu, stennew lil xulxin.

34

33

Għalhekk mela, ħuti, meta tiltaqgħu

Jekk xi ħadd ikun bil-ġuħ ħa jiekol id-

dar; biex ma tkunux iltqajtu għall-kundanna tagħkom. Mill-bqija, meta niġi ngħidilkom x'għandkom tagħmlu.’ It-Tieni miġja tal-Mulej: Biex jgħaqqad l-Ikla Mqaddsa mal-passjoni u s-Sagrifiċċju tas-salib tal-Mulej, San Pawl, għal darbtejn jgħidilna, ‘Agħmlu dan tifkira tiegħi’. Din hija riferenza għall-element talPASSAT. Imma mhux biss. Jitkellem ukoll mill-element tal-FUTUR. Meta nagħmlu din l-ikla; inkunu qed inħabbru ‘l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.’ L-Ewkaristija hija t-Tifkira ta’ dak li għamel il-Mulej filmisteru paskali. Imma hija wkoll ċelebrazzjoni bil-fidi li se jerġa’ jiġi.

19


Irridu niftakru li l-aspett tal-futur, tal-ispettattiva tat-tieni miġja talMulej, kien element qawwi ħafna fil-ħajja tal-ewwel Insara fi żmien San Pawl. Kienu jemmnu li l-Mulej ġej dalwaqt. Ir-risposti ta’ San Pawl għad-diffikultajiet li kienu jistaqsuh dwarhom il-komunitajiet Insara, kienu kollha karatterizzati minn din il-perspettiva ta’ stennija. Huwa pereżempju f’dan il-kuntest, li ma għadux il-kuntest tagħna, li wieħed irid jifhem lil San Pawl meta qal min mhux miżżewweġ aħjar ma jiżżewweġ xejn. Speċi ried jgħid, x’tiżżewweġ tagħmel biex taħseb għall-futur jekk futur ma hemmx, għax il-Mulej ġej ma jdumx. F’din listennija li l-Mulej ġej dalwaqt, l-importanti ma kienx li wieħed jiżżewweġ. Anzi li wieħed jaħseb biex jiżżewweġ, seta’ deher bħala aljenazzjoni mill-aktar ħaġa importanti li wieħed għandu jagħmel, dak li jipprepara għat-tieni miġja tal-Mulej. Għalih dan biss kien importanti. Pawlu, bħall-Insara kollha ta’ żmienu, kien jemmen li l-Mulej reġa’ ġej dalwaqt, ma jdumx. Bnew saħansitra t-talb kollu tagħhom madwar din il-perspettiva tal-Parusia (it-tieni miġja). L-istess talba ‘Maranatha’ (‘Ejja Mulej Ġesù’) li tagħlaq il-Ġdid Testment, tant kienet popolari, li hija waħda minn dawk il-ftit talbiet li baqgħat bl-Aramajk, il-lingwa oriġinali ta’ Ġesù. F’din il-perspettiva li Ġesù ġej ma jdumx kienet tintalab ukoll l-istess talba tal-Missierna. Talba li fiha nnifisha hija talba eskatoloġika ħafna. 20


Iġifieri talba li tħares lejn it-tieni miġja tal-Mulej u turi l-istennija talewwel Insara għall-futur tat-tieni miġja tiegħu. Jekk ikollna naqsmu ttalba tal-Missierna u jkollna nistudjaw is-seba’ talbiet tagħha, nindunaw li din kienet it-talba ‘biex tiġi is-saltna;’ biex jagħtini ‘l-ħobża ta’ kuljum’, li għalihom kienet tfisser il-manna li Alla se jerġa’ jibgħat meta jqajjem mill-mewt lill-profeta bħal Mosè fl-aħħar taż-żmien. Kienu jitolbu, ‘Ħobża ta’ kuljum agħtina llum,’ għax ma għandniex bżonn furnata sħiħa. L-istil u l-viżjoni tal-ħajja tal-ewwel Insara, kienet li ma jintrabtu ma’ xejn ta’ din id-dinja, u ma kien jinteressahom li jiksbu xejn. Tant li fit-tieni ittra lit-Tessalonkin 3:6-15, San Pawl ħadha kontra dawk li kienu jinħlew fix-xejn u ma jaħdmux. Min ma jaħdimx ma għandux dritt jiekol, 6:10, qalilhom l-appostlu. It-talba tal-Missierna kif insibuha fid-Didakè tagħtina dan l-aspett eskatoloġiku tat-talba tal-Missierna ħafna aktar ċar. F’kapitlu 8 vers 2 Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu biex ma jitolbux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, imma għandhom jitolbu hekk: Missierna, li qiegħed fis-sema, Jitqaddes ismek, Tiġi saltnatek, Ir-rieda tiegħek titwieled fl-art bħalma hi fis-sema. Agħtina llum il-ħobża tagħna li għandha tiġi, U aħfrilna ddejn tagħna fl-aħħar ġudizzju, Bħalma aħna hawn naħfru lil min hu mdejjen magħna, U ddaħħalniex fit-tiġrib tal-aħħar żmien, Imma eħlisna minn dak il-ħażen, Għax tiegħek hija s-saltna u l-glorja għal dejjem. 21


Anki ċ-ċelebrazzjoni liturġika u t-teoloġija tal-Ewkaristija, daħlet f’din il-perspettiva ta’ stennija tat-tieni miġja. Iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika nnifisha saret parti minn din l-aspettazzjoni. Dan kien il-kuntest li fih, lInsara tal-bidu kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija. Kristu mqajjem millmewt kien dehrilhom waqt ikla. Waqt l-qsim tal-ħobż kienu jistennewh li jista’ jerġa’ jiġi. Hekk kienu jistennew il-Lhud lil Elija waqt l-ikla tasSeder. Tant li kienu jiftħu l-bieb waqt ir-raba’ barka fuq l-inbid u anki jħallu l-post u t-tazza għalih fuq il-mejda. Hekk kienu jistennew lillMessija l-komunità tal-Esseni waqt l-ikla qaddisa tagħhom li fiha kienu jaqsmu l-ħobż u jbierku l-kalċi. Huma wkoll kienu jħallu post vojt fuq in-naħa tal-lemin ta’ dak li qed jippresiedi l-ikla, biex jekk jiġi l-Messija jkollu fejn joqghod madwar il-mejda. L-ewwel Insara kienu jiċċelebraw l-ikla tal-Mulej bħala antiċipazzjoni taż-żmien meta huma se jieklu u jixorbu mal-Mulej fis-saltna tas-sema. Ngħidilkom li ma nerġax nixrob aktar mill-frott tad-dielja sa

Mt26:29

dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-saltna ta’ Missieri, spiċċa Ġesù d-diskors ewkaristiku tiegħu fil-vanġelu ta’ San Mattew. Kull darba li huma kienu jaqsmu dan il-ħobż, kienu jemmnu li Ġesù qiegħed magħhom spiritwalment sa ma jiġi fiżikament. Din il-perspettiva hija diġà preżenti fl-Antik Testment. L-ikla tissimbolizza r-rebħa 22


universali tas-saltna ta’ Alla. Isaija wara l-ħruġ mill-Eżilju, jitkellem minn ikla b’ikel fin, 25:6-10. Il-Konċilju Vatikan II: Fil-Kanone, it-talba Ewkaristika tal-quddiesa, tar-riforma liturġika tal-Konċilju Vatikan II, daħal b’mod qawwi lelement Passat tat-tifkira u tal-memorja, ‘Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’ Kliem li fil-Ġdid Testment jinstab biss f’din l-ittra ta’ San Pawl u filvanġelu ta’ San Luqa. Imma mhux biss. Fir-riforma tal-Konċilju daħal ukoll l-element Futur biex niftakru, li l-preżenza tal-Mulej flEwkaristija hija garanzija tal-preżenza tiegħu magħna sakemm immorru ngħammru miegħu fil-post li hu wegħedna li lesta għal kull wieħed u waħda minna. Il-Konċilju ried jinsisti li dak li aħna niċċelebraw b’forma sagramentali huwa antiċipazzjoni, tħabbir, tbassir, tal-ikla li se niċċelebraw fil-mejda tas-saltna tal-Missier. Din hija antiċipazzjoni talikla li aħna se niċċelebraw miegħu meta narawh wiċċ imb wiċċ. Lewwel Insara ma kellhomx bżonn min ifakkarhom dwar dan. Kif tkellimna, il-viżjoni kollha tal-fidi tagħhom kienet mibnija fuq listennija tal-miġja futura tal-Mulej. Kollha kemm huma kellhom fidi qawwija ħafna f’dan l-element futur tal-Ewkaristija. Din is-sens ta’ stennija fil-futur kien tant qawwi, li probabbilment kienet ir-raġuni li fl-ewwel komunitajiet Insara, dawk li kienu jaqdu filkomunità bħala profeti, setgħu anki huma jipprisjedu ċ-ċelebrazzjoni

23


tal-Ewkaristija. Id-Didakè tgħallem li ħadd ma jista’ u m’għandu jwaqqaf lill-profeti milli jiċċelebraw u jippresjedu l-Ewkaristija filkomunità. Probabbilment, ir-raġuni li għaliha l-profeti mhux biss setgħu jiċċelebraw l-Ewkaristija, imma skont id-Didakè, ma setgħux jiġu mwaqqfa milli jagħmlu dan, hija minħabba l-fidi tal-ewwel Insara f’dan l-element futur ta’ stennija tal-Ewkaristija. Il-profeti, nisa u rġiel, kienu n-nies li jagħmlu l-qalb u jħeġġu lill-fidili billi kienu jittrattaw l-futur. Kienu jitkellmu dejjem dwar l-aħħar wegħdiet tal-Mulej għall-futur.

Sens ta’ stennija għall-futur li kien qawwi wkoll fl-ikla tal-Għid li lLhud li fiha, skont is-Sinottiċi, Ġesù waqqaf l-Ewkaristija. Dan huwa dak li se niddiskutu fil-kapitlu li jmiss.

24


Kapitlu 2. Is-Sinottiċi fil-Kuntest tal-Ikla tal-Għid Lhudija: Skont San Pawl u s-Sinottiċi, l-ikla fejn Ġesù waqqaf l-Ewkaristija kienet tagħmel parti mill-ikla tal-Għid, magħrufa fost l-oħrajn bħala likla tas-Seder. Din l-ikla kienet tiċċelebra b’mod qawwi l-ewwelnett lelement Passat ta’ Tifkira ta’ dak li għamel magħhom il-Mulej fil-ħruġ mill-Eġittu. Kienet tiċċelebra wkoll l-element tal-Futur tad-dħul fl-Art Imwegħda. Kienet din l-ikla tas-Seder li bdiet tagħti t-togħma kemm tal-element passat ta’ tifkira, kif ukoll l-element futur ta’ tama u stennija, liċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. San Pawl jirreferi għal, ‘lejl li fih kien ittradut.’ Iġifieri, meta l-Mulej Ġesù għamel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Kien żmien il-Għid u kien qed jagħmel l-ikla tas-Seder mad-dixxipli. San Mattew jgħidilna li ‘kien l-ewwel jum tal-Ażżmi’ meta d-dixxipli resqu fuq Ġesù u staqsewh fejn irid li jippreparawlu l-ikla tal-Għid, 26:17. San Mark 14:12 u San Luqa 22:7 jirreferu wkoll għall-ewwel jum tal-Ażżmi. Imma jżidu l-kumment li kien, ‘il-jum li fih kien ikollhom jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid.’ Fl-isfond tal-ħaruf tal-Għid, San Luqa jgħidilna li Ġesù xtaq jagħmel din l-ikla f’post mhux magħruf. Ġesù jħalli mistur sa l-aħħar il-post fejn se jagħmel din l-aħħar ikla mad-dixxipli. Kien għalhekk li bagħat lil Pietru u ’l Ġwanni biex isibu l-post billi jimxu 25


wara dak ir-raġel li kien qed iġorr l-ilma. Kienu n-nisa li dak iż-żmien fil-Palestina kienu jġorru l-ilma filgħodu kmieni. Għalhekk kienet ħaġa stramba li raġel iġorr l-ilma u hekk dan ir-raġel iġorr l-ilma seta’ jkun sinjal tajjeb. Lid-dixxipli Pietru u Ġwanni, urihom li kellu kollox miftiehem ma’ sid dik id-dar li fiha kien se jidħol dak ir-raġel li kien qiegħed iġorr l-ilma. Meta waslu fil-kamra sabu li kollox kien diġà ppreparat għall ikla tal-Għid, Lk 22:8-12. Is-sens ta’ Tifkira huwa qawwi ħafna fl-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudi. Dan is-sens ta’ tifkira ma kienx ifisser biss memorja ta’ xi ħaġa li ġrat fil-passat u għaddiet. Imma l-Lhud għandhom sens qawwi li meta jkunu qed jiċċelebraw l-ikla tal-Għid, huma jkunu qed jerġgħu jgħixu mill-ġdid il-mument ta’ dak kollu li seħħ mal-antinati tagħhom huma u ħerġin mill-jasar tal-Eġittu għall-Ħelsien. Waqt l-ikla, il-Lhud għadhom jemmnu li huma mhumiex biss jagħmlu memorja jew tifkira ta’ dak li ġara fil-passat. Imma qegħdin iġeddu (renewal) dak li

ġara biex

jerġgħu jibbenifikaw mill-grazzji u l-barkiet tiegħu; biex jagħmlu preżenti għalihom nfushom il-barkiet kollha li ħadu missirijiethom flewwel ikla. Dawk minnkom, li qed taqraw dan il-ktieb, li kellkom ix-xorti sabiħa li xi darba tkunu preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-ikla tas-Seder, li għallgrazzja t’Alla qed tkun iċċelebrata f’ħafna gruppi u parroċċi, jafu tajjeb li din iċ-ċelebrazzjoni tas-Seder, ma titkellimx biss dwar dak li ġara fil26


passat. L-għadma tal-Ħaruf fil-platt prinċipali tal-ikla hija Tifkira talewwel ikel li missirijiethom għamlu dak il-lejl li kienu meħlusa millEġittu. Imma l-Lhud, sallum għadhom jemmnu, li f’dak l-istess mument taċ-ċelebrazzjoni, bl-ikel tal-ħaxix tar-rebbiegħa, li jbillu filmorr tal-ilma bil-melħ u fil-ħlewwa tal-Ħoroxet, waqt iċ-ċelebrazzjoni nnifisha, huma qegħdin jiġu meħlusa mill-jasar simili għal dak talEġittu; mill-jasar tal-qalb. Jemmnu li waqt iċ-ċelebrazjoni tal-istess ikla tas-Seder, Alla qiegħed jerġa’ jġedded il-patt tiegħu li Hu Alla tal-poplu li qed jiċċelebraw din l-ikla tas-Seder. Min-naħa tagħhom, huma wkoll jemmnu li qed iġeddu t-tweġiba tagħhom li jridu jkunu l-poplu ta’ Alla u jgħixu l-għerf tiegħu muri fil-Liġi li tahom permezz ta’ Mosè. Dan il-kuntest ta’ fidi tal-ikla tas-Seder mexa għand l-ewwel komunità Nisranija. Komunità li fil-maġġoranza tagħha kienet magħmula minn Lhud ikkonvertiti. L-istess Ġesù, it-Tnax u Pawlu kienu Lhud. Għalhekk, fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, il-komunità Nisranija kienet tifhem li qed jiċċelebraw, mhux l-ikla ta’ Mosè fl-Eġittu, imma dak l-istess att li Ġesù għamel fl-aħħar ċena. Kienet qed tagħmel tifkira b’mod ħaj u jerġgħu jġeddu u jagħmlu preżenti għalihom, mhux jagħmlu mill-ġdid, f’dak li qed jiċċelebraw, il-grazzja kollha, tal-Patt ilĠdid li Ġesù waqqaf b’demmu bħala l-Ħaruf il-Ġdid. Il-Patt għal dejjem, għax dak tas-Sinaj ma kienx għal dejjem. L-Insara kienu jemmnu, li qed jagħmlu tifkira tal-Preżenza tiegħu magħhom mill-ġdid. 27


Kienu qed jagħmlu dan b’tifkira tiegħu għax Hu preżenti magħhom. Għax huma kienu tiegħu u miegħu. Fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, l-ewlenin Insara, kienu jemmnu li qed iġeddu u jagħmlu l-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu preżenti millġdid. Eżattament kif il-Lhud jemmnu li fiċ-ċelebrazzjoni tas-Seder, huma jerġgħu jagħmlu l-ħelsien tal-ikla tal-Għid fl-Eġittu realtà ħajja għal uliedhom. Din hija l-ikla tal-Pass Over; tgħaddi minn naħa għalloħra. Għal-Lhud, mill-Eġittu għall-Ħelsien. Għal Ġesù, minn din iddinja għal għand il-Missier. Għalina, minn din id-dinja għal ikla fissaltna tal-Missier ppreparata għalina mill-Iben il-Waħdieni tiegħu. Fiċ-ċelebrazzjoni tas-Seder, il-Missier iġib reali u preżenti għall-familja tiegħu madwar il-mejda tal-ikla, dak li kienu għamlu missirijiethom dakinhar li ħarġu mill-jasar tal-Eġittu biex kisbu l-ħelsien. Biex iseħħ dan, it-tfal, ibda mill-iżgħar wieħed, jagħmlu ħafna mistoqsijiet lillMissier. Fir-risposta tiegħu l-Missier ifakkar il-wegħdiet kollha li Alla fl-imħabba tiegħu għamel ma’ missirijiethom u li għadu jixtieq iġedded magħhom illum waqt l-ikla tal-Għid. Waħda mill-mistoqsijiet l-aktar importanti waqt l-ikla hija, ‘Għalfejn inbillu darbtejn’ il-ħaxix ħelu tar-rebbiegħa; darba fl-ilma morr bil-melħ u darba oħra fil-Ħoroxet. Dan huwa taħlita ta’ lewż fl-għażel u t-tuffieħ 28


biex ikun forma ta’ tajn. Hekk ifakkarhom fil-madum li kienu mġagħla jaħdmu waqt il-jasar. Imma t-togħma tiegħu hija ħelwa u tajba ħafna. Tajn u Ħelu, il-morr u l-ħelu. Elementi dejjem preżenti fl-ikla tas-Seder biex juri li l-Mulej fil-providenza kbira tiegħu jaf joħroġ it-tajjeb millħażin. Hawnhekk il-missier ifakkar li huma kienu skjavi fl-Eġittu. Imbagħad jispjega li huwa mill-morr li Alla joħroġ il-ħelu. Huwa mittbatija li joħroġ il-ħelsien. Huwa mis-sagrifiċċju li toħroġ il-glorja. Fi kliem Ġesù huwa mill-qamħa li tmut li jkollna l-ħajja, Ġw 12. Huwa mill-ħaruf maqtul li se niksbu l-ħajja. Huwa mis-salib li kellna l-ħajja. Huwa mill-faqar tal-Mulej li aħna sirna għonja. Mistoqsija ewlenija oħra hija dwar il-Mażżot – il-ħobż bla ħmira. Ittifel jistaqsi għaliex waqt din l-ikla jittiekel biss ħobż bla ħmira. IlMissier jispjega li l-ħmira hija magħmula minn biċċa għaġina ta’ lejliet li titħalla teħmer biex imbagħad tgħolli l-għaġna kollha. Imma f’din likla missirijiethom ma kienu ħadu xejn mill-ħmira tal-Eġittu. Riedu jkunu bnedmin ġodda. Kif ifakkarna Ġesù li nbid ġdid jitqiegħed f’damaġġani ġodda. Kif javżana Ġesù biex noqogħdu attenti mill-ħmira ta’ Erodi u tal-Fariżej. Il-ħobż ażżmu li l-Insara ppreservaw fiċċelebrazzjoni tagħhom biex juri li huma qatlu l-bniedem il-qadim biex jilbsu lil Kristu. Li fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika huma jridu jitbattlu minnhom infushom biex jimtlew bil-Mulej Ġesù fiċ-ċelebrazzjoni tarrebħa tiegħu. 29


Relevanti ħafna wkoll għal dak li qed ngħidu huwa l-fatt, li fil-platt prinċipali tal-ikla tas-Seder, li jkun hemm fuq il-mejda prinċipali quddiem il-Missier, kienu jżommu biċċa sħiħa mill-għadma tal-ħaruf li kienu se jieklu. Din l-għadma kienet tinżamm biex tfakkar lil dawk li jkunu qed jiċċelebraw is-Seder, f’dak il-ħaruf li kienu qatlu missirijiethom fl-ewwel lejl meta għamlu l-ewwel ikla tal-passover, ilmixja mill-Eġittu mill-iskjavitù għall-ħelsien. L-għadma tal-ħaruf li torbot kull ikla tas-Seder mal-ewwel ikla ta’ missirijiethom fl-Eġittu. Tfakkarhom li kienu lsiera. Tfakkarhom f’dak il-Ħaruf li kienu kielu missirijiethom fl-Eġittu. Missirijiethom kienu kielu laħam il-Ħaruf biex jagħtihom il-qawwa fiżika għall-vjaġġ twil tal-ħelsien li kienu se jibdew wara l-ikla. Dak il-ħaruf li kienu raxxew demmu mal-koxxa tal-bieb biex permezz ta’ demmu, il-familja tinħeles u ssalva mill-mewt tal-iben il-kbir, għax l-anġlu tal-qerda passed over il-bieb tagħhom. Fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-ulied waqt l-ikla, li skont San Pawl u s-Sinottiċi, fil-kuntest tagħha Ġesù waqqaf l-Ewkaristija, ilMissier kien jieħu l-opportunità biex jirrakkonta l-istorja tas-salvazzjoni mill-ħolqien sal-lum. Jirrakkonta dak kollu li Alla għamel fil-Passat ma’ missirijiethom biex ħelishom mill-jasar tal-Eġittu permezz tal-qtil tal-ħaruf. Imma mhux biss. Jieħu l-opportunità jurihom ukoll dak li l30


Mulej għadu jagħmel magħhom fil-Preżent permezz tal-Patt u t-Torah biex jeħlishom mill-jasar interjuri tal-qalb. Probabbilment dan kien il-kuntest li mexxa lill-ewlenin Insara jifhmu lEwkaristija mhux biss bħala ikla imma wkoll bħala sagrifiċċju. Jifhmu l-Ewkaristija mhux biss bħala Memorja tal-Passat flimkien mat-Tama tal-wegħda tal-Futur imma wkoll bħala Tifkira ħajja fil-Preżent talmewt u l-qawmien tal-Mulej. Jgħaqqdu l-Ewkaristija mas-sagrifiċċju tal-Ħaruf ta’ Alla li bil-mewt tiegħu neħħa d-dnub tad-dinja. Li biddemm tiegħu mraxxax mas-salib ħelisna mill-mewt u tana l-ħajja ta’ dejjem. Niftakru li fiż-żmien li Ġesù ċċelebra l-ikla tal-Għid mad-dixxipli tiegħu, il-Lhud kienu jħarsu lejn din l-ikla bħala saġrifiċċju ukoll. Ma kienx hekk minn dejjem fil-ħajja tal-poplu Lhudi. Oriġinarjament ma kenux iħarsu lejn din l-ikla bħala sagrifiċċju. Imma hekk kif maż-żmien, il-ħajja reliġjuża tal-poplu bdiet tiġi ċċentrata aktar fit-tempju, bilqassisin joqtlu l-ħaruf għall-poplu f’jum l-Ażżmi, allura din l-ikla ġiet mogħtija aktar dan l-aspett ta’ sagrifiċċju. Anki fi żmien Ġesù, il-ħaruf tal-Għid kien għadu jiġi maqtul fit-tempju mill-qassis. Żvilupp simili seħħ fil-komunità Nisranija. Fl-iżvilupp Kristoloġiku, iġifieri bil-mod kif bdew jaħsbu u jemmnu dwar Ġesù, l-Insara bdew 31


iħarsu lejn Ġesù dejjem aktar bħala l-Qassis il-Kbir, kif tkellimna tant tajjeb fost oħrajn l-Ittra lil-Lhud. Huwa probabbilment dan l-iżvilupp Kristoloġiku li vara l-komunità Nisranija fuq it-triq li tifhem l-ikla li huma jiċċelebraw, mhux biss bħala tifkira u memorja tiegħu, imma bħala sagrifiċċju wkoll. Iż-żewġ elementi tal-Passat u tal-Futur li tkellimna dwarhom, minbarra li nsibuhom f’San Pawl u fis-Sinottiċi, insibuhom ukoll fid-Didakè. Tajjeb ninnutaw, li bejn ix-xandira tal-mewt tal-Mulej tal-passat u listennija sa ma jiġi fil-futur, hemm il-lakuna tal-Preżent. Din iċċelebrazzjoni tal-ikla tal-Mulej,

x’tagħmel aktar għall-komunità

Nisranija minbarra li tagħmel preżenti l-mewt tal-Mulej u tantiċipa lpreżenza tat-tieni miġja tiegħu? X’se tagħmel aktar milli ‘inħabbru lmewt tiegħek Mulej, inxandru fil-ferħ il-qawmien tiegħek u nistennewk sa ma tiġi fil-glorja?’ Kif tidħol fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Għalfejn anki l-ewwel Insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija daqshekk ta’ sikwit? L-istess ktieb tal-Atti tal-Appostli jgħidilna li kienu jiċċelebraw il-qsim tal-ħobż regolari fl-ewwel jum tal-ġimgħa. Il-ktieb tal-Atti 2:45ff, jgħidilna li l-Insara kienu jmorru fit-tempju u fl-ewwel jum tal-ġimgħa jaqsmu il-ħobż fid-djar tagħhom. Għalihom dan ma kien l-ebda kontradizzjoni mal-liturġija u l-qima li kienu jagħtu bħala Lhud. Għallbidu l-ewlenin Insara ma kienu jaraw l-ebda qsim u firda bejnhom u 32


bejn it-tempju. Anzi hija probabbiltà kbira, li fil-bidu nett kienu jiltaqgħu biex jaqsmu l-ħobż fl-ewwel jum tal-ġimgħa biex is-Sibt kienu jistgħu jibqgħu jattendu s-sinagoga. Kien wara l-qasma u l-firda taż-żewġ komunitajiet, dik Lhudija u dik Nisranija, li l-Insara żammew il-ġurnata tal-Ħadd bħala l-ġurnata tal-laqgħa tagħhom. Imma tawha sinifikat ġdid, dik tal-ġurnata tal-qawmien tal-Mulej. Id-Didakè 8:1, kienet tgħid lill-Insara tal-komunità biex isumu kull nhar ta’ Sibt bi preparazzjoni, ovvjament għaċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika tal-Ħadd. Irridu nistaqsu: kieku kienu jifhmu biss tifkira tal-passat u stennija talfutur, allura għalfejn kienu jiċċelebraw il-qsim tal-ħobż bħala azzjoni Kristjana daqshekk spiss u regolari? Għalfejn ma kenux jiċċelebrawha darba fis-sena biss kif il-Lhud kienu jiċċelebraw l-ikla tas-Seder? Għalfejn anki llum, għall-grazzja ta’ Alla, niċċelebraw din l-ikla kuljum u ninsistu li almenu niltaqgħu flimkien darba fil-ġimgħa, fl-ewwel jum tal-ġimgħa? Ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet se jagħtihomlna r-raba’ vanġelu, kif se naraw fil-kapitlu erbgħa wara li fil-kapitlu li jmiss nitkellmu dwar idDidakè.

33


Kapitlu 3. Id-Didakè Anki fil-kitba tal-Kelma ta’ Alla, il-kelma mitkellma dejjem antiċipat ilkelma miktuba. It-Tradizzjoni orali u mgħixa f’komunità, hija dejjem lgħajn li minnha ħareġ kull ktieb tal-iskrittura. Anki dawk il-kotba li huma fil-forma ta’ ittra. Il-kittieb innifsu ħa u kiber fil-fidi fil-ħajja talkomunità. Fil-kitba tiegħu, dejjem qiegħed jipprosopponi l-ħajja ta’ komunitá Nisranija li lilha tkun qed tiġi indirizzata l-ittra. Flintroduzzjoni tiegħu San Luqa jgħidilna li kienu, 1:1‘Bosta kienu dawk li ħadu f'idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f'rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, 2kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b'għajnejhom stess u saru ministri tal-kelma.’ San Luqa ma kien ikollu xejn x’jikteb lill-komunità Nisranija, kieku ma kinux hemm l-appostli li l-ewwel nett raw b’għajnejhom u saru ministri tal-kelma. Wara, Insara li laqgħu din il-kelma, bnew ħajjithom fuqha flimkien u għaddewha bilfomm minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-kitba tal-vanġeli u ħafna kotba oħra, taf l-għajn tagħha lil tradizzjoni orali. Id-Didakè hija l-isem ta’ ġabra oħra ta’ Tradizzjonijiet Orali, li l-Insara Lhud tal-bidu kienu jgħaddu lil xulxin. L-istil innifsu li bih miktub dan il-ktieb tad-Didakè, jurina li dan il-ktieb huwa ġabra ta’ tradizzjonijiet orali li ġew miġbura fil-kitba probabbilment għal żewġ raġunijiet. Lewwel, biex il-komunitajiet tal-ġentili jkollhom linja ta’ gwida fuqiex 34


jimxu. It-tieni biex il-ġentili konvertiti jikbru fil-maturità tagħhom talfidi personalment u bħala membri fil-komunità Nisranija. Id-Didakè huwa ktieb li ma tantx jingħata importanza, minkejja li flopinjoni tiegħi, għandu importanza kbira. Aktar minn kull ktieb ieħor tal-Ġdid Testment, id-Didakè huwa ktieb ta’ informazzjoni siewja ħafna għax l-ewwel nett, jurina kif kienu jħarsu lejhom infushom l-ewlenin Insara. Jgħidilna wkoll kif l-ewwel Insara, kienu jgħixu l-fidi tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Jgħidilna wkoll kif kienu jiċċelebraw il-Liturġija u s-Sagramenti u x’kienet il-preparazzjoni għalihom li l-ewlenin Insara kienu jagħmlu. L-istudjużi tal-Bibbja kollha jaqblu li dan il-ktieb għandu importanza kbira. Xi Studjużi, li huma fil-minoranza kbira, isostnu li dan il-ktieb huwa xogħol tal-bidu tat-tieni seklu. Isostnu dan, għax jgħidu li l-ħajja sagramentali li dan il-ktieb jiddiskrivi fil-komunità Nisranija, riedet ftit taż-żmien mhux ħażin biex tgħaddi mill-iżvilupp li jiddiskrivi dan ilktieb. Biss anki l-ktieb tal-Atti, li hu miktub fl-istess żmien tas-Sinottiċi, jitkellem fuq il-ħajja sagramentali tal-komunità Nisranija. Imma l-maġġoranza kbira tal-istudjużi jsostnu li dawn it-tradizzjonijiet orali, sabu l-forma miktuba fil-ktieb tad-Didakè fi żmien bikri ħafna, saħansitra qabel l-istess vanġeli kanoniċi bil-Grieg. Isostnu hekk 35


minħabba l-insistenza tad-Didakè fuq it-tieni miġja tal-Mulej. Realtà fliżvilupp tal-fidi ta’ żmien San Pawl u s-Sinottiċi u mhux tat-tieni seklu. Fit-tieni seklu, din l-insistenza dwar it-tieni miġja ta’ Ġesù b’mod immanenti, kienet ineżistenti. Fil-faqar tiegħi, jiena aktar jikkonvinċini l-aħħar argument. Għal din irraġuni, qiegħed nippreżenta dan il-kapitlu dwar id-Didakè qabel niddiskutu l-vanġelu ta’ San Ġwann. Hekk inkun qed nimxi ma’ dak li naħseb li seħħ fl-iżvilupp tal-ħsieb u viżjoni tal-ewwel komunitajiet Insara, anki dwar il-ħajja u ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika li qegħdin niddiskutu f’dan il-ktieb. Id-Didakè ma nkitibx għall-istess skop li għalih inkitbu l-vanġeli. Ilvanġeli nkitbu biex iservu ta’ Katekeżi għal dawk li jixtiequ jemmnu f’Ġesù jew qed jippreparaw lilhom infushom bħala Katekumeni. San Ġwann innifsu jgħidilna l-iskop li għalih kiteb il-vanġelu tiegħu: 20:31

Dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta'

Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu. Mhuwiex liskop tad-Didakè li jkellimna dwar kif il-ministeru ta’ Ġesù jwassalna għall-fidi fih. Imma dan il-ktieb inkiteb bħala struzzjoni ta’ kif dawk li diġà jemmnu fih u jagħmlu parti mill-komunità Nisranija, għandhom jgħixu l-fidi 36


tagħhom fil-prattika tal-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk lanqas ma nistgħu nqabblu d-Didakè mal-ittri ta’ San Pawl jew tal-appostli l-oħra. L-iskop ta’ dawn tal-aħħar kien istruzzjoni fil-fidi u risposta għad-diffikultajiet li kellhom il-komunitajiet Insara. Minkejja li d-Didakè nkiteb fi żmien Sawlu, imma fil-fatt ma nsibu lebda riferenza għalih jew għat-tagħlim tiegħu. Niftakru li Pawlu ma tantx kien popolari ħafna mal-komunitajiet Insara Lhud kif jixhdu listess ittri tiegħu u l-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Id-Didakè jaf l-oriġini tiegħu mit-tradizzjoni ta’ dawn il-komunitajiet Lhud Insara. L-awtur tad-Didakè huwa anonimu. Probabbilment, din il-ġabra ta’ tagħlim u struzzjoni dixxiplinari mhijiex il-ħidma ta’ bniedem waħdu. Imma tappartjeni għal grupp ta’ knejjes Insara domestiċi, li kienu rċevew Mod ta’ Ħajja mingħand il-Missier permezz ta’ Ġesù. Sakemm kienet għadha fil-forma orali, din il-ġabra ta’ tagħlim u struzzjoni liturġika, speċjalment fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti, kienet għadha bla isem. Imma meta nkitbet ġiet mogħtija l-isem, ‘It-Taħriġ tal-Mulej lill-Ġentili permezz tat-Tnax-il Appostlu.’ Kienu l-istudjużi li qassru dan l-isem twil f’‘DID - AH – KAY’, kelma Griega li tfisser it-taħriġ li mgħallem jagħti lill-apprentista tiegħu. Speċi ta’ mentor.

37


Hija ħasra, li l-maġġoranza kbira tal-Insara, anki dawk li suppost jafu aħjar, jaħsbu li l-kitbiet awtententiċi kollha li kienu marbuta malmoviment tal-Kristjani fl-ewwel seklu, jinsabu kollha fis-sebgħa u għoxrin ktieb tal-Ġdid Testment. Il-verità hija ħafna ’l bogħod minn hekk. Kotba Apokrifi bħal vanġeli ta’ San Ġakbu, San Pietru u San Tumas, tal-Madalena u oħrajn; il-ġabra tal-Vanġelu Q; il-kotba talEsseni msejħa d-Dead Sea Scrolls, li nstabu fl-1943 fejn kienu jgħixu lkomunità tal-Qumran; l-ittri ta’ San Klement, San Injazju, San Polikarpu u oħrajn, huma fost il-ftit li għall-grazzja ta’ Alla, l-interess fihom qiegħed dejjem jikber u qed jiġu mfittxija u studjati dejjem aktar. Din il-letteratura bikrija, li l-ktieb tad-Didakè huwa parti importanti minnha, hija għajn tajba ħafna ta’ informazzjoni u ta’ tagħlim tal-ħajja tal-ewlenin Insara. Dan minkejja li ma sabux posthom fl-aħħar lista talKanone tar-raba’ seklu, u għalhekk ma nistgħux insejħulhom kotba spirati. Pereżempju rigward il-Magħmudija u l-Ewkaristija, fil-kotba tal-Ġdid Testment, nistgħu ngħidu li ma nsibu l-ebda evidenza li turina kif dawn is-sagramenti kienu jiġi ċċelebrati. L-Atti tal-Appostli, dwar lMagħmudija jgħidilna ftit ħafna Dwar l-Ewkaristija, f’kapitlu tnejn jgħidilna li kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija fl-ewwel jum tal-ġimgħa. F’kapitlu

tlettax

tal-istess

ktieb

tal-Atti

niltaqgħu

mal-profeti

jiċċelebraw il-liturġija. Imma ma jagħtina l-ebda informazzjoni dwar 38


min kienu dawn il-profeti u x’kien il-post tagħhom fil-komunità. Lanqas nistgħu nitkellmu fiċ-ċert, jekk l-awtur kienx qiegħed jirreferi għall-liturġija tal-Ewkaristija jew le. Id-Didakè hija l-unika kitba li għandna f’idejna li tfornina blinformazzjoni dwar kif kienet tiġi ċċelebrata l-liturġija tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija fl-ewwel żminijiet tal-knisja; min kien jippresiedi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet; min seta’ jkun preżenti għalihom u x’kienet lpreparazzjoni li kienu jagħmlu għalihom. Dan il-ktieb tad-Didakè dam mitluf għal ħmistax-il seklu sħaħ. Konna nafu bl-eżistenza tiegħu minħabba r-riferenzi li jagħmlu għalih missirijiet il-knisja fil-kitbiet tagħhom. Imma kopja tiegħu sħiħa ma kienet tinstab imkien. B’mod providenzjalment, fis-sena elf, tmiem mija u tlieta u ħamsin (1853), l-Arċisqof Ortodoss Filotheos Bryennios kien qiegħed jagħmel riċerka fil-librerija antika tal-kunvent tas-Sepulkru ġewwa

Kostantinopli.

Hemmhekk,

qalb

ir-rikkezza

ta’

ħafna

manuskritti antiki, sab kopja kompleta tad-Didakè. L-ewwel reazzjoni li ħadet din is-sejba, u forsi wieħed jifhimha għax ma kenitx sejba żgħira, kienet waħda ta’ suspett ta’ ingann. L-Arċisqof, la kien emmnut u lanqas ittieħed bis-serjetà. Imma meta saru l-istudji, ġie stabbilit li din is-sejba kienet vera u awtentika. Dak il-manuskritt ta’ sittax-il kapitlu, 39


daqs il-vanġelu ta’ San Mark, imma fid-daqs terz ta’ dan il-vanġelu, kien il-ktieb tad-Didakè li kien ilu mitluf għal sekli sħaħ. L-importanza ewlenija tad-Didakè, hija li toffri diskrezzjoni sħiħa talaspetti prinċipali tal-ħajja Nisranija kemm fil-ħajja personali tal-membri u kemm f’dik fil-komunità. Pereżempju dwar il-Magħmudija jgħidilna dwar is-sawm ta’ preparazzjoni li kien isir. Jitkellem dwar il-preferenza li l-magħmudija ssir bl-immersjoni. Ovvjament il-magħmudija kienet biss għall-adulti u mhux għat-trabi. Dwar it-Talb, tgħidilna dwar it-tliet darbiet li n-Nisrani għandu jitlob kuljum bit-talba tal-Missierna kif għallimna l-Mulej. Il-versjoni tagħha tinsab fl-ewwel kapitlu ta’ dan ilktieb. Ninnutaw id-Diversità, anki kif komunitajiet diversi waslet għandhom b’mod orali l-istess talba tal-Missierna. Minkejja li l-ħsieb bażiku tat-tliet versjonijiet tal-Missierna huwa wieħed, imma kull tradizzjoni għandha il-partikularità tagħha. It-tliet tradizzjonijiet għandhom il-perspettiva tal-parusia, tat-tieni miġja, imma l-aktar li tispikka hija fit-tradizzjoni tad-Didakè. It-tradizzjoni ta’ San Luqa, kapitlu 11, insibuha bħala tweġiba tal-Mulej għat-talba tad-dixxipli biex jgħallimhom jitolbu. Hija t-talba fejn l-iben qed jitkellem ma’ Alla Missieru b’mod l-aktar personali. Fil-fatt tindirizza lil Alla fis-singular bħala ‘Missier.’ Mhux qiegħed fissmewwiet, imma hawn ħdejja jiena u nitkellem miegħu. 40


Fil-vanġelu ta’ San Mattew insibuha bħala talba komunitarja u għalhekk ‘Missierna’ u mhux ‘Missier.’ San Mattew iwasslilna din ittalba meta kien qiegħed jitkellem dwar it-talb bħala wieħed mill-pilastri tal-ħajja spiritwali, flimkien mas-sawm u l-għatja tal-Karità. Id-Didakè jitkellem ukoll dwar ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ta’ darba fil-ġimgħa. Tagħtina informazzjoni dwar il-Profeti iterinarji li jiġu deskritti bħala barka u periklu fl-istess ħin. Jidher li bħal ħafna affarijiet oħra, dwar dawn il-profeti, fl-ewwel komunitajiet, kien hemm kontroversja sħiħa. Pereżempju l-letterattura tad-dixxiplu l-maħbub, vanġelu u ittri, ma jirreferu qatt għal dan il-ministeru tal-profeti. Anzi jirreferu u jitkellmu biss minn profeti foloz. Dwar l-Ewkaristija se nitkellmu aktar fit-tul ’il quddiem. Id-Didakè jitkellem dwar il-ftehim li għandu jkun hemm fil-Ħidma Manwali, u kif għandu jsir il-Qsim tal-Ġid fil-komunità. Tispjega kif għandha ssir l-Istqarrija tad-Difetti fil-komunità u l-Korrezzjoni ta’ min naqas. Tispjega dwar kif il-komunità għandha tara li l-opri tajba jsiru dejjem b’Intenzjoni Retta. Turi ċar kif il-komunità tas-Saltna tgħix il-ħajja tagħha fuq din l-art fit-Tama sħiħa fit-Tieni Miġja li Ġesù kien tkellem dwarha mal-appostli sajjieda tal-Galileja. 41


Ħsibt li nagħti ftit informazzjoni ġenerali dwar id-Didakè, għax forsi mhumiex ftit dawk li qed taqraw dan il-ktieb li m’intomx informati dwar il-kontenut ta’ dan il-ktieb importanti. Hija ħaġa tajba ħafna li mill-interess u l-imħabba tagħkom għall-fidi, taqraw dan id-dokument li biex taqrah ma joħodlokx aktar minn sagħtejn. Imma peress li s-suġġett li qegħdin niddiskutu f’dan il-ktieb huwa l-Ewkaristija, ħsibt li nikkummenta bi ftit aktar dettall, il-kapitli tad-Didakè li jitkellmu dwar l-Ewkaristija. Dawn huma kapitli disgħa sa tnax. 9:1

Tħeġġeġ lill-Insara biex fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika joffru r-

ringrazzjament (eukariston) tagħhom lil Alla f’dan il-mod. L-ewwel nett tingħata t-talba fil-barka tal-Kalċi b’dan il-kliem:

Missier tagħna,

9:2’

aħna nirringrazzjawk għall-inbid qaddis tal-qaddej tiegħek David, li inti rrivelajtilna permezz tal-qaddej tiegħek Ġesù. Lilek il-glorja għal dejjem.’ Wara tagħtina t-talba li għandha tingħad,

9:3

rigward il-biċċa

(tal-Ħobż) maqsum: ‘Missier tagħna, aħna nirringrazzjawk għall-Ħajja u l-Għerf li Int irrivelajtilna permezz tal-qaddej tiegħek Ġesù. Lilek glorja għal dejjem. 9:4Kif il-biċċiet tal-ħobż maqsum kienu mxerrda fuq il-għoljiet (bħala qamħ) u reġgħu ġew miġbura flimkien biex saru waħda (Ħobża), bl-istess mod, jalla l-knisja tiegħek tkun miġbura flimkien minn truf l-art kollha fis-saltna tiegħek, għax tiegħek hi lglorja u l-qawwa f’Ġesù Kristu għal dejjem.’ 42


Infakkar li dan huwa s-sinifikat ta’ dik il-biċċa ostja ċkejkna li ssaċerdot jitfa’ fil-kalċi meta jaqsam l-ostja. Sinifikat li dak li qed niċċelebraw aħna, jingħaqad ma’ ħutna kollha li jagħmlu ċċelebrazzjoni Ewkaristika fid-dinja kollha. Dejjem bit-tama li għad irridu ninġabru flimkien fl-ikla tas-saltna ta’ Alla. Tajjeb li f’dawn ittalbiet tal-barkiet tad-Didakè, ninnutaw li: Fl-ewwel Insara kien qawwi ħafna l-element ta’ ringrazzjament

i.

lil Alla l-Missier, kif wara kollox tfisser il-kelma Ewkaristija. Filquddiesa, aħna żammejna ħajja din it-talba ta’ ringrazzjament fit-talba tal-Prefazju li tingħad qabel il-konsagrazzjoni. It-talba li tispiċċa bilkongregazzjoni kollha flimkien fi Spirtu wieħed tfaħħar lil Alla lMissier bl-innu profetiku, ‘Qaddis, Qaddis, Qaddis.’ L-ewwel barka kienet tingħad fuq il-Kalċi u mhux fuq il-ħobż.

ii.

Din tidher li hija prattika differenti mit-tradizzjonijiet ta’ San Pawl u tal-komunitajiet tal-erba’ evanġelisti. Probabbilment, peress li kienet tradizzjoni tal-Lhud Insara, kienet aktar influwenzata mill-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudija. F’din l-ikla, l-ewwel barka kienet tintalab fuq ittazza tal-inbid imbagħad kienet issir il-barka fuq il-mażżot, il-ħobż ażżmu. iii.

Il-barka tal-inbid tinvoka d-dielja ta’ David li tfisser l-għażla ta’

dik il-familja mill-poplu Lhudi li minnha kien imwiegħed li se joħroġ il-Messija. Dik id-dielja ta’ David li Ġesù jirreferi għalih innifsu meta jgħid li hu d-dielja l-vera, Ġw 15. Ix-xarba tal-inbid mill-kalċi mbierek 43


kienet tagħti l-possibiltà lill-pagani konvertiti u l-imgħammda kollha, li jiddikjaraw b’mod l-aktar solenni s-sejħa divina tagħhom li biha daħlu jaqsmu l-wegħdiet kollha li Alla għamel lill-poplu ta’ Israel fil-mixja tiegħu li twasslu f’Ġerusalemm tas-sema. Israel kien muri t-triq talĦajja u tal-Għerf ta’ Alla bil-Liġi u kienu mitmugħa l-manna minn Mosè. Il-ġentili li sabu t-triq tal-fidi, bħal kull Nisrani ieħor, raw lGħerf ta’ Alla, mhux fil-Liġi imma fil-Mulej Ġesù li sar il-ħobż li niżel mis-sema għax hu l-Għerf tal-Missier li tana l-ħajja tal-Missier. Għalhekk dan il-Patt huwa l-Patt il-Ġdid li jissupera kull wieħed ieħor li kien sar qabel. iv.

Id-Didakè jitkellem dwar il-biċċiet tal-ħobż (pieces), bħat-

tradizzjoni tas-Sinottiċi u mhux minn loqom (fragments), kif jitkellem Ġwanni. Dwar it-tifsira ta’ din id-diversità nitkellmu fil-kapitlu li jsegwi. v.

L-element Ewkaristiku l-aktar qawwi fid-Didakè, mhuwiex dak tal-Passat jew Preżent imma dak tal-Futur. Diġà fl-Antik Testment, likla tal-Mulej kienet dejjem marbuta mar-rebħa eskatoloġika, iġifieri rrebħa aħħarija tas-saltna ta’ Alla. Isaija 25:6-10a, jitkellem minn ikla fuq il-muntanja f’ikel fin għall-popli kollha. L-iskop ewlieni talEwkaristija hu li niċċelebraw dak li se niksbu fiż-żgur. Il-knisja li madwar id-dinja kollha tiċċelebra l-Ewkaristija qed tantiċipa l-mument fejn il-knisja se tinġabar minn kull rokna tad-dinja fis-saltna tal-Missier. Kif diġà kkummentajna, l-istennija tat-tieni miġja tal-Mulej b’mod 44


immanenti kien element preżenti b’mod qawwi ħafna. Iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika tad-Didakè tħares ħafna ’l quddiem. Dawk li ħajjithom hija mantnuta mill-bċejjeċ tal-ħobż imbierka, fl-aħħar ġabra mill-anġli, se jingħaqdu flimkien bħala familja waħda fis-saltna tal-Mulej. Dan se jseħħ bl-istess mod li l-qamħ, li kien imxerred fl-għelieqi, jiġi miġbur, magħġun, format u msajjar f’ħobża waħda. Il-partiċipazzjoni fl-ikel ta’ dan il-ħobż tagħti garanzija li l-Missier, f’jum li jaf hu biss, se jiġbor lil kulħadd mill-erba’ trufijiet tal-art fis-saltna tiegħu. Dan il-ħsieb insibuh b’mod qawwi wkoll fil-vanġelu ta’ Ġwanni li jitkellem mill-ħobż talħajja ta’ dejjem u tal-ħajja eterna. Dwar dan se nitkellmu fit-tul filkapitlu ta’ wara. Għalhekk dawk li jieklu l-ikla Ewkaristika, minn issa, ikunu flimkien qegħdin itegħmu l-futur tal-wegħda kollettiva li tfisser lespressjoni ‘ħobża waħda’. F’dan id-dawl, nistgħu nifhmu aħjar dak li kien qiegħed jifhem San Pawl bl-espressjonijiet ‘Ħobża waħda,’ u ‘jekk il-ħobża hija waħda,’ meta kien qiegħed jitkellem mill-ikla Ewkaristika fil-komunità tal-Korintin.

Wara l-barkiet, fl-istess kapitlu tkompli l-istruzzjoni lill-komunità dwar iċ-ċelebrazzjoni nnifsiha tal-Ewkaristija. Id-Didakè jinsisti li

9:5

ħadd

ħlief min hu mgħammed f’isem il-Mulej Ġesù ma jista’ jieħu sehem flikla tal-Ewkaristija. Hawnhekk id-Didakè jsostni dan it-tagħlim meta tikkwota dak li jidher ipsissima verba ta’ Ġesù, iġifieri kliem lImgħallem Ġesù stess: ‘tagħtux lil klieb dak li hu qaddis.’ L-Ewkaristija 45


kellha tiġi ċċelebrata u maqsuma minn dawk imgħammdin biss. Dawk li libsu l-libsa tat-tieġ. Dawk li għax kienu jemmnu ġew abbandunati mill-familja tagħhom. Dawk li jkunu ħallew lil missierhom u ’l ommhom biex jingħaqdu mal-komunità. Huma dawn li kienu msejħa biex jieklu flimkien mal-familja ġdida tagħhom. Din il-familja ġdida li magħha jistgħu jaqsmu kollox mingħajr pika u għira imma fl-imħabba. L-azzjoni ta’ din l-ikla flimkien kienet influwenza u tagħti direzzjoni lill-ħajja tagħhom kollha li qed jgħixu fit-Triq li se twassal fis-saltna tal-Missier fis-sema. Il-vanġelu ta’ San Mark jista’ jgħinna nifhmu dan il-kliem ta’ Ġesù kkwotat mid-Didakè. Niltaqgħu ma’ dan il-kliem fil-konfront ta’ Ġesù mal-mara Kangħanija,

7:26

mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu

lill-ġriewi. L-istess kliem insibuh ikkuppjat eżatt f’San Mattew 15:26. Ilkoll nafu r-risposta tal-mara għal dan id-diskors,

Mt:15:28

"Hekk hu,

Mulej, iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' sidienhom. Ninnutaw li l-mara titkellem mill-frak, bċejjeċ, loqom. Konnatazzjoni Ewkaristika. L-espressjoni li kienu jużaw il-pagani li kienu qed jemmnu f’Ġesù. Fil-fatt l-istorja tal-mara Kangħanija tkompli li Ġesù mhux biss temagħha l-ħobż tal-ulied u għamilha parteċipi millmejda tal-ulied, imma faħħarha għall-fidi kbira tagħha li kienet tisboq dik tal-ulied kollha.

46

28

Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: "Mara, il-fidi


tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq." U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

Il-prattika tad-Didakè probabbilment kienet li l-ikla ssir immedjatament wara l-barka fuq l-inbid u bċejjeċ tal-ħobża bla ħmira. Jidher li din kienet prassi differenti mill-komunitajiet ta’ San Pawl, almenu f’Korintu. Jidher ċar li dawn il-komunitajiet l-ewwel kienu jagħmlu likla, kulħadd fil-grupp tiegħu, imbagħad wara jinġabru flimkien għallBarka fuq il-Kalċi u l-Ħobż. Wara li jiġu żbarazzati d-dixxijiet u limwejjed tal-ikla, f’kapitlu 10 id-Didakè tkompli tagħti struzzjonijiet anki dwar it-talb ta’ ringrazzjament (ewkariston) wara li kienu jimtlew bl-ikla tal-Mulej. Dan huwa t-talb li aħna llum insejħulu ‘it-Talba Ewkaristika.

Talba,

li

kif

tagħtihielna

konnotazzjonijiet kbar eskatoloġiċi.

10:2

d-Didakè,

għandha

Fl-Ewkaristija nipproklamaw ‘l-

Isem Qaddis’ tal-‘Missier Qaddis’ li jsir ‘Tabernaklu’ fil-qalb tagħna. Il-kelma ‘Tabernaklu’ tfisser il-post fejn kienu jemmnu li Alla huwa fiżikament u rejalment preżenti fost il-poplu. Permezz tal-Ewkaristija, din il-preżenza ma ssirx biss fost il-poplu imma fil-qalb ta’ kull wieħed. Nagħmlu t-tifħir lill-Missier ‘għall-Għerf tal-Fidi u tal-Immortalità’ li kienu rrevelati lilna fi Kristu Ġesù. Għal dan ilkoll nipproklamaw, ‘Missier lilek tifħir u glorja.’ Wara jiġu mxandra t-temi tal-Kreazzjoni u tar-Redenzjoni. 47

10:3

Ringrazzjament lill-Missier li ħalaq kollox għall-


glorja ta’ ismu. Hu ta l-ikel u x-xorb lill-bnedmin inġenerali biex ikunu jistgħu jgawduhom u jfaħħru lil Alla. Imma lilna tajtna xorb u ikel talIspirtu permezz ta’ Kristu Ġesù għall-ħajja ta’ dejjem. Għalhekk

10:4

il-

Mulej jiġi mbierek għal dak li hu fih innifsu. Imbagħad il-Mulej jiġi mitlub biex iħares lill-Knisja tiegħu billi

jeħlisha minn kull deni,

10:5

jipperfezzjonaha fl-imħabba tiegħu, jiġborha flimkien mill-erba’ rjiħat, iqaddisha u jwassalha fis-saltna tiegħu li pprepara għaliha, ‘għax tiegħek il-qawwa u l-glorja għal dejjem.’ Kemm hi sabiħa din it-talba għall-Knisja li l-Mulej sejħilna biex inkunu parti minnha. Kemm hu importanti li nitolbu għal din il-familja tagħna biex il-Mulej iżommha magħquda flimkien, jipproteġiha u jsalvaha. Laħħar vers ta’ din it-talba Ewkaristika (ta’ Tifħir) tad-Didakè huwa innu li jesprimi x-xewqa li

10:6a

il-grazzja tas-saltna tfittex tiġi ħalli din id-

dinja tgħaddi u tispiċċa. 6bTitkanta Hosanna lil Alla ta’ David. 6cIsejjaħ lil dawk kollha li huma qaddisa biex jersqu u jiġu jingħaqdu magħna filwaqt li dawk li mhumiex magħna nitolbu għall-konversjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jaqsmu dan l-ikel magħna. Dan l-innu jispiċċa blistess sejħa tal-ktieb tal-Apokalissi, 6dEjja Mulej. Maran atha, Amen. Id-Didakè irid jgħidilna, li kif il-messaġġ tiegħu jkompli l-messaġġ ta’ Ġesù ta’ Nażaret, hekk ukoll il-partiċipazzjoni tal-mejda Ewkaristika tipperpetwa, tagħmel dejjiema, l-antiċipazzjoni tas-saltna tal-Mulej 48


Ġesù. Fl-Ewkaristija ntiegħmu issa dak li se niksbu fil-futur. Mantnuti bl-Ewkaristija, dawk li jaqsmu flimkien it-Triq tal-Ħajja tal-Missier, ikunu msaħħa biex jgħixu fil-ħajja soċjali tad-dinja li qed jgħixu fiha imma mhumiex tagħha. Kuljum huma jaħsbu u jgħixu f’antiċipazzjoni tad-dinja li għad trid tiġi. Kif il-Ħobża hija waħda u l-Kalċi huwa wieħed, taħt id-direzzjoni ta’ Missier wieħed ta’ kulħadd, l-aħwa lkoll flimkien jaqsmu bejniethom, Ġidhom, il-Triq ta’ Ħajjithom u lIspirazzjonijiet tagħhom. Ma ninsewx li ħafna minn dawn l-aħwa kienu qed jgħixu persekuzzjoni minn

ħbiebhom,

mill-familjari

jew

saħansitra

mill-awtoritajiet.

Għalhekk diżappuntati mill-preżent, kienu jħarsu ’l quddiem u jittamaw li fil-ġejjieni l-Mulej Alla jonora l-wegħdiet tiegħu. Hekk ikunu kisbu lispirazzjonijiet kollha tagħhom u jseħħ il-ħolm kollu tagħhom, dak li jkun hemm dinja fejn ma jkunx hemm aktar baħar, Apok 21:1. Dan il-kapitlu jispiċċa billi jinsisti li ħadd ma jista’ jwaqqaf lill-profeti milli jiċċelebraw l-Ewkaristija.

10:7

Il-profeti għandhom jitħallew

jiċċelebraw l-Ewkaristija kemm jixtiequ. Il-ktieb tad-Didakè kien iffurmat minn tradizzjonijiet ta’ komunitajiet Insara li fihom l-ministeru tal-profeti ma kienx xi memorja tal-imgħoddi, bħalma fil-każ talvanġelu ta’ Ġwanni. Imma jidher ċar li l-profeti kienu għadhom igawdu stima minkejja li kien hemm ukoll ċertu arja ta’ suspett fuqhom. Il49


profeti ma kinux il-mexxejja tal-komunità u għalhekk ma kellhom lebda parti fil-preparazzjoni tal-kandidati għall-magħmudija u lEwkaristija jew fil-korrezzjoni li kienet tingħata lill-membri talkomunità. Imma saż-żmien id-Didakè, kienu jeżistu dawn il-Profeti itineranti li kienu jżuru l-komunitajiet biex iħeġġuhom fil-fidi tagħhom u jippresiedu l-Ewkaristija. Hawnhekk qed nitkellmu minn żmien, meta lkomunità Nisranija kellha ħafna anqas organizzazzjoni u struttura. Għax minkejja li l-knisja mhix istituzzjoni, imma bl-ebda mod ma tista’ teżisti mingħajr struttura. Fid-Didakè, l-ewwel darba li jissemmew dawn il-profeti huwa b’konnessjoni maċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, fejn jingħad li għandhom jitħallew jiċċelebraw dan is-sagrament kemm iridu. Probabbilment kienet possibbli li profeta jkun preżenti għaċċelebrazzjoni imma ma jippresidix hu jew hi, għax iħossuhom nieqsa mill-ispirazzjoni tal-Ispirtu. Meta l-Ispirtu jkun attiv fil-profeti, dawn għandhom jitħallew jippresiedu kemm iridu. ‘Kemm iridu’ ma tfissirx biss ‘kemm -il darba jridu’, imma tirreferi wkoll għat-tul taż-żmien. Pereżempju fid-dokument Martyrium Polycarpi tat-tieni seklu, naqraw li San Polikarpu ta’ Smirna, dixxiplu ta’ San Pietru, qam u beda jitlob. 50


Tant kien mimli bil-grazzja ta’ Alla, li ma setax jieqaf għal sagħtejn sħaħ. Dan it-talb mimli Spirtu kien jinżel tajjeb ħafna mal-komunità Nisranija anki jekk fit-tul. It-talb tal-profeti kien iqajjem ħafna entużjażmu f’dawk preżenti flimkien ma’ ħafna sensazzjonijiet ta’ biki, għajjat u ferħ li San Pawl jirreferi għalihom kemm-il darba fl-ittri tiegħu. Esperjenza li l-Knisja Kattolika qiegħda terġa’ tesperjenzaha filmovimenti Pentakostali fi ħdanha. Dawn il-movimenti kienu ta’ importanza massima u strumentali ħafna fil-laqgħa li l-Papa Benedittu XVI kellu ftit ilu maż-żgħażagħ fi Spanja. Kienu dawn iż-żgħażagħ, laktar Franċiżi, li mlew bl-Ispirtu t-talb li ż-żgħażagħ kienu jiltaqgħu biex jagħmlu flimkien. Kienu dawn l-istess żgħażagħ li evanġelizzaw ilpostijiet fejn kienu jkunu preżenti. Ma’ gruppi u żgħażagħ mimlijin b’dan l-Ispirtu, jiena għandi esperjenza ta’ ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi li ħadu sigħat. Il-profeti kienu jitħallew jippresiedu, għax taħt it-tmexxija tagħhom iċċelebrazzjoni Ewkaristika kienet tieħu dimensjoni oħra. Iċ-ċelebrazzjoni ma kenitx tispiċċa xi rit mejjet u boring. Imma kienet tkun ċelebrazzjoni ħajja u sabiħa kif l-istess isem ‘ċelebrazzjoni’ jixher li għandha tkun. Immaġina f’dan l-Ispirtu, x’ambjent sabiħ kien jinħoloq meta 51

l-komunità

kienet

tikkonferma

t-talb

tal-profeti

bl-


akklamazzjonijiet personali tal-membri preżenti. Jew b’liema ħajja kienu jitkantaw dawk l-innijiet li tkellimna dwarhom f’dan il-kapitlu. Kapitlu ħdax

jitkellem dwar dawn il-profeti b’mod aktar kawt. Il-

kittieb tad-Didakè ma kienx komdu b’dawn il-profeti itineranti. Fil-fatt jgħid li l-komunitajiet ħafna drabi aktar isofru mill-abbużi tagħhom milli jiggwadanjaw mill-ġenwinità tagħhom. Dawn il-profeti jridu jintgħarfu mill-frott tagħhom. Jintgħarfu mill-istil tal-ħajja tagħhom. Ilħajja li jgħixu l-profeti trid tħalli impatt fuq il-membri tal-komunità qabel ma jħalli impatt it-talb tagħhom. Id-Didakè jiddikjara li dawn ilprofeti, kemm irġiel u kemm nisa, għandhom ikunu ta’ eżempju tajjeb. Il-membri tal-komunità, li jkunu ħallew lil missierhom u lil ommhom biex jingħaqdu mal-familja Nisranija, għandhom jaraw f’dawn il-profeti ‘missirijiet’ u ‘ommijiet’ li huma verament qaddejja magħżula tal-Mulej. Il-profeti huma msejħa mill-Mulej biex jimlew lill-membri tal-komunità bil-kuraġġ billi jifakkru fil-wegħdiet li hemm lesti għalihom. Fl-ikla Ewkaristika, il-Mulej jestendi u jwassal permezz tagħhom, il-Kalċi talGħażla u l-Ħobż tal-Ħajja. Id-Didakè tissuġerixxi punti ċari ta’ kif jingħaraf profeta vera minn wieħed falz. Il-veru jitfaċċa quddiem il-komunità idu f’idu, mingħajr ħorġa, flus jew ħwejjeġ, Mk 6:8. Dawk il-profeti li jiġu kif xtaqhom ilMulej, 52

11:4

għandhom jiġi milqugħa bħal Mulej. 11:5Jekk il-profeta idum


aktar minn tlitt ijiem fil-komunità,

jew jitolbu xi flus għas-servizz

11:6

tagħhom, allura dawn huma profeti foloz. Imma meta l-profeti jkunu qed jitkellmu jew jitolbu fl-Ispirtu, qatt tiġi ddubitata.

11:8

11:7

il-kariżma tagħhom m’għandha

Il-profeti, nisa u rġiel, għandhom jintgħarfu jekk

hux vera jew le, jekk joqogħdux għall-abitudni li tkun ġiet definita millkomunità bħala l-mod ta’ ħajja tagħha. Ġew biex jagħtu servizz jew biex jimponu? Jekk biex jagħtu servizz joqogħdu għal dak li jsibu filkomunità, għax huma la huma mexxejja u lanqas appostli. Jekk jibdew jikkritikaw jew jikkundannaw, allura jkunu qarrieqa. Id-Didakè tkompli tinsisti għal diversi drabi, li l-profeti ma

11:9

jistgħux

jiġu mċaħħda milli jippresiedu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Imma l-profeta 11:11

11:10

għandu jgħix dak li jipprietka inkella huwa profeta falz.

Il-profeta għandu s-setgħa jitkellem dwar dak li l-Mulej lesta

għalina fil-futur, imma ma jistax jgħallem jew iħeġġeġ membri millkomunità biex ikunu profeti. Probabbilment l-insistenza li l-profeti għandhom jitħallew jippresiedu l-Ewkaristija, turina kemm iċĊelebrazzjoni Ewkaristika hija marbuta mal-element tal-futur. Fil-kapitli tnax u tlettax, id-Didakè turi x-xewqa li kull komunità jkollha l-Kleru stabbli tagħha. Hija għal din ir-raġuni li hemm min isostni li din il-ġabra tad-Didakè saret fi żmien ir-raba’ vanġelu (95-100) u mhux fi żmien is-Sinottiċi. Jidher li dan kien iż-żmien meta l53


ministeru tal-presbiterat kien qiegħed jiġi stabbilit f’kull komunità. Dan biex ikunu jafu min huma dawk li qed jiċċelebraw is-sagramenti u jkollhom ċertu stabbiltà. Dan jagħtina indikazzjoni li fl-ewwel żminijiet tal-Kristjaneżmu, ilministeru ma kienx strutturat u organizzat bħalma kien fl-aħħar talewwel seklu u fil-bidu tat-tieni seklu. Pereżempju San Injazju ta’ Antijokja, fil-bidu tat-tieni seklu, jisħaq li fil-komunitajiet tiegħu, ħadd ma jista’ jiċċelebra l-Ewkaristija jekk mhux l-isqof jew il-presbiteri approvati u mibgħuta minnu. Din id-dikjarazzjoni turina li l-knisja kienet diġà mxiet u żviluppat minn żmien fejn ma kien hemm l-ebda struttura għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, għal waħda fejn bdiet dieħla l-istruttura u r-regola. Moviment ta’ żvilupp li narawh fl-ittri pastorali li jġibu l-isem ta’ San Pawl. Ma niltaqgħu mal-ebda kunċett ta’ episkopio u presbiterio fis-sitt ittri miktuba personalment minn San Pawl. Ovvjament għax dan l-iżvilupp kien għadu ma seħħx. Dan l-iżvilupp niltaqgħu miegħu wkoll fil-letteratura ta’ San Ġwann. Fit-tieni ittra, l-awtur jiddikjara li fil-komunità ma għandux ikun hemm mexxejja umani għax il-mexxej tal-komunità huwa l-Paraklitos. Imma fit-tielet ittra jitkellem mill-mexxejja umani tal-komunità. L-istess żvilupp iseħħ fil-vanġelu. Il-vanġelu għandu konklużjoni f’kapitlu għoxrin, fejn probabbilment kien jispiċċa l-vanġelu oriġinali. Imma 54


wara din il-konklużjoni, għandha ż-żjieda ta’ kapitlu wieħed u għoxrin, minn editur, probabbilment fil-ġenerazzjoni ta’ wara l-evanġelista. Flewwel għoxrin kapitlu ma għandha qatt imsemmija l-kelma ‘appostlu’ jew il-kelma ‘tmexxija.’ Jissemmew darba biss ‘it-Tnax’ f’kapitlu sitta li se nikkummentaw fit-tul dwaru fil-kapitlu li jsegwi. L-importanti għal Ġwanni kien li tkun dixxiplu. Li tiltaqa’ personalment ma’ Ġesù, temmen fih, u tieħu l-ħajja minnu bħal fergħa mid-dielja. Imma fiż-żjieda tal-aħħar kapitlu, l-editur jippreżentalna lil Pietru, lewwel flimkien ma’ sitt dixxipli oħra, bħala sajjied jitfa’ x-xibka nnaħa tal-lemin. Imma mbagħad, jippreżenta lil Pietru bħala ragħaj li jiġi mogħti l-missjoni li jirgħa n-nagħaġ u l-ħrief ta’ Ġesù. Imma levanġelista jinsisti li r-ragħaj uman jrid jiftakar, li n-nagħaġ u l-ħrief li jirgħa mhumiex tiegħu imma tal-Mulej. Ifakkar lil Pietru, u lil kull mexxej fil-komunità, li hu nnifsu huwa nagħġa li jrid jimxi wara rRagħaj il-Veru u Waħdieni li hu Ġesù. Biex tkun ragħaj tajjeb l-ewwel trid tkun nagħġa tajba, tisma’ u timxi wara r-Ragħaj. Għalhekk l-aħħar kliem ta’ Ġesù lil Pietru huwa, ‘Ejja warajja.’ Naħseb li dan li għidna dwar id-Didakè, jgħinna nagħrfu, li ssagramenti tant huma importanti fil-ħajja tagħna, li ma nistgħux naffordjaw li ma niċċelebrawhomx sewwa. Għalhekk kien l-istint talknisja sa mill-bidu, li jkollha mexxejja regolari f’kull komunità biex 55


jippresiedu ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti. Dan jagħti stabbilità lillkomunità Nisranija. Stabbilità li jkollha il-ministri tagħhom u l-mod kif għandhom jiġu ċċelebrati s-sagramenti. Din kienet waħda mid-diffikultajiet li kienu joħolqu l-profeti itineranti. Jekk mhux parti stabbli mill-komunità, il-membri qatt ma jistgħu jkunu fiż-żgur jekk dawn iċ-ċelebranti humiex veri jew foloz. Huwa perikoluż wisq li tħalli ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija f’din l-inċertezza. Jidher li għar-raġunijiet li d-Didakè tkellimna dwarhom bl-aktar mod ċar, ilministeru ta’ dawn il-profeti, għeb matul it-tieni seklu. Imma ċĊelebrazzjoni Ewkaristika baqgħet iċ-ċentru ta’ kull komunità Nisranija. Għax din iċ-Ċelebrazzjoni baqgħet ħajja, baqgħet tiżviluppa kif se naraw fil-kapitlu li ġej meta se niltaqgħu mal-komunità tad-Dixxiplu lMaħbub.

56


Kapitlu 4. L-Ikla Ewkaristika fi Ġwanni A: Is-Sinjal tat-tkattir tal-ħobż: Kapitlu sitta tal-vanġelu ta’ San Ġwann huwa wieħed mill-ftit passaġġi li nistgħu nipparagunaw mas-Sinottiċi. Dan għaliex il-miraklu talmultiplikazzjoni tal-ħobż huwa rakkont li nsibuh preżenti fl-erba’ vanġeli (Mt 14:13-21, Mk 6:30-44, Lq 9:10-17). Hemm differenza fundamentali bejn is-Sinottiċi u Ġwanni. Filwaqt li s-Sinottiċi jagħtuna r-rakkont tal-miraklu u jibqgħu għaddejjin għal rakkont ieħor, Ġwanni jgħidilna x’ġara wara. Hekk jagħti ċans lil Ġesù jagħmel il-katekeżi tiegħu dwar is-sinjal li jkun għamel. L-evanġelista jagħti l-okkażjoni lil Ġesù jurina dak li aħna ma nistgħux naraw bl-għajnejn tal-laħam. Ġwanni jagħtina dan it-tagħlim ta’ Ġesù bħal spjegazzjoni għal kull sinjal. F’din l-ispjegazzjoni, iwasslilna minn fomm Ġesù nnifsu, it-tema sagramentali li kienet tgħix il-komunità tiegħu. Għall-komunità taddixxiplu l-maħbub, dak li għamel Ġesù meta kien jgħix magħna waqt ilministeru, għadu jagħmlu b’mod sagramentali fil-Knisja tiegħu llum. Fi Ġwanni nsibu miktuba dik it-tradizzjoni tat-tkattir tal-ħobż bil-mitejn dinar, ħamest elef raġel u tnax-il qoffa. Ġwanni jagħtina differenzi żgħar mir-rakkonti tas-Sinottiċi. Imma minkejja li huma żgħar huma sinifikattivi u importanti ħafna. Tajjeb infakkru li fis-Sinottiċi nsibu 57


żewġ rakkonti tal-multiplikazzjoni tal-ħobż li jvarjaw anki fin-numri, kemm tal-folla u kemm tal-qfief li nġabru mill-fdal. Tradizzjoni bi tnaxil qoffa u oħra b’sebat iqfief. Hemm xi studjużi li jaħsbu li dawn jistgħu jkunu żewġ tradizzjonijiet tal-istess ġrajja li fit-tradizzjoni orali żviluppaw f’żewġ rakkonti differenti. Niftakru li meta l-appostli fehmu lil Ġesù ħażin biex joqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej, Ġesù nnifsu jitkellem minn dawn iż-żewġ mirakli;

Mt:16:5

Huma u jaqsmu għax-xatt l-ieħor id-dixxipli raw li ma

kinux ħadu ħobż magħhom. 6Ġesù qalilhom: "Iftħu għajnejkom u ilqgħu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej." 7Huma bdew jaħsbu u jgħidu bejniethom: "Dan għax ma ġibniex ħobż." 8Iżda Ġesù induna u qalilhom: "Ja nies ta' fidi żgħira, x'intom tgħidu bejnietkom fuq li ma għandkomx ħobż? 9Għadkom ma ntbaħtux? Ma tiftakrux fil-ħames ħobżiet għal ħamest elef ruħ u kemm qfief ġbartu?

10

ħobżiet għal erbat elef ruħ u kemm qfief ġbartu?

Anqas fis-seba'

11

Imma kif ma

ntbaħtux li jien mhux għall-ħobż għedtilkom? Mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej ilqgħu ruħkom?"

12

Imbagħad fehmu li hu qalilhom biex

jilqgħu ruħhom mhux mill-ħmira tal-ħobż, imma mit-tagħlim tal-Fariżej u s-Sadduċej. Anki fil-vanġeli Sinottiċi, Ġesù jgħaqqad il-kunċett talħobż mat-tagħlim tiegħu tal-Kelma ta’ Alla. Imma dwar dan nitkellem aktar tard. L-importanti għalina għalissa li fil-vanġelu ta’ Ġwanni nsibu rakkont wieħed biss. 58


Ir-rakkont ta’ Ġwanni f’kapitlu sitta jibda billi joħodna għall-kapitlu ta’ qabel bil-kliem,

6:1

Wara dan. Dan biex jorbot ir-raba’ sinjal tat-tkattir

tal-ħobż mas-sinjal tal-fejqan tal-magħtub f’Betesda. Sinjal li seħħ meta Ġesù niżel Ġerusalemm għax kapitlu ta’ wara jgħidilna,

6:4

5:1

il-Lhud kellhom festa. Festa li fil-

kien qrib il-Għid il-festa tal-Lhud. Ġesù

bħala r-Ragħaj it-Tajjeb li jfejjaq, jgħallem, u jitma, mar

5:2

maġenb il-

menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm kien hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. Betzata, jew Betesda, kif insibuha f’xi dokumenti, tfisser ‘Dar il-Ħniena.’ Wieħed marid kien ma’ ħafna morda oħra, taħt il-bini tal-Ħames Loġoġ, bħalma ħamsa kienu l-ħobżiet tat-tkattir tal-ħobż. In-numru ħamsa fi Ġwanni huwa dejjem riferenza għall-ħames kotba tal-Liġi. Anki lkelma ‘Pentatewku,’ kif kienu jirreferu għat-Torah il-Lhud Griegi barra l-Palestina, tfisser ħames kotba. Għalhekk bħas-sinjal ta’ Betesda, levenġelista wrina li mhux Mosè bil-liġi huwa dak li jsalva imma Ġesù. Is-sinjal tal-ħobż se jurina li mhux Mosè ta lil-Lhud il-Ħobż mis-sema. Imma Huwa l-Missier li ta l-ħobż mis-sema meta tana lil Ibnu Ġesù għax Ġesù huwa dak li ġie mingħand il-Missier. Il-Liġi ma tfejjaqx. Fil-ħames loġoġ tal-liġi kien hemm ħafna morda, għomja, zopop, u mifluġin. Kollha, skont il-profeti, jistennew lillMessija biex jagħmel is-sinjali messjaniċi tiegħu. Meta d-dixxipli tal59


Battista marru jistaqsu lil Ġesù biex jgħidilhom jekk kienx hu l-Messija, jew kellhomx jistennew lil xi ħaddieħor, Ġesù weġibhom biex imorru jgħidu lil Ġwanni dak li raw u semgħu; l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-morda jfiqu, Mt 11. Dak li għamel Ġesù kien is-sinjal li hu l-Messija, kif iddikjarah Indri sa mill-ewwel kapitlu meta lil ħuh qallu, 1:41Sibna lMessija. U kif kien iddikjara Ġesù nnifsu lill-mara Samaritana, 4:25-26. Habib jekk inti marid m’għandekx bżonn min jitfgħek fil-menqa. Din hija tema sagramentali għax il-menqa hija riferenza ċara għall-banju talbattisteru fejn l-ilma jiċċaqlaq mhux minn xi anġlu imma mill-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Dan huwa l-lingwaġġ u t-tifsira sagramentali li jiddistingwi lir-raba’ evanġelista mis-Sinottiċi. Il-ħajja sagramentali li fiha Ġesù għadu preżenti magħna u għadu jkompli l-ministeru ta’ salvazzjoni tiegħu. ‘Hawn Jien, Jien Hu l-ilma Ħaj,’ kien għadu kif iddikjara lis-Samaritana f’kapitlu erbgħa. Jien l-ilma li mhux jaqta’ lgħatx materjali imma li jagħti l-ħajja ta’ dejjem li dwarha kellem linNikodemu f’kapitlu tlieta. Min jiġi għandi noħroġ minnu għajn ta’ ilma ħaj. Hawn jien, dak li kapaċi nagħtik ħajja ġdida mill-Ispirtu. Hawn jien il-Messija, li l-qawwa tiegħi se tidher fil-fejqan tal-mard. Hekk inkun irbaħt id-dnub. Importanti ħaġa waħda. Li int tkun trid tfiq.

5:8

Qum,

aqbad friexek u imxi, qallu Ġesù. Dak qam u mexa. Din hi l-qawwa li Ġesù għad għandu fil-komunità permezz tal-ħajja sagramentali tagħha. 60


Għalhekk, bħal dejjem fi Ġwanni, il-fejqan materjali huwa biss sinjal biex bil-qawwa tal-Ispirtu d-dixxiplu jkun jista’ jagħraf l-Għerf ta’ Alla. Il-fejqan tal-ġisem kien sinjal għall-fejqan tal-Ispirtu. Ġesù ried jagħtih fejqan aqwa. Ried jagħtih il-fejqan tal-Ispirtu li l-magħtub imfejjaq irrifjuta li jikseb. Ġesù reġa’ ħa l-inizjattiva. Sabu fit-tempju u wrieh lilu nnifsu min kien biex hekk ikun jista’ jemmen fiH. Flok emmen li Ġesù huwa l-Mulej, kif għamel l-imwieled għama, Ġw 9, il-magħtub mar għand il-Lhud jirraporta li kien Ġesù dak ir-raġel li fejqu fil-jum tas-Sibt. Baqa’ raġel u ma għamilx il-pass biex jagħrfu bħala l-Mulej. Immexxi mill-biża’ ma setax jagħmel il-pass tal-fidi. Anzi mar jiġġakbinah. U dan ilġakbiniżmu, frott il-biża’, jagħtina l-akbar skontru bejn Ġesù u listituzzjoni Ġudajka. Liema skontru kien fir-realtà l-esperjenza konkreta tal-komunità Nisranija ta’ żmien l-awtur mal-Ġudaiżmu ta’ żmienu. Konfront li fih Ġesù jiddikjara li ma kienx se jaqa’ għall-biża’ u jispiċċa jagħmel li jgħidulu huma. Ġesù għarrafna li jipprova jbeżżgħek min jibża’ minnek. Imma ddikjara li kien se jagħmel biss dak li jridu jagħmel il-Missier. U dan għax Hu kien il-mibgħut tal-Missier li ġie f’daru imma niesu ma laqgħuhx. Għax Hu kien il-preżenza tal-Imħabba tal-Missier fid-dinja,

għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lill-Ibnu l-

3:16

Waħdieni, 3:17biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. 61


Kien għalhekk li f’dan il-konfront Ġesù skandalizzahom; meta għallem li s-Sibt huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għas-Sibt; meta qalilhom li Hu jagħmel biss dak li jara lill-Missier jagħmel; li Hu jkun biss dak li jridu jkun il-Missier. Li għalhekk ġie fid-dinja biex jurina min hu l-Missier billi jagħmel l-opri tal-Missier biex hekk ikun jista’ jiddikjara, 15:9kif ħabbni l-Missier, hekk ħabbejtkom jien. Jekk il-Missier kull nhar ta’ Sibt jaħdem għall-ġid tal-umanità; trabi jibqgħu jitwieldu, ħaxix u frott jikber, xemx titla’ u xita tinżel, u kull ħaġa oħra, mela Ġesù jrid jibqa’ jaħdem kull nhar ta’ Sibt. Għax Ġesù jrid jagħmel dak li jara lill-Missier jagħmel u mhux dak li jara lill-Fariżej jagħmlu. LIben ma jista’ jagħmel xejn minn rajh imma jagħmel biss dak li jara lillMissier jagħmel. Il-Fariżej ma jarawx u ma jifhmux dak li jagħmel l-Iben, għax ma jafux lill-Missier. Ma jafux la min hu l-Missier u lanqas l-Għerf tal-Missier. Ma għarfux il-Missier kif jaħseb. Kieku għarfu lill-Missier kienu jagħrfu lill-Iben ukoll, għax huwa l-Għerf tal-Missier. Huwa l-Missier li qed jagħti xhieda fuq Ibnu permezz tas-sinjali li qed jagħmel. Sinjali li flok qed iservukom biex taraw, qalilhom Ġesù, qed iservukom biex tikkonfermaw id-dlam u l-ħażen tagħkom. Qed tkabbru l-mibegħda u lgħira li joqtlu qalb il-bniedem. Għalhekk dak li se jikkundanna lil dan 62


il-poplu mhux se jkun Ġesù imma Mosè li kiteb dwaru u pprepara għalih. B. Kapitlu Sitta: Ġwanni jibda r-rakkont billi jgħidilna li, 1Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija. Tajjeb infakkar fit-tielet dehra ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu wara l-qawmien kienet max-xatt tal-baħar ta’ Tiberija wkoll. Hemmhekk wara lejl sħiħ fejn ma qabdu xejn, kellhom ix-xbieki għoddhom se jinqassmu meta wadbuhom in-naħa tallemin tad-dgħajsa. Hemmhekk, Ġesù rxoxt għamel l-ikla Ewkaristika mad-dixxipli tiegħu bil-ħobż u l-ħut u wara ta l-primat ta’ servizz lil Xmun Pietru. L-evanġelista jkompli jdaħħalna fix-xena meta jgħidilna li, 2Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Kumment li bih irid jgħidilna li ma kinux jiġru warajh għax jemmnu fih. Ma kinux jiġru warajh għal dak li kien, l-Iben il-waħdieni ta’ Alla li ġie mingħand il-Missier. Imma kienu jiġru warajh biex jaraw l-għeġubijiet li kien jagħmel. Is-sinjali li kien jagħmel ma kinux qed iwassluhom fejn suppost kellhom iwassluhom; li jemmnu fih. Kien għalhekk li Ġesù jagħmel dak li għamel meta fil-vanġelu ta’ Mattew jibda d-diskors tal-Muntanja. 63

Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq

Mt:5:1


il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. L-istess ħaġa jerġa’ jagħmel il-Mulej. Kif ra l-follol, mehdija u aljenati blaffarijiet tad-dinja, 3Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Bilqiegħda mad-dixxipli fuq il-għolja għamel dak li għamel fil-vanġelu ta’ Mattew. Qagħad jgħallimhom il-Kelma ta’ Alla. Min mar xi darba pellegrinaġġ l-Art Imqaddsa jaf li dawn it-tliet postijiet li semmejna, Il-Knisja tal-Primat, tal-Multiplikazzjoni tal-ħobż u tal-Beatitudni, jinsabu ħafna viċin ta’ xulxin. Qabel ma jibda jitkellem mill-Ħobż mis-Sema, Ġesù, l-Iben ta’ Alla li ħa l-laħam u ġie jgħix fostna, jitlaq minn sitwazzjoni tal-art. Jitlaq minn realtà umana. In-nies kienu bil-ġuħ. Forsi għalhekk ħafna drabi aħna ma nikkonvinċux u ninstemgħu nitkellmu fil-baħħ? Nitkellmu dwar alla falz, għax nitkellmu dwar Alla mingħajr l-ebda riferenza għallbżonnijiet u t-tbatija tal-popli.

Mt12:7

Morru tgħallmu x’iġifieri ħniena

rrid u mhux sagrifiċċju. Imma ħafna drabi, bħall-Fariżej, aħna għadna ma tgħallimniex. Lill-imħabbat u l-imtaqqal ngħidulu li nifhmuh u jiddispjaċina. Imma nkomplu ngħidulu li ma nistgħu nagħmlu xejn minħabba l-jasar ta’, Mt15:9duttrina li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin. Fil-preċetti tal-bnedmin ma nistgħu nipprovdulu l-ebda soluzzjoni ta’ serħan. Huwa Ġesù, l-imħabba tal-Missier, li jserraħ. Ġesù huwa dak li qal lill-imħabbtin u l-imtaqqlin kollha, hu x’inhu t-toqol tagħhom, Mt11:27

64

u jiena inserraħkom.


San Ġakbu jgħidlna ċar u tond, li fidi tal-paroli bla ħidma konkreta ma tiswa xejn. Jgħidilna li ma nistgħux lil wieħed bil-ġuh ngħidulu li Alla se jipprovdilek u li se nitolbu għalih, imma ma nista’ nagħmillek xejn. Irridu naqtgħu kisra ħobż u nnewluhielu. L-ewwel inħobbuh, nitimgħuh u nserrħuh, imbagħad inkellmuh dwar l-imħabba ta’ Alla. Għax limħabba ta’ Alla rridul-ewwel insiru xhieda tagħha b’għemilna. Imbagħad nista’ nitkellem dwarha.

Is-Solidarjetà umana hija importantissma. Huwa fil-kuntest ta’ din issolidarjetà umana li Ġesù tkellem mill-Ħobż tas-Sema. Fil-ministeru tiegħu, Ġesù kien l-ewwel jifdi, isalva, jeħles, ifejjaq, jitma, iħobb u kull ħaġa li kellu bżonn il-bniedem, imbagħad jgħid dnubietek maħfura, mur fis-sliem. Kif tista’ tibgħat persuna fis-sliem mingħajr ma tkun urejtha li inti tħobbha, li inti jimpurtak minnha., mingħajr ma turiha li dik il-persuna tfisser xi ħaġa għalik. Ejjew l-ewwel inkunu umani mbagħad spiritwali. Alla tagħna huwa Alla li niżel hawn fl-Art u libes laħamna biex jurina min hu u jkun jista’ jagħtina dan l-istess laħmu flEwkaristija. Qabel nemmnu fl-Ewkaristija, irridu l-ewwel nemmnu flinkarnazzjoni. Lil Mother Theresa smajtha tgħid li huwa ħafna aktar faċli li temmen li Ġesù huwa realment preżenti fl-ostja Ewkaristika,

65


milli temmen li Ġesù huwa realment preżenti fil-bniedem fil-bżonn. Kemm hu veru! Ċ. Ir-Raba’ Sinjal: Ġesù jagħmel ir-raba’ sinjal għal folla nies li hu stess jiddikjara li ma kenux warajh għax kienu jemmnu fih. Imma kienu warajh għax kienu raw is-sinjali li kien għamel u immaġinaw li jistgħu jiggwadanjaw xi ħaġa materjali minn dawn l-għeġubijiet. Jiġru warajh biex jiksbu dak li jgħaddi mhux dak li jibqa’ għal dejjem. Kienu miegħu imma ma kenux tiegħu. Ma kenux miegħu għar-raġuni li għaliha suppost kienu miegħu. 4

Kien qrib il-Għid, jinsisti Ġwanni. Fis-Sinottiċi, iż-żmien tal-miraklu

tal-multiplikazzjoni tal-ħobż mhux espliċitu. Is-Sinottiċi jimplikaw żmien il-Għid għax Ġesù kien qieghed jagħmel l-Ikla tal-Għid meta waqqaf l-Ewkaristija. Kien qed jagħmel l-ikla tal-pesach, ġejja millkelma Pasch, Pasqua. Il-kelma pesch tfisser ‘il-qabża’. Kelma marbuta mas-seba’ kastig meta l-anġlu tal-qerda qabeż dawk il-bibien li l-koxox tagħhom kienu mċappsa bid-demm tal-Ħaruf. Mill-kelma Pesch ġejja l-kelma Pasqua. Il-qabża, il-Passover, li fil-komunità Nisranija ħadet dimensjoni ġdida. Saret tfisser il-qabża mill-mewt tad-dinja għall-Ħajja ta’ Ġesù; middnub tagħna għall-grazzja tiegħu, minn din id-dinja għal għand il66


Missier ta’ Kristu Ġesù; minn din il-ħajja fiż-żmien għall-ħajja ta’ dejjem. L-ikla tal-Għid Lhudija hija magħrufa wkoll bħala l-ikla talMazzoth, l-ikla tal-ħobż ażżmu għax bla ħmira. Illum din l-ikla hija laktar magħrufa bħala l-ikla tas-Seder jew Haggadah. Ġwanni ma jagħtiniex it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ikla maddixxipli għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, għal Ġwanni l-ġurnata ta’ meta seħħet l-aħħar ikla hija l-Ħamis u mhux il-Ġimgħa. Dan ifisser li l-aħħar ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli, ma setgħetx kienet iċ-ċelebrazzjoni tas-Seder. Dik kienet issir il-Ġimgħa filgħaxija wara li jkunu qatlu lħaruf fit-tempju waranofsinhar, minn nofsinhar sat-tlieta. Raġuni oħra li Ġwanni ma jagħtiniex it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ikla hija, li Ġesù kien diġà ċċelebra u għallem dwar l-Ewkaristija f’kapitlu sitta. Fil-fatt f’dan il-kapitlu, insibu l-istess ġesti, espressjoni u kliem, li s-Sinottiċi jagħtuna fit-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ċena. Kliem bħal, Ġesù refa’ għajnejh, ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, (kelma tfisser Ewkaristija) qassamhom, tahom.

Is-sinjal jibda b’Ġesù jkellem lil Filippu ta’ Betsajda, l-uniku dixxiplu li flewwel kapitlu Ġesù sabu u sejjaħlu personalment.

L-għada Ġesù ddeċieda

1:43

li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: "Ejja warajja." 44Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta' Indrì u Pietru. Jgħidilna l-evanġelista li Ġesù ried 67


iġarrbu dwar il-ħobż bħalma fl-ewwel tentazzjonijiet Ġesù nnifsu kien

6

imġarrab mix-xitan biex il-ġebel jagħmlu ħobż. Hekk ukoll kien imġarrab ilPoplu Lhudi fid-deżert meta Mosè talab lil Alla biex lill-poplu jipprovdilu lħobż li ma kellux. U Alla pprovdielu l-manna. B’dan il-kumment tat-tiġrib, Ġwanni qiegħed idaħħalna mill-ewwel fl-ambjent tal-manna.

Filippu spiċċa jagħmel biss eżerċizzju fil-matematika li ovvjament qatagħlu qalbu. Jekk ma’ Ġesù, ir-risposta kellha tkun waħda ta’ fidi u mhux ta’ matematika. Tgħid anki d-dixxipli kienu ma’ Ġesù għall-istess raġuni li kienet il-folla u mhux għar-raġuni vera? Tgħid anki huma kienu miegħu imma mhux tiegħu? Tgħid anki huma kienu għal dak li jgħaddi u mhux għal dak li jibqa’ għal dejjem? Fil-fatt Ġesù jinqeda b’dan it-tiġrib biex juri lil Filippu u liddixxipli li l-għażla ta’ ħajtu riedet tkun il-‘Jien Hu’. Ir-risposta kellha tkun, ‘għandna lilek kif nista’ nagħtihom jiena x’jieklu.’ Imma r-risposta matematika ta’ Filippu kienet li 7mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed biex kull wieħed minnhom jieħu ftit. Fid-dawl tar-rakkont tasSinottiċi, din ir-risposta tad-dixxipli kienet tfisser, ‘jekk m’għandniex nispiċċaw nagħtu minn tagħna għax l-oħrajn m’għandhomx.’ Eżattament ilkuntrarju ta’ dak li hi l-Ewkaristija, ‘ġismu mogħti għalikom u demmi mxerred għalikom.’

Indri kien wieħed mill-ewwel żewġ dixxipli li marru wara Ġesù biex jaraw

8

fejn joqgħod wara x-xhieda ta’ Ġwanni, 68

Wieħed mit-tnejn li semgħu x'kien

1:40


qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru. Hu ġibed lattenzjoni li kien hemm preżenti fosthom wieħed minn dawk iċ-ċkejknin li Ġesù qal li tagħhom u ta’ min bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet. Dan għandu 8ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar. Ir-referenza tal-Ħobż tax-Xgħir toħodna għal Elija. Elija li fil-mentalità tal-Lhud kien relatat ma’ Mosè. Mosè pproklama lil Alla ta’ Iżrael lill-poplu Lhudi filwaqt li Elija kien dak li salva lil Alla ta’ Iżrael fost il-poplu Lhudi permezz tal-ġlieda li kellhom mal-profeti ta’ Bagħal fuq il-muntanja tal-Karmelu f’Haifa tal-lum, cf 1Slat 18, meta r-reġina Ġeżabel kienet qed tagħmel kull tentattiv biex iġġib l-allat ta’ pajjiżha f’Iżrael u tneħħi kull fidi u memorja ta’ Alla. Mosè mar is-Sinai u Elija mar il-Ħoreb, isem ieħor għall-istess muntanja. Mosè u Elija huma dejjem flimkien, kif insibuhom ukoll fuq il-muntanja qaddisa tatTrasfigurazzjoni.

Ġwanni jsemmi l-ħobż tax-xgħir mogħti lil Ġesù mit-tifel ċkejken biex jirrilata dan is-sinjal anki ma’ Eliżew li wkoll kattar il-ħobż tax-xgħir tal-fqar u ċ-ċkejknin:

2Slat:4:42

U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-

salisa, u ġieb lir-raġel ta' Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir, u sbul mimli qamħ ġdid. Eliżew qallu: ̋Agħtihom lin -nies ħa jieklu .̏ 43

Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: ̋Kif nista' nqassam dawn lil mitt ruħ?̏

Raga' qallu Eliżew : ̋ Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej: 'Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.' ̏

44

Dak qassmilhom; u huma kielu,

u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej. 69


Elija u Eliżew setgħu jkattru l-ħobż, Mosè seta’ jagħtihom ħobż mis-sema, mela allura l-ikel li se jieklu seta’ jkun provdut biss minn Ġesù. Għalhekk dan huwa sinjal ta’ żmien ġdid. Il-manna flimkien mal-mixi ta’ Ġesù fuq l-ilma fakkarhom fl-esperjenza tal-Eżodu. Huma setgħu jifhmu li Ġesù ma kienx biss profeta bħal Elija u Eliżew li setgħu jkattru l-ħobż imma seta’ jagħmel ukoll dak li Mosè għamel għall-poplu.

Aħna llum nipprovaw nifhmu lil Ġesù u nitkellmu dwaru b’ħafna teoloġija astratta bħal żewġ naturi f’persuna waħda. Imma l-mod li bih l-ewwel Insara, speċjalment dawk Lhud, setgħu jifhmu min kien Ġesù, kien biss billi jirralatawh, iqabbluh u jagħmlu paralleliżmu mal-personaġġi u l-esperjenzi talAntik Testment. Għalhekk bħal Mosè, Ġesù rrivelalna min hu Alla; u bħal Elija, Alla ta l-qawwa lil Ġesù biex isalva l-fidi vera fih fost il-poplu. Għalhekk magħquda mal-esperjenza tal-Eżodu, is-sinjal tal-multiplikazzjoni tal-ħobż isir l-istorja tal-Għid tal-Lhud, il-passover.

Fit-teoloġija ta’ Ġwanni, minbarra d-dettall li l-ħobż kien tax-xgħir, jgħidilna wkoll li kienu ħamsa l-ħobżiet. B’dan id-dettall, Ġwanni qed jorbot malħames kotba tal-liġi bħal ma għamel bir-referenza tal-ħames loġoġ fil-fejqan tal-magħtub ta’ Betesda fis-sinjal ta’ qabel. Il-Liġi li sabet il-perfezzjoni tagħha fin-numru sebgħa, li hija dejjem riferenza għall-perfezzjoni f’Ġesù. Ilħames ħobżiet li saru sebgħa biż-żewġ ħutiet, li anki dawn kienu żgħar. Din kienet ukoll preparazzjoni għat-tema tal-Manna ta’ Mosè u l-Ħobż ħaj li niżel 70


mis-sema, li Ġesù kien se jitkellem dwarha aktar tard meta se jiddefenixxi li 48

Jien hu l-ħobż tal-ħajja.

Dak it-tifel iċ-ċkejken probabbilment kien mibgħut minn ommu b’dawn ilħobżiet u l-ħut biex imur jagħtihom lil Missieru li kien jaħdem fl-għelieqi jew jirgħa l-merħliet. Possibiltà oħra li kien mibgħut bihom minn ommu biex ibigħhom u jġib xi ħaġa d-dar. It-tifel issogra meta tahom kollha lill-Ġesù. Iċċkejken issogra meta ta kollox lil Ġesù. Min-naħa tiegħu, Indri kien jaf li dawn il-ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar, ma kenux biżżejjed għal dawk in-nies kollha. Kien għalhekk li kkummenta,

9b

imma dawn x’inhuma

għal daqshekk nies?

Ir-risposta ta’ Ġesù ma kenitx waħda ta’ qtugħ il-qalb bħall-kumment ta’ Indri. Imma kienet risposta b’forma ta’ ordni.

10a

Qiegħdu n-nies

bilqiegħda. Ġesù ried lil kulħadd biex joqgħod bilqiegħda kif ikunu d-dixxipli fuq il-għoljiet madwar l-imgħallem (v4) u kif għandu jkun iddixxiplu f’riġlejn l-imgħallem jisma’ l-kelma ta’ Alla qabel jista’ jaqsam l-Ewkaristija. Ried lil kulħadd jintefa’ fuq il-ħaxix, għax

10b

dik

in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Hekk ir-Ragħaj il-Veru li għadda millBieb tan-Nagħaġ biex ifejjaq il-magħtub, seta’ jitma’ lin-nagħaġ li qed jistennew l-ikel mingħand ir-Ragħaj. Kienu madwar

10ċ

xi ħamest elef

raġel, li qagħdu bilqiegħda. Min ma kienx lest li joqgħod bilqiegħda fuq il-ħaxix ma kienx jista’ jkollu sehem mill-Ewkaristija. Il-ħobżiet 71


taċ-ċkejken, Ġesù

11a

qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda.

Bilqiegħda għax kienu jemmnu li huwa r-Ragħaj il-Veru u riedu jisimgħu leħnu u jimxu warajh. Il-Kumment li

10b

dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix, jirrivela wkoll li

r-Rebbiegħa huwa ż-żmien li fih qiegħed isir dan is-sinjal. Għalhekk ikompli jagħmel enfasi li kien żmien il-festa tal-Għid. Ovvjament ilkoll nassumu li dawn id-dettalji ma jingħatawx biex l-evanġelista jagħtina informazzjoni storika ta’ meta, fejn u kif ġraw l-affarijiet. Imma huma dettalji li fihom ħafna sinifikat teoloġiku. Tkellimna fuq is-sinifikat li kien żmien il-Għid. Tajjeb li hawnhekk ninnutaw varjazzjoni importanti oħra mis-Sinottiċi. Fi Ġwanni, l-evanġelista li jkellimna b’mod sagramentali, huwa Ġesù nnifsu li mar iqassam lin-nies. Ma jagħmilx bħas-Sinottiċi, iġifieri jagħti l-ħobż lid-dixxipli biex huma jqassmu lin-nies. Ġesù mhux figura tal-passat imma tal-preżent. Ġesù mhuwiex ‘Jien Kont’ Imma ‘Jien HU.’ Ġesù għadu llum jaħdem personalment HU fis-sagramenti. Fissagrament, aħna l-knisja li nemmnu fih, qed inkomplu dak li kien beda hu meta kien jgħix fostna. Hu kien li ta l-ilma ħaj, il-ħobż ħaj, id-dawl, il-ħajja mill-mewt. Dan kollu għadu jagħmlu llum b’mod sagramentali fil-komunità li temmen fih.

72


11b

Kulħadd ħa kemm ried, għax jiddependi minnek kemm tidħol ’il

ġewwa fil-misteru. Tista’ ssir il-maħbub tiegħu daqskemm tiftaħ qalbek għall-imħabba tiegħu kif fetaħ qalbu kompletament għalih id-dixxiplu lmaħbub li kien l-ispirazzjoni wara dan il-vanġelu. Id-dixxiplu mudell ta’ kull dixxiplu li poġġa rasu fuq sider Ġesù għax l-iskop ta’ ħajtu kien li jara l-Mulej kif iħobb biex iħobb kif ħabbna Hu. Mela mhux biss kulħadd ħa ftit kif qal Indri, imma 12meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela." 13a

Marru jiġbruhom. Kienu d-dixxipli li ġabru l-loqom li baqa’ biex

xejn ma jinħela. Id-dixxipli huma l-kontinwazzjoni tal-Mulej Ġesù. Iddixxipli

13b

imlew tnax-il qoffa. It-tifsira tat-tnax-il qoffa fi Ġwanni hija

ċara ħafna. Il-Knisja hija s-sagrament (sinjal) ta’ Kristu kif Kristu huwa sinjal tal-Missier. Il-knisja trid turi u twassal lill-Mulej Ġesù kif Ġesù wassal lill-Missier. Il-komunità Nisranija hija l-kontinwazzjoni talpoplu ta’ Alla l-ġdid mibni fuq il-ħobż ħaj li niżel mis-sema li huwa lKelma li saret laħam u l-Ikel ta’ laħmu u x-xorb ta’ demmu li sar ilmanteniment ta’ dawk li jemmnu fih. Il-komunità li trid hija nnifisha tgħix mill-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Il-komunità li teżisti biex titma’ dan l-istess ħobż lil kull min jemmen fil-Mulej Ġesù u għalhekk għandu l-ħajja ta’ Alla fih. Il-poplu ta’ Alla l-ġdid irid ikun mibni fuq din lesperjenza ta’ mħabba fl-għotja u s-servizz. Il-Kelma u l-Ewkaristija jridu jkunu l-ħajja li biha tgħix u l-qalb li biha l-komunità tħabbat. Il73


Kelma u l-Ewkaristija li ma jistgħu qatt jinfirdu minn ma’ xulxin. Għamilna ħafna ħażin, meta ż-żewġ tradizzjonijiet Insara, kemm aħna lKattoliċi u kemm ħutna l-Protestanti, fridniehom minn xulxin meta tajna importanza lil waħda għas-skapitu tal-oħra, mingħajr ma ċħadna lebda waħda minnhom. Imma dwar dan nitkellmu aktar fit-tul. 13ċ

Bil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara

li kienu kielu. Din hija varjazzjoni importanti oħra ta’ Ġwanni misSinottiċi. Kif Ġwanni ma jużax il-kelma ‘ġisem’ imma ‘laħam,’ hekk ukoll Ġwanni ma jużax il-kelma Bċejjeċ ‘pieces’ imma Loqom ‘fragments’. Kif se niddiskutu aktar ’il quddiem, probabbilment dan kien il-lingwaġġ Ewkaristiku ta’ din il-komunità. Fil-kliem tal-barka ma kinux jgħidu ġismi u demmi imma laħmi u demmi. Dan is-sinjal tat-tkattir tal-ħobż, flok wassal lin-nies jagħrfuh bħala l-mibgħut tal-Missier mis-sema, wassalhom biex imorru fuqhom ħalli jagħmluh sultan. Din hija t-tieni tentazzjoni fid-deżert li kellu Ġesù mix-xitan skont San Luqa. Kienu aktar interessati fis-saltna tad-dinja milli fis-saltna ta’ Alla. Ħasbu li dak li kellhom bżonn kien sultan politiku ta’ din id-dinja. Għal darb’oħra lfolla rraġunat li hu kellu jkun għalihom u mhux huma għalih. Hu tagħhom u mhux huma tiegħu. Irraġunat bl-għerf tad-dinja u mhux bl-għerf tal-Missier. Anki wara dan il-miraklu ħasbu li l-aħjar għalihom, dak li seta’ jeħlishom, kien messija politiku potenti u mhux messija li jagħti lilu nnifsu bħal ma kien 74


għadhom kif tahom il-ħobż. Messija li jsallab u mhux messija li jissallab. Ħasbu li b’Ġesù fit-tmun tal-gvern seta’ jkollha ħafna aktar prosperità materjali. Setgħu jkunu poplu li jaħkem fuq l-oħrajn.

14

Dan hu tassew il-

profeta li kellu jiġi fid-dinja. Il-profeta li huma kienu qed jistennew fl-għerf tagħhom.

Imma Ġesù ma kienx qed ifittex dak li kienu qed ifittxu l-poplu u d-dixxipli. Għalhekk kellu

jwarrab waħdu lejn l-għoljiet, mingħajr il-kumpanija ta’

15

ħadd. Waħdu. Kif inkunu waħedna meta naraw li ħadd ma jista’ jifhimna. Waħdu fil-kumpanija biss ta’ Alla Missieru li kien isib dejjem fit-talb. Jidher li anki d-dixxipli kienu qed jirraġunaw bħall-folla. Kienu għadhom ma fehmux li l-messija jrid isalva permezz tad-dgħjufija u l-iskandlu tas-salib. Li ssalvazzjoni tista’ sseħħ biss jekk isallabna miegħu biex hekk inkunu nistgħu nqumu miegħu għal ħajja ġdida. Hekk biss nistgħu ngħixu l-misteru tal-Għid li fi żmienu qed isir dan is-sinjal.

Tajjeb ninnutaw ukoll li l-erba’ vanġeli, wara l-miraklu tat-tkattir talħobż, jagħtuna il-ġrajja tat-tempesta. Din hija r-rabta mal-ġrajja talpoplu mmexxi minn Mosè. Dak li minbarra li tahom jieklu l-ħobż fiddeżert, qasam magħhom il-Baħar tal-Qasab. Imma tajjeb ninnutaw li kemm Mosè, kemm Ġoswè u kemm Elija, kollha qasmu l-baħar biex ilpoplu jkun jista’ jaqsam. Imma ħadd minnhom ma mexa fuq l-ilma kif mexa Ġesù. Dak li qabel Ġesù mexa fuq l-ilma, kien biss l-Ispirtu ta’ 75


Alla fil-bidu tar-rakkont tal-ħolqien biex iġib l-ordni mit-taħwid u lbaħħ.

Ġen:1:2

u kienet l-art taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-

abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-ispirtu ta' Alla. Alla biss huwa suprem fuq id-dlam, it-Taħwid u l-Baħħ u l-ħażen u l-qawwa tiegħu. Alla li ma ħalaqx id-dlam għandu s-setgħa li jsemmi d-dlam bħala lejl għax huwa superjuri għalih.

D: In-Nies ifittxu lil Ġesù. Wara l-ħames sinjal tat-tempesta, Ġwanni jerġa’ jirritorna għar-raba’ sinjal tat-tkattir tal-Ħobż, biex kif inhi katteristika tal-vanġelu tiegħu, jgħidilna x’ġara wara l-miraklu u jispjegah. Din hija xi ħaġa partikulari għal Ġwanni li ma nsibuha qatt fis-Sinottiċi. Nirrepeti li għas-Sinottiċi kien biżżejjed li juru l-qawwa ta’ Ġesù fil-miraklu. Wara li jirrakkontaw il-miraklu, is-Sinottiċi kienu jgħaddu għal xi ħaġa oħra mill-ewwel. Imma Ġwanni mhux hekk. Ġwanni jrid jgħidilna x’ġara wara s-sinjal. Ħafna

drabi

f’ambjent

ta’

konfrontazzjoni.

Din

id-darba

l-

konfrontazzjoni hija mal-Lhud u anki mad-dixxipli li kienu emmnu fih. B’dan l-istil, Ġwanni se jagħti ċans lil Ġesù jispjega u jfisser is-sinjal li jkun għamel biex jurina dak li l-għajnejn tal-laħam ma jistgħux jaraw. Jurina dak li Hu biss jista’ jurina għax Hu kien dak li ra lil Missier għax kien hu li ġie mingħand il-Missier. 76


Ġwanni jrid jgħidilna wkoll x’kienet ir-reazzjoni tan-nies għall-kliem ta’ Ġesù. Niftakru li r-reazzjoni tan-nies li nsibu fil-vanġelu, hija lesperjenza tal-membri tal-komunità ta’ żmien l-evanġelista, li millesperjenza u t-tradizzjoni tagħha, ħareġ dan il-vanġelu. L-oġġezzjonijiet u l-firdiet li se naqraw f’dan ir-rakkont, huma dawk li kienu jeżistu filkomunità fi żmien l-awtur. Jgħidilna l-Evanġelista li l-folla li kienet rat il-miraklu u kielet il-ħobż, 24

meta raw li fuqhom (id-dgħajjes) la kien hemm Ġesù u lanqas id-

dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. Kafarnahum huwa l-pajjiż fejn Ġesù kien mar jgħix wara li kien imkeċċi minn pajjiżu. baqa' sejjer.

Lq:4:30

Iżda hu għadda minn ġo nofshom u

Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija. Anki wara s-sinjal

31

ta’ Kana, Ġwanni jgħidilna li Ġesù 2:12niżel Kafarnahum. In-nies marru Kafarnahum ifittxuh meta qraw is-sinjal ta’ dgħajsa waħda, u ndunaw li Ġesù ma kienx hemm. Mela dan il-konfront bejn Ġesù u n-nies se jibda fis-sinagoga, il-post tal-Ġudaiżmu. Konfront li kien għadu sejjer mhux biss mal-komunità Lhudija imma probabbilment wkoll ma’ xi Lhud Insara. Meta sabuh Kafarnahum, nibdew il-konfront meta l-folla bdiet tross lil Ġesù b’ħafna domandi. Domandi li kienet għadha qed titħabat 77


magħhom il-komunità tar-raba’ evanġelista mal-membri tagħha stess u ma’ Nsara oħrajn li kienu nfirdu mill-komunità minħabba l-fidi fissagrament tal-Ewkaristija. L-ewwel domanda kienet,

25

kif ġejt hawn?

La ma kontx fid-dgħajsa mad-dixxipli, kif ġejt hawn; bil-għawn, bilmixi jew bid-dgħajsa? Mistoqsija li ddiżappuntat lil Ġesù. Il-vera risposta hija – li jiena ġejt mingħand il-Missier. Il-ħajja ta’ dejjem hija li temmnu f’dak li l-Missier bagħat. Dan huwa l-aktar importanti li wieħed jara biex ikun jista’ jara il-valur veru tas-sinjal tat-tkattir talĦobż. Ma nistgħux naraw dak li jrid jurina Ġesù jekk l-ewwel ma nemmnux fih. Huwa dejjem permezz tal-mistoqsija u l-kontraversja li l-vanġelu ta’ Ġwanni jdaħħalna aktar ’il ġewwa fil-misteru biex naraw bl-għajnejn tal-fidi. Il-mistoqsija tagħti l-okkażjoni lil Ġesù li jurina dak li aħna ma nistgħux naraw jekk mhux bil-fidi fih. Nikodemu jikkonfrontah u jistaqsi:

Ġw:3:4

Kif jista' wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista' forsi

jerġa' jidħol f'ġuf ommu u jitwieled? Is-Samaritana tikkonfrontah u tistaqsi: Ġw:4:11Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond?

12

Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb

li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu? Permezz tal-mistoqsija bla fidi fih, imma magħmula bil-ħsieb u lgħajnejn tal-ġisem, l-evanġelista jdaħħal lilna wkoll biex ninfetħu għal dak li se jgħidilna Ġesù dwar il-fidi tagħna. Għalhekk iwieġeb, 78


‘26Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu,’ Ġesù jgħid lin-nies biex ifittxu dak li hu veru u jibqa’ u mhux dak li jgħaddi. Lil Nikodemu qallu biex ifittex li jitwieled mill-Ispirtu u lisSamaritana qalilha biex tfittex l-ilma ħaj li bih ma jaqbdek qatt aktar ilgħatx. Fi Ġwanni, il-Kelma ‘Tfittxu’ hija importanti ħafna. Huwa importanti li fil-ħajja tagħna, infittxu dejjem il-vera valur tal-affarijiet. Anki fis-sinjal li Ġesù kien għadu kif għamel, ‘qed tfittxuni għax xbajtu mill-ħobż?’ Staqsiehom. Mhux qed tfittxuni biex tifhmu l-vera valur tas-sinjal tat-tkattir tal-ħobż li għadni kif għamilt. Mhux qed tfittxuni għall-ħobż li jibqa’ imma għal dak li jgħaddi. Għandha l-istess tifsira tal-kliem, ‘Ishru’ u ‘Tħabtu’ fis-Sinottiċi. Lewwel kelmiet li Ġesù qal fil-vanġelu ta’ Ġwanni lill-ewwel dixxipli li marru warajh wara x-xhieda tal-Battista kienu,

1:38

Xi Tridu? X’qed

tfittxu? Fil-Ġetsemani lis-suldati li ġew jarrestawh staqsiehom:

18:7

Lil

min qegħdin tfittxu? Lil Marija Madalena meta kienet qed tfittxu katavru qalb il-mejtin, lilu li kien ħaj, staqsieha:

Lil min qiegħda

20:15

tfittex? Hija Fundamentali għad-dixxiplu li fil-ħajja tiegħu jkun jaf x’qed ifittex. Tista’ tkun taf x’għandek tfittex u x’għandek tagħmel, meta tkun taf xi trid. Meta tkun taf xi trid, tkun taf x’għandek tagħżel 79


fil-ħajja tiegħek. It-Teżor tiegħek huwa dejjem f’dak li Trid. U Tfittex dak li fil-ħajja tiegħek hu prijorità għalik. Jiena ġejt mingħand il-Missier, kienet ir-risposta ta’ Ġesù. Imma dan intom ma tistgħux tarawh għax intom qegħdin tfittxuni mhux għax ghandkom fidi fija, imma għax kiltu l-ħobż u xbajtu. L-aktar importanti għalikom hija l-kisra tal-ħobż. Is-sinjal tal-ħobż bqajtu ma fhimtuhx. Ħsibtu li jiena ġejt mingħand il-Missier biex nagħtikom il-ħobż li jgħaddi, u mhux il-ħobż li jiswa għall-ħajja ta’ dejjem. Intom waqaftu fis-sinjal fih innifsu. Sinjal li wassalkom biex tiġu biex tagħmluni sultan politiku u mhux biex tiftħu ħajjitkom ħalli jien insaltan fi qlubkom. Biex hekk tkunu tistgħu tinbidlu fija kif nixtieqkom li tagħmlu kull darba li tiċċelebraw l-Ewkaristija. 27a

Għalhekk tħabtu (Fittxu – Aħdmu – Ishru): Hawnhekk San Ġwann

qiegħed jidħol fid-dibattitu ta’ waħda mid-diskussjonijiet, u forsi nistgħu ngħidu polemiċi, li kien hemm fl-ewwel komunitajiet. Dibattitu dwar x’inhu l-aktar importanti bejn il-fidi u l-opri jew il-ħidma.

San Pawl kien jemmen li bniedem isalva bil-fidi u mhux mill-opri. Lopri li mhumiex opri tal-Fidi, imma huma biss opri tal-Liġi ma jsalvawx. Il-Fariżej li kellhom ħafna opri imma ma kellhomx fidi, ma setgħux isalvaw. Kien il-Fariżej li mar fit-tempju jiftaħar b’kemm kien jagħmel 80


opri tajba. Imma kien il-pubblikan li niżel id-dar iġġustifikat, Lq 18. Rum:4:1 2

Xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem?

Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa tal-opri, kien ikollu biex

jiftaħar; imma mhux quddiem Alla! 3Għax xi tgħid l-Iskrittura? Tgħid li "Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b'ġustizzja." 4Il-ħlas lil min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir, imma b'dejn; 5iżda min bla ma jagħmel opri, jemmen lil Alla li jiġġustifika lil min hu ħażin, din il-fidi tiegħu tingħaddlu b'ġustizzja. Dan jikkontrasta ma’ San Ġakbu li kien jifhem din il-pożizzjoni ta’ Pawlu bħal attakk fuq il-Liġi. Ġakbu jinsisti li wieħed irid ikollu l-fidi. Imma jrid juri din il-fidi tiegħu mill-opri tiegħu. Fidi mingħajr opri ma ssalvax.

Ġak:2:14

X'jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma

jurihiex fl-għemil tiegħu? Jaqaw tista' ssalvah din il-fidi?

15

Jekk ħuk

jew oħtok ma jkollhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum,

16

u

wieħed minnkom jgħidilhom: "Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa tixbgħu?", bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x'jiswa? 17

Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun

mejta fiha nfisha.

18

Imma xi ħadd jista' jgħid: "Int għandek il-fidi, u

jiena l-għemil." Urini l-fidi tiegħek mingħajr l-għemil, u jien nurik ilfidi tiegħi mill-għemil tiegħi. L-aktar importanti għal Ġakbu kien il-mod ta’ kif wieħed jgħix ħajtu f’solidarjetà ma’ min hu fil-bżonn. 81


Fil-kitba tiegħu, Ġakbu għandu messaġġ soċjali qawwi ta’ għajnuna rigward il-bniedem fil-bżonn. Insistenza li Pawlu, minħabba l-fidi tiegħu fit-tieni miġja tal-Mulej b’mod immanenti, ma tantx juri filkitbiet tiegħu. Ġakbu jikkundanna li fil-komunitajiet Insara kien għad hemm id-distinzjonijiet tal-fqir u s-sinjur, is-sinjur stmat u l-fqir imwarrab fil-ġenb. Anki fil-laqgħat Ewkaristiċi, kien għad hemm ilfirda.

Ġak:2:2

Għax jekk fil-laqgħat tagħkom jidħol xi ħadd biċ-ċrieket

tad-deheb f'subgħajh u bi lbies ilellex, imbagħad jidħol xi ħaddieħor fqir liebes imċerċer, 3u intom idduru ma' dak bl-ilbies ilellex u tgħidulu: "Int oqgħod komdu bilqiegħda?" waqt li lill-fqir tgħidulu: "Int oqgħod bilwieqfa?", jew"Oqgħod bilqiegħda fuq il-mirfes ta' riġlejja?", 4ma jidhrilkomx li tkunu qegħdin tagħmlu għażla bejniethom, u hekk issiru mħallfin qarrieqa? 5Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien li għażel lillfoqra għad-dinja biex jistagħnew fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li hu wiegħed lil dawk li jħobbuh? 6Imma intom lill-fqir inqastuh mill-ġieħ. Ġakbu kien jemmen li hija l-ħajja tajba tiegħek, frott il-fidi tiegħek, li ssalvak.

Fil-kapitlu dwar San Pawl ta’ dan il-ktieb, tkellimna dwar San Pawl jikkoreġi dwar din id-differenza ta’ min hu bil-ġuħ u min hu fis-sakra waqt il-laqghat tal-Barka tal-Kalċi u l-Qsim tal-ħobż. Imma naħseb li lpreokkupazzjoni prinċipali ta’ San Pawl kienet aktar il-firda u l-qasma 82


li qed iġibu l-partiti (ta’ Apollu, ta’ Kefa, ta’ Pawlu) fil-komunità ta’ Korintu milli l-aspett soċjali. Nafu li San Ġwann jibbaża kollox fuq il-fidi:

17:3

Din hi l-ħajja ta'

dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt. Għalhekk Ġwanni b’mod konxju, hawnhekk jitkellem li dan ittaħbit li qed jitkellem minnu, irid jkun it-taħbit u l-ħidma tal-fidi. Kollox irid ikun il-frott tal-fidi fil-Mulej Ġesù l-mibgħut tal-Missier li għammar fostna u qam mill-imwiet. Fil-fatt, kif ġie ddikjarat ftit snin ilu fil-Vatikan stess bejn iż-żewġ tradizzjonijiet Insara tal-Kattoliċi u tal-Protestanti, il-fidi timplika lħidma tajba u l-opri tajba jimplikaw il-fidi. Huma ż-żewġ uċuħ talistess munita. Għax jekk jien nemmen fil-Mulej, irrid inkun u nagħmel dak li jridni nagħmel hu. Ma nistax nemmen fih mingħajr ma nagħmel l-opri tiegħu. Kif Ġesù stess għamel l-opri tal-Missier. Imma l-ewwel ma trid tkun hija l-fidi li trid tiġi espressa fil-ħidma. Fil-bidu tar-raba’ sinjal tkellimna dwar is-solidarjetà li wera Ġesù għan-nies bil-ġuħ, tant li talab lid-dixxipli biex jagħtuhom x’jieklu. Il-ħidma u t-taħbit tal-fidi ma tistax tkun

27b

għal ikel li jgħaddi, iżda

għal ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-Bniedem jagħtikom għax lilu il-Missier immarka bis-siġill tiegħu. Aħna nemmnu 83


f’dak li ġie mingħand il-Missier. Huwa l-iben biss li jista’ jagħtikom dan il-ħobż għax huwa biss ġie mill-Missier. Min takom l-ħajja ġdida mingħand il-Missier biss, jista’ jkun l-ikel tagħha. Huwa biss jista’ jkun l-ikel li l-Missier jagħtikom mis-sema. L-ikel li se jagħtini l-Iben mhux se jkun xi ħaġa barra minnu, bħalma Mosè ta l-liġi u l-manna. Imma likel li jmantni l-ħajja ġdida li Ġesù ġabilna mingħand il-Missier, hija rRivelazzjoni tal-Missier flimkien ma’ Laħmu u Demmu. Ma ninsewx li Ġesù tana dak li ħadd aktar ħliefu ma seta’ jagħtina. Tana l-ħajja talMissier. Hu biss seta’ jagħtina din il-ħajja tal-Missier għax Hu kien mal-Missier u ġie mill-Missier. Is-Siġill li jitkellem minnu San Ġwann huwa s-sinjal ta’ awtentiċità fuq id-dokumenti, li dak li qed jgħid jew jagħmel persuna, qed jagħmlu blawtorità u missjoni ta’ dak li bagħtu u tah is-siġill tiegħu. Mela l-Iben huwa dak li għandu l-awtorità tal-Missier għax huwa ssiġillat millMissier. Għalhekk il-mistoqsija kif ġejt hawn hija fundamentali għall-vanġelu ta’ Ġwanni. Ġesù hu dak li tana l-ħajja ġdida ta’ wlied għax hu kien malMissier. Ġibilna din il-ħajja mingħand il-Missier għax Hu l-Iben ilWaħdieni tal-Missier. Tistgħu tkabbru din il-ħajja fikom jekk tmantnuha bl-ikel tal-Kelma flimkien ma’ laħmi u demmi biex tkomplu tikbru u tinbidlu fija. 84


Bħal Nikodemu meta qallu li jrid jitwieled mill-ġdid, Ġw 3, u bħasSamaritana dwar l-ilma ħaj, Ġw 4, ir-reazzjoni tan-nies kienet waħda naturali. Mistoqsija oħra għax kienu għadhom ma fehmu xejn. Imma din il-mistoqsija u konfrontazzjoni oħra sservi ta’ okkażjoni oħra għal Ġesù biex jispjega aktar fil-fond. Il-mistoqsija kienet ovvja: 28

X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opra ta’ Alla? X’għandna

nagħmlu biex nagħmlu dak li jrid Alla? Aħna diġà għandna l-liġi ta’ Mosè li permezz tagħha ġie rrivelat lilna l-għerf ta’ Alla. Nafu Alla x’iridna nagħmlu għax qalulna fil-liġi. Nafu li jekk nobdu l-liġi nkunu qed nagħmlu dak li jrid Alla. Bl-ubbidjenza tal-liġi nkunu qed niksbu lħajja ta’ dejjem. Il-mistoqsija kienet: X’nistgħu nagħmlu aktar? Ir-risposta ta’ Ġesù lill-komunità tar-raba’ vanġelu hija waħda faċli u diretta ħafna. Insibuha diġà fil-prologu:

1:17

Alla ta l-liġi permezz ta’

Mosè, imma l-grazzja u l-verità seħħu permezz ta’ Ġesù Kristu. Mhux Mosè imma Ġesù. Mhux l-ubbidjenza tal-liġi imma l-ħajja tal-Ispirtu. Mhux x’tagħmel imma x’int. Mhux l-opri u l-ħidma jekk mhux il-frott tal-fidi f’dak li l-Missier bagħat. Mhux minn barra imma minn ġewwa. Mhux il-kitba fil-ġebla imma l-ftuħ tal-qalb. Ġesù ma joqgħodx jilgħab bid-diskors bħalma ħafna drabi nsibu f’Marku minħabba s-sigriet messjaniku. Wieġeb Ġesù;

29

L-opra ta’ Alla hija din, weġibhom Ġesù,

li temmnu f’dak li huwa bagħat. Mhux biżżejjed 85

17:3a

li tagħrfu Alla


wieħed u veru kif qalilkom Mosè. Imma importanti wkoll li tagħrfu lil Ġesù Kristu li inti bgħatt. Nistgħu naraw kemm kien importanti li

17:3b

nikkummentaw dwar dak id-dibattitu dwar il-Fidi u l-opri li kien hemm fl-ewwel komunitajiet Insara. Hekk nistgħu nifhmu aktar il-messaġġ qawwi ta’ fidi li qed jagħtina San Ġwann. Mela allura mhux temmnu fil-liġi li takom Mosè u tagħmlu l-opri tagħha. Dik twellidkom biss skont il-ġisem, Gw1. Imma d-dixxiplu jrid jemmen fil-Mulej Ġesù. Għax fil-fidi fih biss hemm il-ħajja, mhux talġisem imma tal-Ispirtu. Mingħajr il-ħajja tal-Ispirtu, l-opri tal-ġisem ma jiswew għal xejn. Huwa bil-ħajja tal-Ispirtu li aħna sirna wlied Alla. Bil-mod il-mod, Ġesù qed iwassalhom biex ifittxu f’ħajjithom dak li hu l-aktar importanti. Il-ħajja tal-Ispirtu tal-imħabba ta’ Alla li Hu ġabilna mingħand il-Missier. Ir-reazzjoni tal-Lhud, li tippreżenta r-reazzjoni tal-Lhud mal-komunità ta’ żmien l-awtur, kienet waħda mħallta. Minn naħa kien hemm dawk li kienu jemmnu f’Ġesú bħala l-Mibgħut tal-Missier. Imma min-naħa loħra kien hemm oħrajn li kienu qed jagħmlulu kundizzjoni għall-fidi tagħhom. Riedu lil Ġesù ‘jagħmel’ sinjal ieħor ta’ konferma. Mhux hekk riduh jagħmel il-Lhud wara t-tkattir tal-ħobż tat-tradizzjoni talerbat elef raġel fil-vanġelu ta’ San Mattew: Mt:16:1Resqu lejh il-Fariżej u s-Sadduċej u, biex iġarrbuh, talbuh jurihom sinjal mis-sema. 86


Il-Lhud irraġunaw li kollox fuq kollox hu kien l-Messija. Mosè l-ġdid li kellu jiġi fl-aħħar taż-żmien bħala l-Messija, bħala sinjal, kellu jerġa’ jibgħat il-manna bħall-ħobż mis-sema. Ovvjament huma kienu jifhmu li mal-messija, kellha terġa’ tinżel il-manna kuljum mis-sema. Issa huwa kien għamel il-multiplikazzjoni tal-ħobż darba. Kapaċi jagħmilha kuljum? Huwa l-aħħar taż-żmien? Fejn qiegħda l-manna? Bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż setgħu jaraw f’Ġesù dak il-mexxej bħal Mosè li tahom ‘ħobż mis-sema’. Setgħu jaraw profeta kbir bħal Elija li wkoll għamel it-tkattir tal-ħobż. Imma x’se tagħmel żejjed biex aħna nemmnu fik li inti aqwa minn dawn.

31a

X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnu fiK?

X’sejjer tagħmel?

Din il-mistoqsija ta’ konfront, bħas-soltu, fil-ġenjalità tar-raba’ evanġelista, tagħti l-opportunità lil Ġesù li jibda d-diskors dwar il-ħobż ħaj li niżel missema. Diskors li huwa l-qofol ta’ din l-omelija li Ġesù qed jagħmel fissinagoga ta’ Kafarnahum. Diskors li jibda bid-dikjarazzjoni tal-Lhud: 31b

Missierijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, tahom jieklu

ħobż mis-sema. Dikjarazzjoni li fiha l-Lhud kienu qed jikkwotaw il-ktieb talliġi; Eż16:15Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jghidu wiehed lil iehor: ̋ Man-hu?̏ Ghax ma gharfux x 'inhu. Mosè qalilhom: ̋ Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tieklu. 87

Num:11:9

U meta billejl kienet taqa' n-nida fuq il-kamp, kienet taqa'


magħha l-manna wkoll. Ovvjament, konvinti mill-interpretazzjoni li dejjem tawhom ta’ dan il-passaġġ. Lanqas qatt kienu jobsru li fi ħsieb Alla dan ilpassaġġ kellu tifsira kompletament differenti minn dik li dejjem tawhom irrabbini tagħhom. Kemm għandna bżonn anki aħna, inkunu aktar umli quddiem l-Għerf tal-Kelma ta’ Alla.

Hawnhekk Ġesù, l-għerf tal-Missier, jibda jagħti l-interpretazzjoni vera ta’ dak il-passaġġ tal-Liġi. Jibda mill-ewwel jirreferi, għall-manna li huma kienu jemmnu li kellha tinżel mal-miġja tal-Messija. Diskors ta’ Ġesù, li permezz tiegħu l-evanġelista se jwasslilna għas-salvazzjoni tagħna, dak li kienet temmen l-komunità Nisranija dwar l-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema. IrRivelazzjoni tal-Missier u l-Ewkaristija mhux biss fl-elementi tal-Passat u lFutur, kif kienu jarawhom San Pawl u s-Sinottiċi, imma wkoll fl-element talPreżent kif jagħtihulna r-raba’ vanġelu.

Ġesù jagħmel dik li fi żmienu kienet tipikament omelija Lhudija rabbinika fissinagoga. Kienet ħaġa komuni li r-rabbini, kull nhar ta’ Sibt fis-sinagoga, lewwel kienu jaqraw silta mil-Liġi, imbagħad matul l-omelija, kienu jaqraw mill-profeti biex jipprovaw l-interpretazzjoni tagħhom tal-Liġi. Kienu jaqraw mill-profeti bħala awtorità u konferma għal dak li jkunu qed jgħidu. Dan għax lill-profeti kienu jħarsu lejhom bħala dawk li jagħtu l-interpretazzjoni vera u tajba tal-Liġi. Imsaħħa mit-tagħlim tal-profeti, ir-rabbini kienu jikkonfermaw li l-interpretazzjoni tagħhom tal-Liġi hija interpretazzjoni tajba. 88


Fil-ħafna pellegrinaġġi li nagħmel fl-Art Imqaddsa, mhux l-ewwel darba li kelli x-xorti nidħol f’sinagoga u nsib it-test rabbiniku tal-Bibbja bl-Ingliż miftuħ għal-Lhud tad-diaspora (Lhud li jgħixu barra l-Art Imqaddsa u allura ma jafux bl-Ebrajk) jew għal xi ħabib tar-rabbi bħali. L-ewwel darba li bdejt naqra dan it-test, bdejt mill-ewwel ktieb tal-Bibbja li hu l-ktieb tal-Ġenesi. Jiena u naqra ndunajt li bħala passaġġ wieħed, bdejt naqra daqqa mill-ktieb tal-Ġenesi u daqqa minn xi wieħed mill-profeti. Staqsejt lir-rabbi ħabib tiegħi dwar dan. It-tweġiba kienet li dawk il-passaġġi tal-profeti li jsibu ruħhom bħala parti mill-ktieb tal-Liġi, huma l-interpretazzjoni ta’ dak il-passaġġ minn xi profeta. Jitniżżlu bħala parti mit-test tal-Liġi nnifsu bħala għajnuna għallqarrej barrani jew Lhudi tad-diaspora. Peress li ma tantx ikunu midħla tal-Liġi, jkollhom interpretazzjoni vera u tajba tal-profeta għal dak il-passaġġ tal-Liġi.

Din hija kważi l-istess ħaġa li nagħmlu aħna fil-liturġija tal-Kelma kull nhar ta’ Ħadd. Il-qofol tal-qari huwa dejjem il-vanġelu. Imma aħna nibdew naqraw l-ewwel lezzjoni mill-Antik Testment biex nifhmu l-kuntest u t-tema talmessaġġ tal-vanġelu li nkunu se naqraw. Minbarra dan, bħala it-tieni lezzjoni, naqraw qari ieħor mill-Ġdid Testment biex permezz tiegħu nsaħħu u napplikaw għall-ħajja ta’ kuljum, il-messaġġ li jkun qiegħed jagħtina lvanġelu. Dan huwa dak li suppost jagħmel is-saċerdot fl-omelija.

E: L-Omelija dwar il-Ħobż tas-Sema. 89


Din l-Omelija ta’ Ġesù tibda billi jagħmel tiegħu l-kwotazzjoni millPentatewku li kienu għadhom kif ikkwotawlu n-nies, ‘tahom jieklu ħobż mis-sema.’. Huma jistaqsu dwar il-manna li skont l-interpretazzjoni tagħhom tal-Iskrittura, kien Mosè li tahom mis-sema. Inti x’tista’ tagħtina? Ġesù jwieġeb,

32

Mhux MOSÈ takom il-ħobż mis-sema, iżda

MISSIERI jagħtikom il-ħobż mis-sema. Huwa interessanti li bi stil sabiħ Lhudi, Ġesù jieħu dak it-test tal-Liġi u jibda jiftħu bil-mod il-mod, kelma kelma, ħalli jagħti l-interpretazzjoni vera tiegħu. Interpretazzjoni kompletament ġdida u differenti għal kollox tat-tliet kelmiet, ‘Mosè,’ ‘takom’ u l-‘Ħobż mis-Sema.’ L-ewwel ħaġa li jagħmel Ġesù kienet dik li kkoreġa l-interpretazzjoni żbaljata tagħhom ta’ dan il-passaġġ tal-Liġi. Min hu Dak li tahom ilħobż mis-sema? Huma kienu jaħsbu li kien Mosè li tahom il-ħobż missema. Ġesù qiegħed jgħidilhom ċar u tond li din kienet interpretazzjoni żbaljata tal-Liġi. Il-Liġi riedet twassalhom jifhmu li Dak li tahom ilħobż mis-sema ma kienx Mosè kif dejjem fehmu huma. Il-Kelma ‘Dak’ ma kenitx referenza għal Mosè imma kienet riferenza għal Alla lMissier. Mela l-inizjattiva li jibgħat il-ħobż mis-sema qatt ma kienet ta’ Mosè. Imma hija dejjem tal-Missier. L-evanġelista qed jagħtina linterpretazzjoni u viżjoni tal-komunità Nisranija dwar dan il-passaġġ tal-liġi. Interpretazzjoni kompletament ġdida li jidher li mhux kulħadd ried jaċċetta. Fil-fatt kien hemm min telaq. 90


Fit-tieni pass jitkellem dwar il-verb tahom. Ġesù jkompli jfehemhom dan meta jurihom li fl-interpretazzjoni u l-qari ta’ dan il-passaġġ talLiġi, huma kienu qegħdin jiżbaljaw anki l-verb. Fil-verb kienu qed jaqraw il-vokali b’mod ħażin. F’kull lingwa semitika l-vokali mhumiex importanti. F’kull lingwi semitiċi, inkluża tagħna, wieħed jista’ jilgħab bil-vokali għax mhumiex importanti daqs il-konsonanti. Pereżempju fid-djalett Qormi aħna ngħidu sptur u mhux sptar, Ħubża u mhux ħobża. Fl-Ibrajk il-vokali ma kinux jinkitbu. Kienu jinkitbu biss ilkonsonanti għax kienu jissoponu li inti taf x’inhuma l-vokali li riedu jiġu fil-kelma. Fil-fatt kien ħafna wara l-kitba tal-kotba mqaddsa, li rrabbini għarfu li l-poplu kien qiegħed jitfixkel fil-vokali. Għalhekk kienu ħolqu sistema ta’ tikek biex lill-poplu jindikawlu l-vokali meta jkun qiegħed jaqra. Il-verb veru tal-passaġġ li huma kienu qed jikkwotaw lil Ġesù, mhuwiex tahom (NaTaN) fil-passat, imma jagħtikom (NoTaN) filpreżent. Kienu qed jitfixklu l-vokali. Minn passat, minn xi ħaġa li ġrat, kif dejjem qrawha u interpretawha l-Lhud, Ġesù jibdel l-ewwel vokali minn ‘a’ għal ‘o’ u jagħmel l-interpretazzjoni ġdida tiegħu. Mill-passat imur għall-preżent. Mhux xi ħaġa li ġrat, imma xi ħaġa li għadha tiġri fil-preżent. Jagħtikom mhux takom. 91


Fil-vers ta’ wara jkellimhom dwar il-Ħobż mis-Sema. Ġesù jkompli jgħallimhom, li kienu qed jifhmu ħażin ukoll, is-sinjal anki rigward ilmanna. Il-ħobż mis-sema li qed jitkellem minnu l-passaġġ tal-Liġi li huma qegħdin jikkwotaw, ma kienx qed jirriferi xejn għall-manna. Ilmanna kienet biss sinjal kif kien biss sinjal it-tkattir tal-ħobż. Il-Ħobż mis-Sema li l-Liġi kienet qed tipprepara u tirreferi għalih, huwa dak li kien mal-Missier sa mill-bidu u ġie jgħammar fostna. Hawnhekk Ġesù interpreta s-sinjal tal-manna għalih innifsu. Din kienet il-fidi u l-interpretazzjoni tal-komunità Nisranija. Il-ħobż li kellu jiġi flaħħar taż-żmien ma kenitx il-manna. Imma ‘Jien il-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema.’ Jiena hu l-ħobż u mhux il-manna. Ma kienx Mosè filpassat li tahom il-manna. Imma huwa l-Missier, illum u hawnhekk, li qiegħed jagħtikom il-veru ħobż ħaj li niżel mis-sema. U dan il-ħobż veru huwa Jien li ġejt mingħand il-Missier.

33

Għaliex il-ħobż ta’ Alla

huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja. Jekk il-ħobż huwa tas-sema, allura jrid jinżel mis-sema. Ir-reazzjoni tal-Lhud għal dan id-diskors hija l-istess reazzjoni tasSamaritana meta Ġesù qalilha li Hu kien se jagħtiha l-ilma ħaj, li min jixrob minnu ma jaqbdu qatt il-għatx. Is-Samaritana xtaqet dan l-ilma, mhux għax fehmet dak l-ilma x’ifisser fil-ħajja tagħha, imma biex ma toqgħodx tiġi timla l-ilma ta’ kuljum f’nofsinhar. Il-ħin tal-qilla tax92


xemx biex taħrab il-qilla ta’ lsien in-nies. Bl-istess attitudni l-Lhud wieġbu lil Ġesù. 34Agħtina dejjem minn dan il-ħobż. Ġesù jagħmel malLhud dak li għamel mas-Samaritani. Ikompli jimxi magħhom biex iwassalhom għall-fidi. Hekk is-sinjal ikun serva l-vera skop tiegħu, dak li jwassalna naraw bl-għajnejn tal-fidi. 35

Weġibhom Ġesù: Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu

qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx. Huma kollha kielu mill-ħobż li hu kien kattar. Imma reġgħu bil-ġuħ mill-ġdid. Kif missirijiethom kielu l-manna u kien jerġa’ jaqbadhom il-ġuħ. Allura kemm il-manna u kemm il-ħobż li kattar hu, ma kienx il-ħobż li lMissier ried jagħtihom. Dawn kienu biss sinjali. Il-Ħobż veru mis-sema huwa l-Iben il-waħdieni tal-Missier, li kien mill-Bidu mal-Missier, li niżel mis-sema u ħa l-laħam; ġie jgħammar fostna biex jagħtina l-ħajja tal-Missier. Dak huwa il-Ħobż li l-Missier Tahom mis-Sema. Bid-dikjarazzjoni, Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, Ġesù ma jibdiex millewwel jitkellem dwar il-ħobż tas-sema bħala l-ikla Ewkaristika. Imma l-ewwel jibda jitkellem mill-ħobż tar-Rivelazzjoni Divina. Il-ħobż talKelma u t-tagħlim tiegħu. Il-ktieb tad-Dewteronomju, li kien il-ktieb li jerġa’ jaħseb il-Liġi b’aktar spiritwalità, kien diġà kkummenta li l-manna li temgħat lil 93


missirijiethom

fid-deżert

kienet

meravilja.

Imma,

jkompli

d-

Dewteronomju, Alla qed jitmagħkom ISSA b’xi ħaġa ħafna aktar importanti; Il-Kelma Tiegħu. Għal-Lhud, il-manna kienet meravilja kbira. Imma l-awtur għaref tal-ktieb tad-Dewteronomju, kien diġà rrealizza li n-nies, impressjonati mill-meravilja tal-manna, ma kinux qed jaqraw dak li Alla ried jgħidilhom tassew permezz ta’ dak is-sinjal. Kien għalhekk li d-Dewtronomista jiddikjara li.

8:3

Mhux bil-ħobż biss

jgħix il-bniedem imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. Iddewtronomista jgħallem lill-poplu li l-aktar ħaġa importanti mhux li noqogħdu nistagħġbu bil-meravilja tal-manna imma l-aktar importanti huwa li nistagħġbu bil-meravilja kif Alla jitma lill-poplu tiegħu bilKelma tiegħu. Dik il-kelma li rridu nibnu ħajjitna fuqha biex inkunu qed nibnuha fis-sod, cf Mt 7. F’dan id-dawl, Ġesù jikkwota id-Dewteronomju biex jiddikjara li Hu nnifsu huwa l-Kelma ta’ Alla. Ġesù jerġa’ jfakkar lin-nies fit-tagħlim tad-Dewtronomista u jerġa’ jirrepeti l-istess tagħlim. Iġifieri, li l-ħobż li hu mmultiplika u kattar għalihom, u li huma tant kienu għadhom meraviljati bih, kien biss sinjal ta’ kif Hu jitmagħhom ta’ kuljum bilkelma ta’ Alla. Huma ġew lura jfittxuh għall-kisra tal-ħobż. Imma dak li misshom ġew ifittxuh għalih u dak li messhom talbuh jagħtihom, ma kellhiex tkun il-kisra tal-ħobż imma kellu jkun aktar tagħlim. Misshom ġew ifittxu l-ħobż li jibqa’ mhux il-ħobż li jgħaddi. Misshom talbu għal 94


aktar rivelazzjoni dwar il-Missier biex hekk ikunu jafu aħjar min hu lMissier. Dak il-Missier li huma jemmnu li kien tema’ lil missirijiethom fid-deżert. U fil-fatt għadu jixtieq jitmagħhom dak il-jum stess. Alla kien preżenti fosthom permezz tal-Kelma tiegħu, għax Ġesù nnifsu huwa l-Kelma ta’ Alla. Ġesù nnifsu huwa r-rivelazzjoni tal-Missier. Ġesù huwa l-Ħobż mis-sema li l-Missier kien qiegħed jagħtihom. IlLhud, bħal xi wħud mill-komunità Nisranija, kienu qed ifallu li jaraw u jagħrfu din il-verità. Ġesù jerġa’ jassigurahom li hu kien l-uniku wieħed li Ra lill-Missier għax kien mal-Missier. Allura hu kien dak li seta’ juri u jirrivela lill-Missier. Hu biss jista’ jgħidilhom li t-tagħlim tiegħu kien l-għerf tal-Missier għax kien ġej mill-Missier. U kull min jemmen fih, ma jkunx bħal missirijiethom li kielu l-manna fid-deżert u mietu għax ma għarfux il-kelma ta’ Alla. Imma kull min jemmen fih, jiekol l-kelma tal-Missier u jgħix għal dejjem u ma jara qatt il-mewt. Dan huwa l-mod li bih Ġesù beda l-omelija tal-Ħobż tal-Ħajja. Ġesù qiegħed jerġa’ jafferma li hu r-Rivelazzjoni tal-Missier. Mhux Mosè u l-Liġi, imma Ġesù jinkorpora r-Rivelazzjoni tal-Missier, ilKelma tal-Missier, it-Tagħlim tal-Missier, l-Għerf tal-Missier, il-Verità tal-Missier. Huwa għalhekk li Ġesù mhux biss jitma’ lill-bniedem imma huwa l-ħobż tal-ħajja. Min jiekol minn dan il-ħobż ikun sodisfatt. Ġesù huwa l-Għerf Divin li ġie mis-sema biex idawwal qalb il-bniedem bit95


tagħlim tiegħu. Ġesu ġie biex jurina min hu l-Missier għax Hu dak li kien mal-Missier u ra lill-Missier. Ġesù ġie mingħand il-Missier biex bit-tagħlim tiegħu jsostni u jmantni l-moħħ u l-qalb tal-poplu biex iwassalhom għall-fidi. Kien għalhekk li Ġesù stqarr li hu nnifsu hu lħobż tal-ħajja. Ħadd minn dawk li jemmnu fih mhu se jkun aktar bilġuħ. Hu jitkellem minn dawk li qegħdin jiġu għandu għax huma mibgħuta mill-Missier.

36

Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm

rajtuni, ma emmintux. 37Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; 38għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.

39

Issa r-

rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Xtaqt kieku nikkummenta ftit dwar dan il-passaġġ. Imma biex nagħmel hekk nidħol fiddiskussjoni tal-predistinazzjoni li mhux l-iskop ta’ dan il-ktieb. Dan l-aspett futuristiku tal-Ewkaristija, huwa tant importanti għallkomunità ta’ Ġwanni, li din l-istqarrija ta’ Ġesù hija repetuta darbtejn bħala r-rieda tal-Missier: 40Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. B’kuntrast mas-Sinottiċi, il-vanġelu ta’ Ġwanni ma jagħtix dik l-importanza kbira lit-tieni miġja ta’ Ġesù. Dan ma jfissirx li jiċħadha. Diġà fl-ewwel kapitlu mal-istqarrija ta’ Natanael li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla u s-Sultan ta’ Iżrael, 96

1:50

Ġesù wieġbu:


"Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn."

51

U żied jgħidlu: "Tassew tassew

ngħidilkom, għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta' Alla telgħin u niżlin fuq Bin il-bniedem. F’dan il-kuntest din l-importanza għall-aspett futuristiku tal-Ewkaristija hija sinifikanti ħafna. Meta Ġesù jinterpreta l-manna għalih innifsu, San Ġwann jagħtina rreazzjoni tal-Lhud, li kienet ukoll ta’ xi membri tal-komunità; 41Il-Lhud bdew igergru fuqu għax qal, ‘Jiena l-Ħobż li niżel mis-sema

42

u bdew

jgħidu dan mhuwiex Ġesù, bin Ġużeppi? Lil missieru u lil ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, ‘jien inżilt mis-sema’? Din hija reazzjoni naturali li nsibu fil-vanġeli kollha, Lq 4. Imma Ġwanni jispeċifika li l-Lhud bdew igergru biex jerġa’ jfakkarna fl-esperjenza tad-deżert meta missirijiethom bdew igergru minħabba li ma kellhomx ħobż. Saħansitra bdew jgħidu li kienu aħjar meta kienu agħar fl-Eġittu. Mistoqsija u oġġezzjoni, li bħal dawk kollha ta’ qabilhom, se tagħti lokkażjoni lil Ġesù li jidħol aktar fil-fond bit-tagħlim tiegħu. Infakkar li dan huwa parti mill-istil tal-evanġelista biex iwassalna għal dak li jrid jgħallimna Ġesù.

Ikun propju hawnhekk, fit-tgergir tal-Lhud għall-istqarrija ta’ Ġesù li hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema, li fl-istil tal-omelija rabbinika li tkellimna 97


dwarha diġà, Ġesù se jirrikorri għall-kwotazzjoni u interpretazzjoni talprofeta biex jikkonferma s-sinifikat u t-tifsira propja tal-passaġġ li hu ġie mingħand il-Missier. Ġesù qed jispjega u jinterpreta l-passaġġ fissens li kienet ir-rieda tal-Għerf Divin li jitma’ lill-poplu tiegħu. U dan huwa dak li kien qiegħed jiġri propju dak il-ħin li Ġesù qed jgħid dak ilkliem. Fil-ktieb tal-Għerf u ta’ Bin Sirak, dan il-kunċett li l-Għerf ta’ Alla jinżel mis-sema u jitma’ lill-poplu, kien wieħed komuni ħafna. Għax għall-kotba sapenzjali, l-Għerf ta’ Alla hija l-Liġi. L-Għerf ta’ Alla jinsab fil-Liġi. Kull min jiekol mil-Liġi jissodisfa lilu nnifsu. Imma Ġesù qiegħed jikkonferma lilu nnifsu bħala l-Għerf ta’ Alla minflok ilLiġi. La Ġesù huwa l-Għerf ta’ Alla, allura Ġesù huwa dak li jitma’ lillpoplu ta’ Alla. Fl-omelija, Ġesù jinterpreta l-Liġi billi jikkwota mill-profeta Isaija biex jikkonferma dak li qed jgħid. Ġesù jgħid lil-Lhud, u l-komunità Nisranija li minnha ħareġ dan il-vanġelu, u qed tgħid lilna, li l-passaġġ mill-Pentatewku li huma kkwotaw, fil-fatt jirriferi għalih. Il-ħobż talħajja huwa Hu nnifsu. Huwa għalhekk li l-profeta Isaija jgħid li, 54:13

Kulħadd ikun mgħallem minn Alla. Din il-profezija li Alla nnifsu

jgħallem lill-poplu tiegħu, kienet qed isseħħ dak l-istess mument li Ġesù qiegħed jitkellem magħhom. Kliem Ġesù dwar il-manna kien qed 98


jidwi f’moħħ il-poplu li qed jisimgħu. Żgur li kien qiegħed ifakkarhom dwar ħafna omeliji li kienu semgħu mir-rabbini dwar dan is-suġġett, ovvjament b’interpretazzjoni differenti.

Nirrepeti, bħalma huwa l-istil tiegħi li nagħmel, għax San Ġorġ Preca għallimni li musmar ma jidħolx b’daqqa waħda, li t-tifsira primarja li Ġesù huwa l-ħobż mis-sema hija li Ġesù huwa r-Rivelazzjoni tal-Missier. Huwa għalhekk li ma nistgħu qatt nifirdu l-Ewkaristija mqaddsa mill-Kelma ta’ Alla u l-Kelma ta’ Alla mill-Ewkaristija. It-tnejn huma ż-żewġ uċuħ tal-istess munita. Kemm hija ħaġa sabiħa li aħna l-Kattoliċi erġajna skoprejna l-Kelma ta’ Alla u ħutna l-Protestanti qed jerġgħu jiskopru l-Ewkaristija. Ħadd minna l-Kattoliċi ma ħassu li waqa’ b’xi mod għall-Protestanti meta ftaħna l-Kelma ta’ Alla mill-ġdid. Kif ħadd minn ħutna l-Protestanti ma ħassu li qed jaqa’ għalina għax qed jiċċelebraw aktar ta’ spiss l-Ewkaristija. Dik li għalihom kienet memorja ċċelebrata biss fil-Għid qed tispiċċa ċelebrazzjoni ħafna aktar spissa. Kemm kienet ħaġa li mlietni bil-ferħ, meta fl-aħħar konferenza li attendejt f’Lambeth Palace, ir-residenza tal-primat tal-Anglikani, rajt lill-istess Ruwan Williams, il-primat tal-knisja Anglikana, wiċċu mal-art jitlob quddiem it-tabernaklu tal-Ewkaristija. Imma dwar dan nitkellem fil-kapitlu ta’ wara f’dan l-istess ktieb.

Importanti ninnutaw il-qabża fil-ħsieb li qed jagħmel l-evanġelista. Fil-bidu tad-diskors, l-evanġelista jippreżentalna lil Ġesù jitkellem mill-folla. Issa qed jippreżentalna lil Ġesù jitkellem mal-Lhud. L-udjenza ta’ issa m’għadhiex il99


folla li qed tfittex ragħaj. Anki jekk għall-folla, dan ir-Ragħaj huwa wieħed politiku li jġib il-prosperità materjali. Imma l-udjenza issa saret il-poplu ta’ Alla li jippreżentaw ukoll lill-komunità Nisranija tal-awtur. Niftakru li fi żmien li qed jinkiteb il-vanġelu ta’ Ġwanni, l-Insara kienu diġà mkeċċija missinagoga. Għall-evanġelista, il-Lhud huma dawk tan-naħa l-oħra. Huma lĠudej rappreżentati fil-vanġelu minn Ġuda, dak li ttradih. Ir-reazzjoni talLhud turi l-kummenti li kienu jingħadu b’mod dispreġjativ rigward lEwkaristija fis-sinagogi tagħhom; ‘Kif jista’ dan ikun il-Ħobż li niżel missema? Lill-ġenituri tiegħu nafuhom. Kif jista’ dan jagħti ġismu bħala ikel u demmu bħala xorb?’ Ġwanni jieħu l-okkażjoni ta’ din l-omelija tal-Mulej fissinagoga biex iwieġeb dawn il-kummenti tal-Lhud u kummenti ta’ xi dixxipli li nfirdu mill-komunità tiegħu minħabba dan it-tagħlim.

Għalhekk ‘is-Sinagoga’ tista’ tkun ukoll, referenza għal sinagoga tal-Lhud Insara fejn il-predikazzjoni ta’ Ġesù kienet miġbura flimkien bħalma kien miġbur flimkien it-tagħlim tar-rabbini l-oħra. Għal din il-komunità Lhudija Nisranija. Ġesù kien rabbi ieħor imma speċjali. Probabbilment din hija rraġuni li ma jispiċċax jitkellem mal-Lhud imma jispiċċa d-diskors tal-ħobż tas-sema jitkellem mad-dixxipli. Għalhekk l-evanġelista jibda billi jgħid, li għal min ma jemminx li Ġesù ġie mill-Missier, dan id-diskors ma jistax jagħmel sens. Ġesù seta’ jagħtina l-ħajja tal-Missier għax ġie mingħand ilMissier. Jekk ma temminx fih bħala l-mibgħut tal-Missier, ma jistax ikollok fik dik il-ħajja li hu ġablek mingħand il-Missier. Tibqa’ biss imwieled millġisem u ma titwelidx mill-Ispirtu. 100


43

Ġesù weġibhom: Toqogħdux tgergru bejnietkom.

Ħadd ma jista’ jiġi

44a

għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Kull inizjattiva ta’ mħabba u salvazzjoni hija dejjem ġejja millMissier. Imma aħna rridu nikkoperaw mas-salvazzjoni li l-Missier tana permezz ta’ Ibnu. Ġesù qed jikkundanna lil-Lhud u lil dawk li ma jemmnux fih, għax huma rrifjutaw il-grazzja tal-Missier.

1:11

Ġie f’daru u niesu ma

laqgħuhx. Importanti aktar mis-sinjal tat-tkattir tal-ħobż, huwa li taslu taraw, dak li jrid jurikom is-sinjal. Aktar importanti li temmnu fija li għamilt dak issinjal. Il-ħobż li kiltu huwa l-ħobż li jgħaddi. Imma Jiena Hu l-ħobż li jibqa’ għal dejjem. Ikun hawnhekk li Ġesù jikkonferma dak li qed jgħid bi kliem ilprofeta: 45Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla. Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi.

Mhux għax xi

46

ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Għalhekk Ġesù bil-mod solenni tiegħu jistqarr,

47

fis-sewwa fis-sewwa

ngħidilkom min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem. Il-kunċett li Ġesù Ra lillMissier u li huwa l-Ħobż tal-Ħajja, huwa l-messaġġ bażiku ta’ dan il-passaġġ. Dak li kattar il-ħobż qed jagħti rivelazzjoni li hija ħafna aktar importanti mittkattir tal-ħobż fih innifsu. Dak li kattar il-ħobż huwa il-Kelma li ħareġ minn fomm il-Missier.

Dak li qed jiddikjara li qed jagħmel Ġesù huwa dak li għamel matul ilministeru kollha tiegħu. Hu dejjem tema’ lill-poplu bil-Kelma ta’ Alla. Għalhekk Ġesù huwa s-sagrament tal-Missier. Kif Ġesù rrelata mal-ħajja 101


ġdida li għadu jagħti fil-magħmudija meta tkellem dwar l-ilma ħaj, meta fetaħ għajnejn l-għama u meta qajjem lil Lażżru mill-mewt. Hawnhekk qiegħed jirrelata mal-Ewkaristija bit-tkattir tal-ħobż li sar l-ikel, mhux ħobż fiżiku, li bih mantna l-poplu kif Ġesù għadu jmantni lill-poplu ta’ Alla llum flEwkaristija. Kif diġà għidna, din hija r-raġuni primarja li Ġwanni jagħtina dan it-tagħlim waqt il-ministeru u mhux fl-aħħar ikla meta kien se jitlaq mid-dinja. B’hekk Ġwanni ma ħalaq l-ebda dekotomija bejn is-sagrament ta’ issa u lministeru ta’ Ġesù meta kien fid-dinja. Dan huwa sinjal li bih Ġesù qed juri li hu kien kapaċi u għadu kapaċi jagħti l-ħajja.

L-evanġelista qed jaqsam magħna u jagħti xhieda tal-fidi tal-komunità Nisranija tiegħu fl-Ewkaristija. Kienet temmen li l-Ewkaristija hija lħobż ħaj li niżel mis-sema. Hemm enfasi kbira anki fuq il-kelma ‘Ħaj.’ Mhux il-ħobż tal-passat bħall-manna li min kiel minnha miet. Imma huwa l-ħobż tal-Għerf fil-preżent, li Missieri jagħti llum lilna, li ħadna l-ħajja ġdida ta’ wlied mingħand Ibnu Ġesù. Aħna lkoll li ħadna din ilħajja ġdida minnu għandna bżonn li ngħixu bih. Kif fergħa trid tgħix u tieħu l-ħajja tagħha mid-dielja l-vera li hu Ġesù. Hekk Ġesù hu l-Ħobż Ħaj li jagħti l-veru ħajja li tibqa’ għal dejjem lil dawk li bil-fidi tagħhom jgħixu bih, fih u għalih. L-Ewkaristija hija fis-sustanza tagħha differenti minn kull ħobż ieħor li jagħti biss il-ħajja materjali.

102


Dan il-ktejjeb qed jiġi f’idejk mingħajr l-ebda ħlas. Jekk tixtieq: • li tibda tirċievi d-dar bil-posta l-kotba ta’ din is-sensiela, • li xi persuna oħra tibda tirċievi d-dar bil-posta d-dar il-kotba ta’ din is-sensiela, • li tirċievi xi wieħed mill-kotba li kiteb Dun Ġorġ Dalli, • li tgħin finanzjarjament billi tibgħat offerta; ikteb lil:

Dr. Joseph Tabone ‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun, Tal-Ibraġ. Swieqi. SWQ 2080. Malta Email: jtabone@avmtgroup.com Kotba Oħrajn miktuba minn Dun Ġorġ Dalli: 1.

“Biex

inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għall-Avvent

2.

“Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi.

3.

‘Il-Bibbja kif issawret,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela “Il-Bibbja,” pubblikazzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija

4.

‘Ir-Relazzjoni Persoanli ma’ Ġesù fi Ġwanni,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma.’

5.

103

‘Il-Bibbja kif Tinqara,’ It-tieni ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma.’


Insert Il-Faċċata tal-ktieb mingħajr numru fuq

Jekk jogħġbok ikteb b’mod ċar u ibgħat bilposta lin-Nutar Joseph Tabone.

Jiena _______________________________________ nixtieq nibda nirċievi bil-posta d-dar il-kotba tas-sensiela ‘Il-Kelma’ f’dan l-indirizz: __________________________________________________________ __________________________Postcode: ___________ Tel: ___________________. Mob:__________________ Email:________________________________________ Firma:________________________________________ Data Protection: Nifhem li l-informazzjoni li qed nagħti hawn se tinżamm u tintuża biss mid-direzzjoni tas-sensiela ‘Il-Kelma.’ Nifhem li jekk nixtieq li ma nirċevix aktar kotba, informazzjoni jew korrispondenza, għandi nagħmel dan bil-miktub lillAmministrazzjoni biex id-dettalji tiegħi jitneħħew minn fuq id-database.

104


Dun Ġorġ Dalli twieled fl-20 ta’ April 1952 f’Ħal Qormi. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April 1979. Wara esperjenza ta’ 7 snin ħidma manwali fi ċkunitu, ta’ 20 sena daħal isseminarju u l-università minn fejn kiseb il-grad ta’ Masters fit-Teoloġija Pastorali bit-teżi ‘Ir-Relazzjoni bejn il-Kappillani u l-Lajċi.’ Dun Ġorġ serva f’diversi ministeri fil-knisja: Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi; Direttur tal-Istitut Kattoliku u Kappillan tal-Parroċċa Tal-Ibraġ. Bħalissa Dun Ġorġ jagħti korsijiet mal-Għaqda Biblika Maltija u f’ħafna ċentri u gruppi madwar Malta; Direttur Spiritwali fl-iskola San Anton; jaħdem bħala saċerdot fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard speċjalment fil-qasam tal-familja. Hu mfittex ħafna għall-pellegrinaġġi mibnija fuq ħafna tagħlim bibliku, interess spiritwali, kulturali u edukattiv li jmexxi speċjalment dawk lejn l-Art Imqaddsa. Kitbiet oħra tiegħu huma s-serje ‘Kelma u Xbieha’ li fiha diġà ppubblika żewġ kotba: “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għall-Avvent u “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fiddawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi. L-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Bibbja” bit-titlu, ‘Il-Bibbja kif issawret,’ pubblikazzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija. Żewġ kotba fis-sensiela ‘Il-Kelma’ bit-titli ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni’ u ‘Il-Bibbja kif Tinqara.’

105


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.