Issuu on Google+

IV

Sensiela

IL-KELMA L-Ewkaristija it-tieni parti

DUN ÌORÌ DALLI


IV

Sensiela

IL-KELMA L-Ewkaristija it-tieni parti

DUN ÌORÌ DALLI


Editur: Dun Ġorġ Dalli

‘Dalli’ Triq il-Qasba, Tal-Ibraġ. Swieqi SWQ 2422. Malta Tel: 21378771. Mob: 79470384 Email: dundalli@bell.net.mt Amministratur: Dr. Joseph Tabone

‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun, Tal-Ibrag. Swieqi. SWQ 2080. Malta Tel: 21377844. Email: jtabone@avmtgroup.com. Copyright: © Dun Ġorġ Dalli – il-jeddijiet kollha miżmuma. ISBN: 978-99957-0-194-9 Ippubblikat fis-sena 2012 Printing: Progress Press

ii


Werrej

4. Kapitlu 4: San Ġwann

F. L-Ewkaristija bħala Ikel Tassew

1

5. Kapitlu 5: L-Iżvilupp fit-Tradizzjonijiet Insara

39

6. Kapitlu 6: L-Ikona ta’ Sieder Koder

77

7. Konklużjoni

120

CV tal-Awtur

126

Applikazzjoni għas-sensiela

128

iii


Kapitlu 4

San Ġwann - Ikel Veru L-Ewkaristija Bħala Ikel Tassew Kif diġà tkellimna fil-ktieb ta’ qabel dan, fl-ewwel parti tad-diskors tiegħu biex jispjega d-dikjarazzjoni, ‘Jien il-Ħobż Ħaj tas-sema,’ Ġesù jippressa l-verità, 42 Li Hu Niżel mis-Sema, 45bħala r-Rivelazzjoni talMissier biex kulħadd ikun imgħallem minn Alla. Is-sens u t-tifsira primarja tas-sinjal tal-ħobż hija l-verità li Ġesù huwa r-rivelazzjoni tal-Missier. Kien għalhekk li ġie mis-sema, mingħand il-Missier u għammar fostna, biex jurina min hu l-Missier. Ġesù jkompli billi jagħmel qabża kbira fiddiskors tiegħu meta jagħti t-tieni naħa tal-munita tat-tifsira tal-Ħobż tas-Sema. Ġesù jgħid u jiddikjara; 48Jiena l-Ħobż tal-Ħajja. 49Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; 50dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. 51 Dan il-Ħobż huwa laħmi li jingħata għall-Ħajja tad-dinja. Probabbilment din kienet il-formola Ewkaristika fuq il-barka tal-ħobż li kienet tgħid 1


l-komunità tad-dixxiplu l-maħbub. San Pawl u s-Sinottiċi kienu jgħidu ‘Dan huwa ġismi mogħti għalikom.’ Ġwanni ma jitkellimx minn ‘ġismi mogħti għalikom’ bħall-vanġeli Sinottiċi. Ġwanni ma jitkellimx minn għotja imma minn ikel. Din hija interpretazzjoni kompletament ġdida u partikulari ta’ dan il-vanġelu. Il-vanġelu li wasslilna l-verità li l-Ewkaristija hija ikel tassew. Jekk il-ħobż li se nagħti bħala ikel huwa laħmi, allura huwa jiena nnifsi. ‘Laħmi u xaħmi’ bħal ‘laħmi u demmi,’ hija espressjoni li tfisser jien innifsi kollni kemm jien u ħadd ħliefi. Tajjeb ninnutaw li wara l-istqarrija ta’ Pietru f’Ġesù bħala l-Messija l-Iben ta’Alla l-Ħaj, 17Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem taddemm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fissmewwiet. Fil-ħsieb semitiku, id-demm u l-laħam huma l-komponenti umani li magħhom jingħaqad l-Ispirtu biex ikun bniedem sħiħ. Tliet komponenti, laħam, demm u spirtu, li wieħed jista’ jiddistingwi imma mhux jissapara. Huwa għalhekk li dan il-ħobż huwa l-Ħaj li jagħti l-ħajja. Nirrepeti li huwa l-vanġelu ta’ Ġwanni biss li jagħtina din l-interpretazzjoni ġdida tal-Ewkaristija bħala ikel tal-poplu ta’ Alla. L-Ewkaristija hija ikel tassew u mhux biss ċelebrazzjoni ta’ memorja u 2


tifkira. Hija ikel li bih Ġesù għadu jmantni llum lilna li nemmnu fih u ninġabru flimkien f’ismu. L-Ewkaristija għal Ġwanni hija ħafna aktar minn ċelebrazzjoni ta’ tifkira ta’ dak li ġara fil-passat u stennija għat-tieni miġja fil-futur. Ġwanni jagħtina din ir-rivelazzjoni fil-kuntest li Ġesù qiegħed iwieġeb id-diffikultajiet kollha li qajmu l-Lhud. Lhud li jippreżentaw ukoll xi membri li jissejħu Nsara bla ma kienu jemmnu f’dak li kienet temmen il-komunità tiegħu. Dak li l-Lhud u l-pagani ma jistgħux jifhmu, aħna l-Insara niċċelebrawh. Fil-kuntest ta’ kontroversja, kif soltu jagħmel, l-evanġelista jippreżenta lil Ġesù jkompli l-omelija biex jispandi t-tieni tema prinċipali taddiskors tiegħu, iġifieri l-Ewkaristija bħala ikel. Ġesù jurina u jirrivelalna realtà oħra ta’ x’jifhem meta ddikjara lilu nnifsu Jien Hu l-Ħobż tal-Ħajja. Jitkellem minn Laħmu u Demmu. U dan huwa t-tagħlim sħiħ tar-raba’ vanġelu dwar l-Ewkaristija. L-Ewkaristija hija Ikel Veru. Ikel veru għad-dixxipli li għandhom bżonn jieħdu l-ħajja minnu għax jemmnu li mingħajru ma jistgħu jagħmlu xejn. Il-frażi ta’ San Pawl, ‘inħabbru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi,’ waħedha ma twassalx dan l-element importanti ħafna tal-Ewkaristija għad-dixxiplu fil-preżent. Għalhekk hija grazzja li 3


l-Bibbja mhix ktieb wieħed imma librerija ta’ kotba flimkien. Ir-rivelazzjoni ta’ Alla tinsab mhux fi frażi jew ktieb wieħed, imma fil-messaġġ tal-Bibbja sħiħa u kollha kemm hi. Il-komunità ta’ Ġwanni tgħallimna li r-raġuni primarja li għaliha Ġesù tana l-Ewkaristija hija biex Titmana. 51Jiena hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa laħmi għall-ħajja tad-dinja. Probabbilment l-udjenza tal-komunità ta’ Ġwanni, dan id-diskors, semgħetu kemm-il darba. Dan huwa dak li kienu jifhmu u jemmnu meta kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija fil-komunitajiet tagħhom. Niftakru li l-espressjoni ‘Jien Hu,’ ego eimi, li qed juża Ġesù, hija l-istess espressjoni li juża Alla meta kien qiegħed jirrevela ismu lil Mosè fil-ħuġġieġa tax-xewk jaqbad, Eż 3. Kemm kellu raġun il-Konċilju Vatikan II, li qed niċċelebraw il-ħamsin sena tiegħu, jinsisti li fiċċentru tal-knejjes tagħna għandu jkollna l-artal tassagrifiċċju. Dan għax l-Ewkaristija hija sagrifiċċju. Imma huwa daqshekk importanti, li dan l-artal, ikompli jisħaq il-Konċilju, għandu jkollu l-forma ta’ mejda tal-ikel. Dan għax Ġismi mhux mogħti għalikom biss bħala sagrifiċċju. Imma mogħti għalikom ukoll bħala ikel li jaqtgħalna l-ġuħ 4


spiritwali u jmantnina fil-mixja tal-vera ħelsien sa l-Art Imwegħda. Demmi mhux imxerred għalina biss bħala sagrifiċċju għad-dnubiet tal-bnedmin kollha, imma wkoll bħala xorb li jagħtina l-istess ħajja tal-Mulej Ġesù glorjuż mal-Missier. Kien hemm il-Lhud, u membri tal-istess komunità, li r-reazzjoni tagħhom għal dan, tagħtina t-tieni oġġezzjoni li nsibu fil-vanġelu. Il-Lhud spiċċaw, 52ma jaqblux bejniethom u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Antika Ruma. Hekk konna u hekk għadna. Il-kelma ‘tlewmu,’ ‘ma qablux,’ timplika diżgwid anki b’mod vjolenti kif il-Lhud tlewmu wkoll kontra Mosè fid-deżert flesperjenza tal-manna, b’mod l-aktar dispreġjattiv, arroganti u vjolenti. Tant li lil Mosè qaluli li aħjar kieku ħalliehom l-Eġittu. Forsi din ir-rabja kibret fihom, anki minħabba l-liġi Lhudija tal-Kosher li tiddefinixxi l-ikel tad-demm bħala kannibaliżmu. IżŻewġ affarijiet, l-ikel tad-demm u l-kannibaliżmu, huma żewġ azzjonijiet ikkundannati mil-Liġi talKosher. Għadhom jgħidu, u għadna ngħidu, ‘kif jista’ DAN’. Għadhom ma għarfuhx li DAN Ġesù li qed jagħmel din id-dikjarazzjoni, HUWA l-iben ta’ Alla li ġie jgħammar fostna. Il-bażi ta’ kull twemmin dwar l-Ewkaristija, irid jibda mill-fidi fil-Mulej Ġesù 5


li huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla li ġie mingħand il-Missier. Dak li kien ma’ Alla u kien Alla. Imma anki quddiem din l-oġġezzjoni li spiċċat f’tilwima vjolenti, Ġesù ma rtirax il-kliem li kien qal. Baqa’ jinsisti bid-dikjarazzjoni solenni tiegħu: 53 Fis-sewwa fis-sewwa ngħidilkom, jekk ma tiklux illaħam (ςαρκα - sarka) ta’ Bin il-Bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom.” Ġesù jinsisti, li laħmi huwa ikel tassew u demmi huwa xorb tassew. Hekk kienet temmen il-komunità Nisranija tarraba’ vanġelu. Twemmin imsaħħaħ fit-twemmin tat-Tnax, li se nitkellmu dwaru fl-aħħar ta’ dan ilkapitlu. ‘It-Tnax’ li bħala grupp u istituzzjoni, huma l-unika darba msemmija f’dan ir-raba’ vanġelu. Din l-oġġezzjoni b’forma ta’ mistoqsija tal-Lhud, tixhed għas-suspetti li kien hemm mil-Lhud u millpagani dwar l-ewwel Insara ta’ żmien l-evanġelista. Dawn kienu jafu li l-Insara kienu jagħmlu l-laqgħa tagħhom mhux darba fis-sena bħala memorja, imma kull l-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd filgħodu. Kienu jafu wkoll li f’din il-laqgħa kienu jagħmlu ċ-ċelebrazzjoni ‘tal-Qsim tal-Ħobż,’ li biha l-Insara kienu jemmnu li qegħdin jieklu l-ġisem u jixorbu d-demm ta’ Kristu Ġesù. Għal-Lhud dan kien skandlu u dnub kbir. Il-pagani kienu jħalltu din iċċelebrazzjoni tal-Insara mar-ritwali maġiċi tagħhom 6


bid-demm fir-reliġjon pagana. Niftakru li Pilatu kien qatel lill-Galilej biex iħallat demmhom massagrifiċċju pagan, Lq 13:1. Xi ħaġa li minħabba fiha kien kisirha ma’ Erodi li kellu l-ħakma fuq il-Galilej. Skont Luqa kienu reġgħu għamlu ħbieb fil-passjoni meta Pilatu wera li kien jirrispetta l-awtorità ta’ Erodi u bagħatlu lil Ġesù għandu. F’Ruma, kien hemm saħansitra min jaħseb li f’din iċċelebrazzjoni tal-Qsim tal-Ħobż, l-Insara kienu joqtlu t-trabi biex jieklu laħamhom u jixorbulhom demmhom. Kienu jakkużaw lill-Insara li huma kannibali li jieklu l-ġisem u jixorbu d-demm tal-bnedmin. Il-Lhud u r-Rumani għax ma kinux mill-ispirtu, ma setgħux jifhmu li dawn l-Insara kienu jiċċelebraw Att 4:46bi qlub ferħana u safja, il-mewt ta’ xi ħadd li huma jsejħulu l-Mulej għax kienu jemmnu li għadu ħaj u qiegħed filglorja tal-Missier. Li huwa l-laħam tal-Mulej glorjuż li huma kienu jemmnu li qed jieklu. Ir-Rumani kienu jakkużaw lill-Insara wkoll li kienu nies settarji ħafna għax għal din iċċelebrazzjoni, kienu jiltaqgħu għalihom waħedhom u b’mod esklużiv. Kienu jħarsu lejhom bħala grupp ta’ nies antisoċjali. Dan peress li kienu jagħmlu kollox għalihom u ma kinux jinteressaw ruħhom mill-ispettaklu u festi li jiġi organizzat għaċ-ċittadini l-oħra. Ir-raġuni vera li l-Insara kienu jżommu ’l 7


bogħod minn dawk il-festi u ċelebrazzjonijiet soċjali ma kenitx għax huma kienu esklużivi, settarji jew antisoċjali. Imma r-raġuni vera kienet, li dawn l-ispettakli kienu jiġu organizzati ad unur ta’ xi alla falz jew għad-divinità tal-imperatur. Xi ħaġa li n-Nisrani ma setax jikkolabora fiha għax il-fidi talInsara kienet biss f’Alla wieħed ħaj u veru u f’Ġesù Kristu li huwa bagħat. In-Nisrani ma seta’ jiċċelebra lill-ebda idolu jew divinità ta’ bniedem, anki jekk imperatur. Xi wħud mir-Rumani kienu għarfu din ir-raġuni. Għalhekk bdew jakkużaw lill-Insara bħala atejisti li ma jemmnux fl-allat tagħhom u hekk se jġibulhom is-seħta. Naħseb li mill-Konċilju ta’ Trentu, tajna wisq importanza esklużiva lill-aspett sagrifikali talEwkaristija. Fl-opinjoni tiegħi, din hija r-raġuni li għaliha ħafna Kattoliċi jinsabu mfixkla. Jekk ikollok tistaqsi lil ħafna minna kif Ġesù huwa preżenti flEwkaristija, naħseb li l-maġġoranza jwiġbuk, ‘li kif kien fuq is-salib.’ Meta aħna nieklu l-Ewkaristija, aħna ma niklux il-laħam ta’ Ġesù ta’ Nażaret jew illaħam ta’ Kristu mejjet fuq is-salib. Kieku nagħmlu hekk, inkunu vera kannibali. Imma aħna nieklu l-laħam ta’ Kristu glorjuż biex nikbru fl-istess ħajja divina tiegħu. Hu li kien ma’ Alla u li hu Alla; Hu dak li ġie mis-sema; hu dak li sar il-ħobż li niżel 8


mis-sema biex lilna jagħtina laħmu ħalli jibdilna fil-ħajja divina tiegħu u jagħtina l-qawwa ngħixu l-ħajja ġdida tal-Ispirtu. Jitmana llum f’din il-ħajja fid-dinja biex ma nsirux tad-dinja.. Naħseb li issa nistgħu naraw aktar ċar kemm l-esperjenzatal-Eżoduutal-iklatas-Sedertikkaretteristika d-diskors Ewkaristiku bl-elementi tal-passat u tal-Futur. Imma mhux dak tal-Preżent. Nispjega. San Pawl jgħidilna biex inħarsu lura lejn l-ikla tal-Mulej qabel ma bata. Is-Sinottiċi jagħtuna dan id-diskors Ewkaristiku meta Ġesù kien qiegħed jagħmel l-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid tal-Lhud. Għal Ġwanni kien importanti ħafna li jgħidilna li Ġesù għamel dan is-sinjal u qed jgħid dan id-diskors meta, 6:4kien qrib il-festa tal-għid, il-festa tal-Lhud. Dan id-dettal kien importanti, għax hekk kien faċli għal Ġesù, li jgħaddi mis-simbolu tal-manna għal dak tal-Ħaruf tal-Għid. Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ikla, il-Lhud kienu jiftakru li meta kielu laħam il-ħaruf, huma kienu ħadu s-saħħa għall-vjaġġ tal-ħelsien fil-ħruġ milljasar tal-Eġittu. Kien ifakkarhom ukoll, li b’demmu mdellek mal-blajjet ta’ djarhom, l-anġlu tal-qerda kien qabeż, pass over, il-bieb tagħhom u hekk kienu meħlusa mill-kastig tal-qtil tat-tifel il-kbir. Il-festa tal-Għid kienet l-akbar festa tal-Lhud kif hija ukoll 9


l-akbar festa għalina l-Insara. Din il-festa, iċċelebrata kull sena, kienet tagħtihom l-identità tagħhom bħala poplu Lhudi. Fil-ħajja u fil-Mewt 1:29tal-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja, il-wegħdiet kollha li Alla kien għamel lil missirijiethom jerġgħu jsiru realtà. Dak li fl-ikla tas-Seder il-Lhud kienu jiċċelebraw bħala memorja, aħna nġeddu u niċċelebraw b’mod reali f’kull ċelebrazzjoni Ewkaristika. 1Kor 5:7-8Il-ħaruf tal-għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul. Nagħmlu festa mela, mhux bil-ħmira tal-qerq u tal-ħażen, imma bil-ħobż bla ħmira tas-safa u tas-sewwa. San Pawl jitkellem mill-ħaruf tal-għid li kien maqtul. Il-ħaruf li huwa l-Mulej li aħna nħabbru l-mewt tal-Mulej waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Dan huwa l-mod kif San Pawl jgħaqqad l-Ewkaristija mas-sagrifiċċju tas-salib. Imma ispirat mill-ikla tas-Seder, San Pawl jitkellem mill-antiċipazzjoni tal-miġja futura tiegħu sa ma jiġi fil-glorja. Waqt l-ikla tas-Seder, li hu kien jiċċelebra, kienet issir ir-raba’ u l-aħħar barka fuq it-tazza talinbid ta’ Elija bħala stennija għall-miġja tiegħu. Il-Lhud kienu jagħmlu din l-aħħar barka bħala antiċipazzjoni tal-ikla mal-Mulej fis-sema. L-istess fidi li aħna llum nistqarru meta ngħidu; ‘Inħabbru l-Mewt tiegħek Mulej, Inxandru bil-ferħ il-Qawmien tiegħek, u Nistennewk sa ma tiġi fil-Glorja.’ San 10


Pawl kien midħla wkoll tal-komunitajiet Esseni. Filbarka fuq il-ħobż u l-inbid fl-ikla mqaddsa tagħhom, il-komunità ta’ Qumran fid-deżert ta’ Ġuda, faċċata tal-Baħar il-Mejjet, kienu jħallu post vojt in-naħa tallemin ta’ dak li jippresiedi. Dan kien għall-Messija jekk jiġi matul l-ikla. Fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, aħna wkoll żammejna din l-aspettattiva tal-futur. L-Ewkaristija hija sinjal tal-ikla tas-sema fejn Ġesù prepara post għalina lkoll. Iċ-ċelebrazzjoni li qed nagħmlu issa hija waħda sagramentali. Dawn is-sinjali kollha jridu jispiċċaw meta niltaqgħu mar-realtà. Dak li niċċelebraw huwa sinjal tal-preżenza ta’ Alla sakemm niltaqgħu miegħu. Is-sinjali jispiċċaw kollha meta aħna niksbu r-realtà tas-sinjal li qed niċċelebraw. L-Ewkaristija nnifisha hija sinjal talpreżenza akbar ta’ Alla meta aħna niltaqgħu miegħu. Imma hija wkoll ikel li tqawwina u ssaħħaħna filmixja sakemm naslu ħdejh. Kien żmien il-Għid. Il-festa ta’ Kristu rxoxt. L-aspett tal-preżent tal-Ewkaristija ta’ Ġwanni ma jsibx l-ispirazzjoni tiegħu mill-ikla tal-Għid tal-Lhud imma mill-esperjenza ta’ Kristu rxoxt. Mill-ikliet li Kristu rxoxt kellu mad-dixxipli tiegħu wara l-qawmien. Wara l-qawmien, id-dixxipli kienu jagħrfu lill-Mulej waqt il-qsim tal-ħobż jew 11


waqt l-ikla. Id-dixxipli ta’ Emmaws għarfuh filqsim tal-ħobż. Id-dixxipli madwar il-mejda, għarfu lil Ġesù meta talabhom xi ħaġa tal-ikel għax ma ridux jemmnu li huwa ħaj, Lq 24; Għandna wkoll l-eżempju tas-seba’ dixxipli fejn il-baħar ta’ Tiberija, Ġw 21; San Mark jgħidilna li Ġesù deher lill-Ħdax stess meta kienu fuq il-mejda. Jekk bħad-dixxipli aħna nagħrfuh waqt il-qsim tal-ħobż, Ġesù huwa preżenti hawn llum. Imma din il-preżenza hija dik ta’ Kristu mqajjem mill-mewt. Il-mod li bih Ġesù jiġi preżenti magħna huwa l-istess mod kif Ġesù deher lid-dixxipli wara l-qawmien. Ġwanni jagħtina interpretazzjoni differenti minn San Pawl. Interpretazzjoni kompletament ġdida talĦaruf tal-Għid li mhux biss ineħħi d-dnub tad-dinja, imma li se jagħti l-Ħajja eterna lid-dinja. Interpretazzjoni ġdida tal-Ewkaristija li ma nsibuha fl-ebda vanġelu ieħor ħlief fi Ġwanni, li jippreżenta lil Ġesù qiegħed imdendel mas-salib, il-Ġimgħa minn nofsinhar sattlieta. L-istess ħin li fih il-Lhud kienu jmorru fit-tempju biex joqtlu l-Ħaruf tal-Għid. Biex ikompli jenfasizza din l-interpretazzjoni ġdida Ewkaristika, San Ġwann, jaqla’ d-diskors tal-istituzzjoni tal-Ewkaristija millAħħar Ċena u jagħtihulna waqt li qiegħed jagħmel issinjal tat-tkattir tal-ħobż. Diġà tkellimna mill-probabbiltà li l-evanġelista 12


jagħmel dan, biex ineħħi l-impressjoni li fil-ħajja ministerjali tiegħu, Ġesù għamel din l-ikla maddixxipli tiegħu darba biss. Imma probabbilment għamel hekk ukoll minħabba l-problema tadDoċetiżmu. Kien hemm xi wħud mill-komunitajiet Insara tad-dixxiplu l-maħbub, li kienu Doċetisti. Il-kelma Doceo, minn fejn ġejja l-kelma Doċetiżmu tfisser ‘apparenza.’ Fil-kunċett duwalista li l-materja hija ħażina, id-doċetisti kienu jiċħdu l-umanità ta’ Ġesù. Għalihom l-Iben ta’ Alla kien biss Spirtu li deher minn barra bil-ġisem. Imma ma setax jieħu l-laħam, għax dan huwa materja. Huwa probabbilment għalhekk ukoll li Ġwanni jinsisti li l-Ewkaristija mhijiex biss memorja jew tifkira ta’ dak li ġara minn ‘spirtu’ li għix fostna u deher minn barra bħala bniedem. Imma Ġwanni jagħtina l-element tal-Ikla. L-Ewkaristija hija ikla vera ta’ dak li qiegħed għand il-Missier bil-ġisem glorjuż tiegħu li bih qam mill-imwiet. Dan li qed ngħidu jorbot tajjeb ħafna għatteoloġija sagramentali ta’ Ġwanni. Il-Missier għandu l-ħajja fih innifsu. Aħna ħadna din il-ħajja tal-Missier meta l-Iben ħa l-laħam u ġie jgħammar fostna. Aħna niġu mitmugħa f’din il-ħajja ġdida meta nieklu laħmu. Dan l-ikel mhuwiex biss ikel tal-Mulej glorjuż, imma ikel tal-ħajja eterna. 13


L-evanġelista diġà insista li l-Missier mhux ‘ta’ filpassat il-ħobż mis-sema, imma ‘jagħti’ fil-preżent il-ħobż mis-sema; u li dan il-ħobż mis-sema mhux il-manna li ngħatat fil-passat, imma hija Ġesù nnifsu li qed jingħata bħala ikel, issa, għalina llum. Biex jenfasizza dan il-fatt, Ġwanni jagħtina l-formola Ewkaristika li kienet tintuża speċifikament fil-komunità tiegħu. San Pawl u s-Sinottiċi jitkellmu minn; ‘dan huwa ĠISMI li jingħata għalikom.’ Ġwanni jitkellem minn, 51il-ħobż li jiena nagħti huwa LAĦMI għall-ħajja tad-dinja. Il-kelma ‘laħmi, SARX,’ hija l-istess kelma meta l-evanġelista jitkellem millKelma ta’ Alla li saret Laħam, 1:14. Tajjeb ninnutaw li l-espressjoni ‘Ġismi u Demmi’ hija espressjoni tajba ħafna bil-Grieg. Għal Pawlu li kiteb bil-Grieg u għattradizzjoni tal-vanġeli bil-Grieg, l-espressjonijiet ‘ġismu u demmi,’ jew ‘nixroblok demmek,’ kienet toqgħod tajjeb ħafna. Imma meta nħarsu lura lejn il-lingwa Aramajka ta’ żmien Ġesù, safejn nafu aħna, ma kienx hemm kelma Aramajka għal ‘ġisem.’ L-Aramajk kellu kelma għal ‘katavru’. Huwa aktar tard, imma mhux fi żmien Ġesù, li fil-lingwa Ebrajka daħlet kelma għal ‘ġisem.’ Għalhekk dak li Lhudi ta’ żmien Ġesù kien jgħid, ma kienx ‘ġismi u demmi’ imma ‘laħmi u demmi.’ Din kienet l-espressjoni Lhudija għall14


komponimenti tal-bniedem. Bħalma diġà tkellimna, fil-lingwa semitika tagħna, aħna ngħidu ‘laħmi u xaħmi’ biex nirriferu għal dak kollu li jien. San Pawl u l-vanġeli Sinottiċi għaddewlna t-tradizzjoni tal-mod kif l-Ewkaristija kienet tiġi ċċelebrata fil-knejjes tal-ġentili li kienu jitkellmu l-Grieg. Għalhekk l-eqwivalenti Grieg għallespressjoni oriġinali li probabbilment qal Ġesù nnifsu bl-Aramajk ‘Laħmi u Demmi,’ hija ‘Ġismi u Demmi.’ Il-Griegi kellhom kelma għal ‘laħmi’, imma dik il-kelma kellha konnatazzjonijiet perċettivi. Jidher li kienet il-komunità ta’ Ġwanni li żammet l-espressjoni oriġinali ta’ Ġesù b’mod letterali. Probabbilment ‘laħmi għas-salvazzjoni tad-dinja’ kien dak li kien jgħid iċ-ċelebrant tal-Ewkaristija meta kien ibierek il-ħobż biex isir laħam Ġesù glorjuż. It-tradizzjoni ta’ Ġwanni nżammet hekk, ‘Ilħobż li jiena nagħtikom huwa l-istess laħmi għallħajja tad-dinja. 53Jekk ma tiklux laħam Bin il-Bniedem u ma tixorbux demmu ma jkollkomx il-ħajja fikom. L-espressjoni ‘jekk ma tiklux,’ bl-ebda mod ma tista’ tiġi interpretata ‘jekk ma toqtlux’ kif jagħmlu ftit studjużi protestanti. Dawn isostni li f’dawn ilvrus, San Ġwann, bħal Pawlu, qiegħed jirreferi għall-mewt u l-qawmien tiegħu aktar milli għallmod kif hu nnifsu qiegħed joffri lilu nnifsu fil15


preżenza Ewkaristika. Imma jidher ċar li Ġesù, b’dan id-diskors, qiegħed jifhem ħafna aktar minn hekk. Qiegħed jifhem it-trasformazzjoni (bdil) tassustanza (transubstanzazzjoni) tal-ikel u x-xorb. Is-sustanza tal-ħobż li tinbidel fil-laħam ta’ Bin ilBniedem u s-sustanza tal-inbid li tinbidel fid-demm ta’ Bin il-Bniedem. Espressjoni li biha Ġesù qiegħed jirreferi għalih innifsu. Għalhekk ma jibqgħux jagħtu l-manteniment lill-ġisem uman imma lillispirtu ta’ min jirċevihom. Transubstanzazzjoni li rridu narawha wkoll fir-realtà tat-Transfigurazzjoni u Transfinalizzazzjoni. Dwar dan nitkellem f’kapitlu separat. F’dan il-kapitlu nixtieq nibqa’ mal-messaġġ ta’ kapitlu sitta ta’ Ġwanni. 54 Min jiekol laħmi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. 55Għax laħmi huwa tassew ikel u demmi tassew xorb. 56Min jiekol laħmi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bl-Ewkaristija aħna nieħdu sehem mill-ħajja ta’ Alla fid-dinja u nippreparaw għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar jum. Ħajja mhix naturali, imma spiritwali. Ħajja ta’ qdusija li rridu nibdew ngħixu minn hawn. Min ma jikolx laħmi u ma jixrobx demmi, qed jgħidilna Ġesù, ma jistax ikollu din il-ħajja vera fih. Dan l-element ta’ ikel għall-ħajja ta’ dejjem jispjega t-tenzjoni tal-prattika tal-Ewkaristija f’komunitajiet differenti Nsara sa 16


minn żmien Ġwanni kif jurina dan il-passaġġ. Imma dwar dan nitkellmu fil-kapitlu ta’ wara. Kuntrarju għall-ħsieb Doċetista, il-komunità tad-Dixxiplu l-Maħbub kienet temmen li kull min jiekol min dan il-ħobż Ewkaristiku, jibqa’ fil-Mulej Ġesù u Ġesù jibqa’ fih. 56jibqa’ fija u jiena nibqa’ fih’. Il-ħaj paragun mal-mejjet fid-duwaliżmu li huwa karatteristika ta’ dan il-vanġelu; ħajja u mewt; dawl u dlam; ġisem u spirtu, verità u gidba, mikri u veru. Il-ħajja vera hija dik li ġabilna Ġesù mingħand ilMissier. Għalhekk id-dixxiplu jista’ jmantni u jgħix din il-ħajja billi jingħaqad ma’ Ġesù. Il-Kelma u l-Ewkaristija hija mezz l-aktar qawwija biex ilfergħa tieħu l-ħajja miz-zokk. Inkella mingħajr din il-ħajja, tinxef u tinqata’ barra. Għidna li hija probabbiltà kbira, li l-komunità taddixxiplu l-maħbub żammet il-kliem oriġinali ta’ Ġesù. Hekk ukoll għamel Injazju ta’ Antijokja li jitkellem dwar ‘il-laħam (flesh) ta’ Kristu. F’laħmu, jgħidilna San Injazju, Ġesù sar il-“Ħaruf tal-Għid li jneħħi d-dnub tad-dinja.” Tiekol Laħmu u tixrob Demmu kien ifisser li taċċetta l-umanità tiegħu, l-inkarnazzjoni, li “l-Iben ta’ Alla sar laħam u għammar fostna,” 1:14. Kontra l-ħsieb tad-Doċetisti. Dan ma jfissirx biss li temmen fih, imma jfisser ukoll li tgħix bih u tinbidel fih. Min jiekol minn dak il-ħobż, qed jgħidilna Ġesù, jgħix 17


għal dejjem għax minni jkun qed jieħu l-ħajja divina, għax jien ninsab għand il-Missier. Fil-ħajja tal-ewwel knisja, l-Ewkaristija kienet esperjenza qawwija. Imma bħal kull ħaġa oħra, ilkomunità ta’ dawk li jemmnu żviluppat fl-għarfien tagħha maż-żmien. Kien hemm ħafna modi differenti kif l-Insara tal-ewwel żminijiet tal-knisja kienu jifhmu s-sagramenti tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija. Dwar il-magħmudija, biżżejjed ngħidu, li meta Pawlu wasal f’Efesu minn Korintu, iltaqa’ ma’ komunità ta’ dixxipli li kienu rċevew il-magħmudija ta’ Ġwanni biss. Ma kienu qatt semgħu li hemm l-Ispirtu s-Santu, Att 19:1-7. Il-lingwaġġ teoloġiku, u aktar filosofiku, li l-Knisja żviluppat fi tradizzjoni ta’ ħafna snin, bil-Konċilju u bis-Sinodi, ma kienx il-lingwaġġ talewwel Insara. Apparti Pawlu, il-lingwaġġ tagħhom kien wieħed sempliċi mill-poplu għall-poplu. Il-lingwaġġ bibliku tal-Ewkaristija jitkellem millikla tal-Ħaruf tal-Għid tagħna. Fiha aħna l-Insara niċċelebraw l-Eżodu l-ġdid, il-Passover, il-qabża mill-mewt tad-dinja għall-Ħajja ta’ Ġesù; mid-dnub tagħna għall-grazzja tiegħu, minn din id-dinja għal għand il-Missier ta’ Ġesù; minn din il-ħajja fiż-żmien għall-ħajja ta’ dejjem. Għal Ġwanni, l-Ewkaristija hija Ikel tassew. Dan it-twemmin jorbot mat-teoloġija sagramentali li jagħtina b’mod esklussiv dan il18


vanġelu. Il-ħsieb ta’ Ġwanni dwar il-ħajja sagramentali hija sempliċi ħafna. Tant sempliċi li kultant aħna nwarrbuha mingħajr ma nagħtu vera kasha. X’inhu dak li Ġesù niżel biex jagħtina? Ma nistgħu nsibu l-ebda kelma aħjar minn ‘ħajja.’ Ilkoll nafu x’inhi l-ħajja. Aħna nieħdu l-ħajja tagħna mingħand ilġenituri tagħna. Ġwanni qiegħed ifehemna li dan hu dak li Ġesù għamel għalina. Tana l-ħajja ta’ Alla. Ġesù li kien mal-Missier u jgħix l-istess ħajja ta’ Alla, niżel jgħammar fostna u hekk tana din l-istess ħajja ta’ Alla. Aħna l-Insara nistqarru, li ħadd aktar ma jista’ jagħtina dak li tana Ġesù, għax hu biss kien mal-Missier. Lil Nikodemu Ġesù jgħidlu li 3:6dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu Spirtu. Ġenituri umani jwelldu tfal fil-ħajja tal-ġisem imma l-Ispirtu jwellidna bħala wlied il-Missier filħajja tal-Ispirtu. Alla wellidna bħala wliedu u aħna ngħixu l-ħajja divina tiegħu. Issa hija ovvja li din ilħajja għandna bżonn immantnuha. Daqshekk hija sempliċi għal Ġwanni. 57Bħalma bagħatni Missieri, li hu ħaj, u jien ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. 58Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; mhuwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U hawnhekk għandna t-tweġiba tal-mistoqsija 19


li għamilna fl-aħħar tal-kapitlu ta’ qabel dan. Din hija r-raġuni li għaliha aħna ma niċċelebrawx il-memorja tal-Ewkaristija darba fis-sena imma nirċevuha ta’ spiss. L-Ewkaristija mhix sempliċiment il-kommemorazzjoni tas-salib li aħna niċċelebraw darba fis-sena fil-Ġimgħa l-Kbira. Imma hija fuq kollox l-ikel li bih Alla jmantni lilna wliedu. L-Ewkaristija hija l-ikel li bih Alla l-Missier ikabbarna fil-ħajja li welledna fiha bħala wliedu. Ġesù jitkellem ċar ħafna, 58Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix biha. Nerġa’ nirrepeti għax importanti li nifhmu din il-Katina tal-Ħajja Eterna minn fejn ġejja u fejn se toħodna: il-Missier huwa ħaj għax għandu l-ħajja minnu nnifsu, Ġesù huwa iben il-Missier u għalhekk bħala iben għandu l-ħajja mingħand Missieru. Meta ħa l-laħam u għammar fostna, lilna tana l-ħajja tal-Missier. Min jiekol lilu għandu l-ħajja mill-Iben. Kull min jiekol laħmu għandu l-ħajja vera u eterna bis-saħħa tal-ħajja li għandu Hu glorjuż mal-Missier. Allura l-katina tkompli, li min jiekol il-ħobż li huwa Hu, jgħix għal dejjem għax dan il-ħobż ġej mis-sema. Danhuwat-tagħlim ta’ Ġwanni dwar l-Ewkaristija. Tagħlim li jagħtuhulna fil-qalba tal-ministeru ta’ Ġesù fir-raba’ sinjal tal-multiplikazzjoni tal-ħobż. 20


Din il-komunità li minnha ħareġ il-vanġelu fehmet, li l-Ewkaristija mhix sempliċiment xi rit li Ġesù ordna li ssir fl-aħħar tal-ministeru u ħajja pubblika tiegħu. Ġwanni jurina li l-ħsieb tal-Imgħallem kien li ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tkompli b’mod sagramentali, l-attività li tagħti l-ħajja divina, li l-Mulej Ġesù kien jagħti ġurnata b’ġurnata fil-ħajja ministerjali tiegħu meta kien jgħammar fostna. Dak huwa s-sagrament. Il-kontinwità tal-ministeru ta’ Ġesù fil-ministeru tal-knisja. Dak Ġesù li tema’ lin-nies fil-Palestina għadu jkompli jitma’ lin-nies illum fil-knisja tiegħu. L-istess bħalma dak Ġesù li ta ilma ħaj lill-mara Samaritana għadu jagħti l-istess ħajja lil dawk kollha li huma mgħammdin fl-Ispirtu. Dak Ġesù li ta d-dawl lill-għama jkompli jdawwal lill-poplu tiegħu llum speċjalment bilKelma tiegħu. Hija kontinwità. Mhux kwistjoni li Ġesù waqqaf xi ħaġa biex aħna nkomplu. Imma hija kontinwazzjoni, għax Ġesù għadu preżenti fil-komunità Nisranija. Dak li nagħmlu nagħmluh flimkien miegħu. Fi Knisja waħda li tagħha huwa l-ġebla tax-xewka. Fi Knisja waħda li hi l-Ġisem tiegħu. Dak li nagħmlu b’mod sagramentali huwa sinjal li fih l-istess grazzja u qawwa li kellu meta kien jagħmlu Hu. Sinjal li jwassal għall-istess qdusija li kienet twassal il-ħidma tal-Mulej innifsu 21


meta kien jgħammar fostna. Mhux dak hu li nifhmu meta ngħidu li s-sagrament huwa sinjal li jagħti l-ħajja, dik l-istess ħajja divina li kien jagħtina Ġesù meta kien jgħammar magħna. Din hija viżjoni ta’ knisja li titlob kuraġġ. Hija ekklesjoloġija li tisfidana. Viżjoni ta’ Knisja li hija l-kontinwazzjoni tal-preżenza ta’ Kristu l-‘Jien Hu’; li għadu personalment illum janima l-ħajja u kull attività tad-dixxipli tiegħu. Aħna l-friegħi li qed jagħmlu l-frott għax imwaħħla mad-Dielja. Il-Friegħi li qed nieħdu l-ħajja mid-Dielja. L-imaġni ta’ Knisja għal Ġwanni hija differenti minn dik Pawlina tal-‘Ġisem ta’ Kristu.’ Pawlu jagħtina l-imaġni ta’ Knisja bħala l-Ġisem ta’ Kristu, biex iwieġeb għall-argumenti li kienu jeżistu fi żmienu filkomunitajiet ta’ Korintin. Xi wħud kienu appostli, oħrajn għalliema, oħrajn ifejqu, oħrajn jitkellmu bl-ilsna, oħrajn profeti, oħrajn amministraturi. Min hu ħaġa u min hu ħaġ’oħra. Min jixtieq ikun ħaġa u min jixtieq ikun ħaġa oħra. Kien f’dan il-kuntest li Pawlu jitkellem mill-knisja fl-anoloġija tal-Ġisem ta’ Kristu. Ried jgħallem li kif ilġisem għandu bżonn id-diversità tal-membri, hekk ukoll il-knisja għandha bżonn id-diversità ta’ doni u ministeri. Il-Ġisem għandu ħafna membri. Imma l-ġisem huwa wieħed. Kull membru jrid jaħdem għall-ġid tal-ġisem sħiħ. Il-Knisja hija Unità fid-diversità. Hekk biss tista’ l-Knisja mhux tkun biss istituzzjoni imma l-Ġisem ta’ 22


Kristu ħaj fid-dinja. 13:35Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom 17:22b biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: 23jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. Imma Ġwanni ma jidħolx f’din il-viżjoni ta’ Knisja u f’din il-kontraversja ta’ ministeri. Għal Ġwanni, fil-Knisja hemm kategorija waħda: Żokk u Friegħi. Mgħallem u dixxiplu. Minn jagħti l-ħajja u min jirċievi l-ħajja biex isir għajn tagħha. Ġwanni ma jiddiskutix ministeri u pożizzjonijiet fil-knisja. Ħaġa waħda biss hija indispensabbli; li inti qed tieħu l-ħajja minn Kristu. Jekk inti m’għandekx ilħajja tiegħu, hi x’inhi l-pożizzjoni u l-ministeru li tokkupa, inti ma tistax tagħmel frott. Fil-viżjoni tad-Dixxiplu l-Maħbub, l-aktar ħaġa importanti fil-Knisja, hija li tkun Dixxiplu. Li tkun qed tieħu ħajja minn Kristu. Li tkun xhieda li twassal lilloħrajn għand Ġesù biex ikunu jistgħu jemmnu fih. Din hija xi ħaġa li għandu jkun kull mara u kull raġel li jemmnu f’Ġesù; li jħarsu l-kmandamenti tiegħu; li ġew imnissla minnu bħala wlied Alla u li huma mitmugħa bil-Kelma u bl-Ewkaristija. L-Ewkaristija hija l-ħobża waħda għax hija Kristu wieħed. Hija s-sagrament tal-għaqda Nisranija. Hi dik li tagħmel u turina komunità 23


waħda magħquda fi Kristu. Importanti li fiċċelebrazzjoni tal-Ewkaristija jarawna flimkien ħalli jkunu jistgħu jemmnu. L-Ewkaristija hija dik li suppost tghaqqadna flimkien bħal aħwa fil-ġisem ta’ Kristu, bħala friegħi f’dielja waħda. Dan huwa l-ideal tagħna lkoll. Imma meta naħseb dwar dan, ninduna li m’hawn xejn li tant jifridna u jġellidna bejnietna daqs l-Ewkaristija. Nillatikaw bejnietna jekk hux bil-Latin, lingwa li ma juża ħadd, jew hux bil-vernikular; kif nagħtu l-Ewkaristija lil dawk li jridu jirċevuha, hux għarkupptejna, f’idejna jew fuq ilsienna; minn jista’ jqassam l-Ewkaristija, x’tip ta’ lbies se nilbsu; x’kant huwa tajjeb jew le; meta se npoġġu u meta se noqgħdu. Minbarra dawn it-tenzjonijiet bejnietna l-Kattoliċi, hemm ukoll il-firda bejn iddominazzjonijiet Insara l-oħra. Dwar l-Ewkaristija, hemm firda fil-Poplu ta’ Alla inġenerali. Prova ta’ dan huwa l-fatt li aħna ma nistgħux niċċelebraw u nirċievu l-Ewkaristija flimkien bħala Nsara. Anki xi komunitajiet Protestanti bejniethom ma jaċċettawx li jirċievu l-Ewkaristija flimkien. L-Ewkaristija, li hija s-sagrament tal-għaqda, firditna kemm psikoloġikament u kemm ekumenikament. Ma nissugrax ngħid li dan il-kapitlu ta’ Ġwanni li tkellimna dwaru jagħtina s-soluzzjoni għall- problemi 24


kollha li jifirduna. Imma nissogra ngħid li dan ilkapitlu jista’ jgħinna nibdew insolvu l-bażi prattika kif aħna l-Kattoliċi u ħutna l-Protestanti, u anki ħutna l-Protestanti bejniethom, dejjem ħarisna lejn l-Ewkaristija. Dan il-kapitlu jista’ jgħinna nagħmlu l-mistoqsijiet u anki jagħtina t-tweġibiet. Imma dan jistgħu jagħmluh dawk biss li mhux bħall-Fariżej jaħsbu li jafu kollox. Imma dawk li huma mill-verità għax dawk biss jistgħu jisimgħu kliemu. Nagħmlu kuraġġ. Ma naqtgħux qalbna. Din kienet is-sitwazzjoni tal-knisja anki fi żmien ir-raba’ vanġelu. 59 Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga f’Kafarnahum. 60 Ħafna mid-dixxipli tiegħu meta semgħu dan id-diskors qalu, ‘iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu? Erġajna biddilna l-udjenza. L-ewwel kien qiegħed ikellem il-folla. Imbagħad bdew igergru l-Lhud. Imma issa dawk li qed igergru mhumiex la l-folla u lanqas il-Lhud, imma d-dixxipli. Jidher li s-sinagoga spiċċat tissimbolizza l-post tal-laqgħa tal-aħwa. Dawk li twieldu mill-ġdid mill-Ispirtu u għalhekk jistgħu jaraw u jagħrfu dak li Ġesù qiegħed jgħid. Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna t-tliet kategoriji ta’ nies li Ġwanni jippreżentalna bħala l-udjenza ta’ Ġesù f’dan il-kapitlu. Fl-ewwel parti tad-diskors, Ġesù kien qed jitkellem man-nies, 25innaħa l-oħra tal-baħar. Ma dawk li kienu jfittxu sinjali 25


biex isibu lil xi politiku jmexxi l-ħajja tagħhom fuq din l-art. Lil dawk li meta raw is-sinjal tal-ħobż ma kienx jinteressahom jagħrfu li Ġesù huwa l-ħobż ħaj li niżel mis-sema imma marru jiġru fuqu biex, bħax-xitan fit-tielet tentazzjoni, jipproponulu li jsir sultan. Fit-tieni parti kien qed jitkellem fis-sinagoga 41 mal-Lhud. Dawk li ġew f’daru u ma laqgħuhx. Dawk li baqgħu mwaħħlin jaħsbu li kien Mosè li tahom jieklu ħobż mis-sema. Għalhekk ma setgħux jifhmu li huwa l-Missier li jagħtina l-ħobż ħaj li niżel mis-sema. U dan, fl-Iben il-waħdieni li huwa bagħat. Issa għandna t-tielet parti. Qed jitkellem mad-dixxipli. Qed jitkellem magħna, li lqajnieh, li nemmnu fih u tana l-grazzja li nsiru wlied Alla. Dan id-diskors huwa indirizzat lilna, il-komunità li nemmnu f’ismu. Fi żmien Ġwanni, il-qasma missinagoga kienet diġà saret. Dawk li telquh meta ħarġu mis-sinagoga, kienu dawk li kienu diġà telqu l-Ġudaiżmu biex jingħaqdu mal-komunità tal-aħwa. Kienu dawk il-Lhud li ma għamlux biss id-deċiżjoni li 17:3a jagħrfu lil Alla bħala Alla wieħed u veru, imma ma’ din l-istqarrija tal-fidi bħala Lhud, żiedu wkoll l-istqarrija bħala Nsara, 17:3bu lil Ġesù Kristu li huwa bagħat. Dawk li għax saru nbid ġdid kienu kapaċi jagħrfu fis-sinjal tal-ħobż, mhux x’kapaċi jagħmel Ġesù bħalma rridu juruna s-Sinottiċi, imma kienu kapaċi jagħrfu min Hu 26


Ġesù bħalma jrid jurina Ġwanni. 61 Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qed igergru fuq hekk, u qalilhom, ‘dan il-kliem qed ifixkilkom?’ Ġesù jintebaħ waħdu. Ma għandu bżonn lil ħadd li jurih. Hu l-mibgħut tal-Missier li kien mal-Missier. Ġwanni qed jitkellem dwar il-komunità tiegħu u qed jippreżenta lil Ġesù jindirizza dan il-kliem lill-komunitajiet Insara kollha ta’ żmien l-evanġelista. Imma mhux biss. Ġwanni qed jippreżenta lil Ġesù jgħid dan id-diskors lilna lkoll li qed nisimgħuh. Lilna l-komunitajiet Insara ta’ żmienna, biex nikkonfermaw u naċċettaw dan it-tagħlim Ewkaristiku. Il-Vanġelu ta’ Ġwanni huwa l-aktar vanġelu li nkiteb mhux biss għall-komunità li minnha ħareġ, 17:20bimma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom. Tkellimna minn komunitajiet Insara fi żmien l-evanġelista, li kienu jiċċelebraw il-qsim tal-ħobż bħala tifkira ta’ dak kollu li l-Mulej għamel fil-passat. Bħalma l-Lhud kienu jiċċelebraw l-għotja tal-manna fid-deżert u l-ħruġ mill-jasar tal-Eġittu. Fil-qsim talħobż kienu jiċċelebraw ir-ringrazzjament tagħhom, dak li tfisser il-kelma Ewkaristija, li l-Missier kien tahom lil Ibnu l-Waħdieni mis-sema u għamlu l-Mulej. Imma ma kinux jemmnu li l-qsim tal-ħobż huwa ikel tassew tal-ħajja ta’ dejjem. Għalihom l-Ewkaristija ma 27


kellha xejn x’taqsam mal-ħajja fil-preżent għax kienu jemmnu li hija biss tifkira u memorja. Jidher ċar li dak li qed jiġi diskuss bil-qawwa mill-evanġelista huwa dan l-element li l-Ewkaristija hija veru ikel. Fil-fatt, l-istess problema jitkellem minnha San Injazju fis-sena 110, ftit taż-żmien wara l-kitba tal-vanġelu ta’ San Ġwann. San Injazju, flittra li diġà tkellimna dwarha, jinsisti mal-komunità tiegħu li l-Ewkaristija hija l-veru ikel tal-ħajja ta’ dejjem. Tiekol minn dan il-ħobż kien ifisser li tkun qed tieħu sehem sħiħ mill-misteru tal-inkarnazzjoni. Bl-Ewkaristija d-dixxiplu jkun qed iħalli lil Kristu Ġesù bid-divinità tal-Iben il-waħdieni fil-leminija tal-Missier, jinkarna mill-ġdid fid-dixxiplu, biex ilMulej ikun jista’ jgħix fih u jagħmlu inkarnazzjoni u għotja għall-oħrajn, fil-patt il-ġdid tal-kmandament tal-imħabba tiegħu. Jekk bl-Ewkaristija d-dixxiplu jħalli lil Mulej Ġesù jinkarna fih, allura hu wkoll isir laħam mogħti u demm imxerred għall-oħrajn. Il-ħobż Ewkaristiku qiegħed biex jittiekel u jagħti l-ħajja lil min hu bil-ġuħ. Hekk għamel Ġesù. Fid-divinità tiegħu mal-Missier, sar ħobż li jagħti l-ħajja divina lilna lkoll li ksibna ħajja ġdida fiH. Hekk jistenna Ġesù li jsir kull dixxiplu tiegħu. Quddiem Ġesù rridu niddeċiedu. Ma hemmx triq tan-nofs. Ma ninsewx li l-agħar ħaġa mhux jekk tkun taħraq jew kiesaħ, imma li tkun biered. 28


Lil dawn jobżoqhom il-Mulej, Apok 3. Jekk naċċettawh irridu nsiru bħalu, ħobż li jinqasam u jitqassam. 62 Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-Bniedem tiela’ fejn kien qabel? Ġesù qed jistabbilixxi l-awtorità tiegħu li Hu għandu s-setgħa li jgħallem b’dan ilmod. Din hija awtorità li kienet tiegħu minn qabel ma kien hawn fil-laħam. Imma b’din l-istqarrija Ġesù qed jerġa’ jenfasizza mad-dixxipli li l-laħam li qed jitkellem minnu mhux dak li għandu fid-dinja imma dak li se jkollu la jerġa’ jmur fejn kien qabel, malMissier. Kif il-Missier bagħtu mid-divinità biex jgħix fl-umanità, hekk issa qed jerġa’ jsaħħaħ l-umanità bl-ikel divin. Għalhekk Ġesù jerġa’ jikkonferma li mhux qed jitkellem dwar laħam uman. Lanqas qed jitkellem dwar mantiniment tal-ġisem. Imma qed jitkellem minn ikel divin għal mantiniment talIspirtu. 63Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jien għidtilkom huwa spirtu u ħajja. B’din id-dikjarazzjoni, Ġesù qed jgħin lilludjenza tifhem aħjar dan ‘il-lingwaġġ intollerabbli.’ Ġesù mhu qiegħed joffrilna l-ebda laħam uman kif setgħu fehmu huma. Imma qed joffrilna laħam mibdul mill-Ispirtu Divin. Il-ġisem minnu nnifsu ma jiswa għal xejn imma magħqud man-natura tiegħu ta’ Alla jagħtina l-ħajja tal-Ispirtu. Din hi l-ħajja li Ġesù ġie jgħammar fostna biex jagħtina. Dik il-ħajja 29


dikjarata diġà fil-prologu bħala, 1:13l-ħajja ta’ wlied Alla, dawk li jemmnu f’ismu. Li twieldu mhux middemm, lanqas mill-ġibda tal-bnedmin, imma minn Alla. Bħad-dikjarazzjoni li Ġesù għamel lin-Nikodemu, 3:6 Dak li jitwieled mill-ġisem hu ġisem; u dak li jitwieled mill-Ispirtu hu spirtu. 7La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Aħna wlied Alla tassew. Bħala wlied Alla, il-Missier irid imantnina bl-ikel ta’ wlied. L-ikel tal-ulied li jagħtina l-Missier bħala ħobż mis-sema, huwa lil Ibnu stess. L-ewwel tahulna meta l-Kelma saret il-laħam u għammret fostna u issa qed jagħtuhielna laħmu u demmu filħobż tas-sema mogħti għalina. Dan l-ikel mhux ta’ dawk li jgħixu skont il-ħajja tal-ġisem jew it-toqol tal-liġi. Imma dawk li jgħixu l-ħajja tal-Ispirtu ta’ Alla li huwa mħabba msawwab fi qlubna, cf. Rum 5:5. Huwa dan l-Ispirtu li jagħti l-ħajja veru. Il-ġisem minnu nnifsu ma jiswa għal xejn. U għalhekk aħna rridu nkunu tal-Ispirtu u mhux talġisem. San Pawl juża l-kelma ‘Il-Ġisem,’ fl-istess tifsira li Ġwanni jitkellem ‘mid-Dinja,’ meta jgħidilna li rridu nkunu fid-dinja u mhux tad-dinja, Ġw 17. 64 ’Imma hemm xi wħud fostkom li ma jemmnux’. Għax Ġesù kien jaf mill-bidu min kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu jittradih. Ġwanni jirreferi ħafna drabi fil-vanġelu tiegħu għal Ġuda, 30


bħala dak li kellu jittradih. Fil-vanġelu ta’ Ġwanni, ‘Ġuda’ ma jirreferix biss għall-persuna storika bħala wieħed mit-Tnax. Imma jippreżenta wkoll lil dawk id-dixxipli kollha fil-komunità li ma jħallux lil Ġesù jittrasformahom bl-imħabba tiegħu. Modelli ta’ din it-trasformazzjoni fir-raba’ vanġelu huma ‘l-Mara,’ u ‘d-Dixxiplu l-Maħbub.’ Dawn huma id-dixxipli li għamlu esperjenza ta’ metanoia, bidla ta’ taħt fuq, bidla tal-qalb. Dawn huma d-dixxipli li ġew trasformati mill-imħabba tiegħu; wieqfa taħt is-salib; lesti biex jgħixu l-ħajja tal-Ispirtu fil-ġisem u mhux tal-ġisem fid-dinja; kapaċi jifhmu l-ħajja tagħhom bħala għotja lill-oħrajn. Id-dixxipli li fil-vanġelu ta’ Ġwanni huma bla isem biex kull wieħed u waħda minna jieħu isimhom. Dak li Ġuda jirrapreżenta huma dawk li jpoġġu lill-oħrajn għall-gwadan tagħhom. Ġuda jirrapreżenta lil dawk li flok taw ħajjithom għal ħbiebhom, ittradixxew lil ħbiebhom għall-gwadan tagħhom. Imma b’din l-għażla ta’ ħajja, Ġuda spiċċa mdendel mejjet ma’ siġra qabel ma l-istess ħabib li ttradixxa miet fuq is-siġra tat-tieni Adam. Ġuda u dawk kollha li hu jirrapreżenta filkomunità Nisranija, ikunu qed jagħżlu l-mewt fl-Ispirtu ta’ Kristu anki jekk jibqgħu jgħixu filġisem ta’ Kristu li hi l-Knisja. Anki jekk jibqgħu fil31


klabb. Il-ġisem ma jiswa għal xejn jgħidilna Ġesù. Membru fil-komunità mingħajr Spirtu hija fergħa mingħajr ħajja u għalhekk ma tistax tagħmel frott. Huwa l-Ispirtu li jagħti l-veru ħajja. Jekk il-ħajja taddixxiplu ma tkunx inkarnazzjoni fi Kristu u għotja Ewkaristika, issir mewt. L-għotja sal-mewt hija l-ħajja vera. 1Ġw 3:13ffĠesù Kristu ta ħajtu għalina. Aħna wkoll mela għandna nagħtu ħajjitna għall-aħwa. 65 U ssokta jgħidilhom: ‘kien għalhekk li jiena għedtilkom li ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier ma jagħtihx li jiġi.’ Il-Missier ħalla kollox f’idejn l-Iben, 6:37, u huwa permezz ta’ Ġesù li l-Missier jiġbed lejh lillbnedmin. Lq10:21fInfaħħrek Missier Sid is-sema u l-art għax l-affarijiet kbar tiegħek għarrafthom lil min hu ċkejken u ħbejthom lil min jifhem. Iva Missier għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek. Kollox kien mogħti lili minn Missieri u ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu. 14:6Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Din it-triq hija miftuħa għall-bnedmin kollha. Imma jkun hemm min ma jagħżilx din it-triq għax jippreferi t-triq il-wiesgħa li twassal għat-telfien. Hija x-xewqa tal-Missier li jwasslilna l-verità dwaru nnifsu u l-ħajja tiegħu permezz tal-għotja t’imħabba ta’ Ibnu. Dawk li għażlu t-triq il-wiesgħa fehmuh tajjeb x’ifisser dan il-kliem u ddiskrivewh bħala 66aiebes wisq. 32


Reazzjoni u oppożizzjoni ġejja min-nuqqas ta’ fiduċja fil-persuna u fil-kliem tal-Mulej Ġesù. Ir-rużultat huwa ovvju; 66bu min dak in-nhar bosta mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru warajh. Għażlu triq oħra, mhux dik li jisima’ Kristu Ġesù li twassal għand il-Missier. Ippreferew id-dlam mid-dawl. L-Inkarnazzjoni u l-Ewkaristija jpoġġu għażla quddiem il-bniedem. It-triq hija dejqa u għat-telgħa. Il-loġika hija tas-salib, li persuna tista’ tifhem u tagħraf biss bil-qawwa tat-tieni Difensur, l-Ispirtu tas-Sewwa, Ġw 14. Ma tistax tħobb jekk ma tkunx lest li tbati u tiċħad lilek innifsek. Dak huwa li fehem l-appostlu missierna San Pawl meta qal, naf Kristu wieħed u dan imsallab 1Kor2. Għal dawk li ma għarfuhx u għal dawk li ma laqgħuħx, Gw1, bħal-Lhud u bħaddixxipli li jgħidu, ‘iebes dan il-kliem,’ dan kien ifisser il-waqgħa, it-telfa, il-kriżijiet u l-abbandun. Jidher li diġà fil-komunità ta’ Ġwanni kien hemm Insara li jaħsbu li jistgħu jimxu wara Ġesù, li jkollhom l-Ispirtu u l-ħajja li tkellem minnhom Ġesù, li tħobb u tqim lil Alla, mingħajr ma tinkarna u tagħti lilek innifsek lill-oħrajn. Forsi għalhekk Ġwanni jagħmel enfasi kbira fuq il-ħasil tar-riġlejn fl-aħħar ċena, Ġw 13? Il-Fariżej kienu hekk. Imma dawk, la kellhom spirtu u lanqas ħajja. Min għandu l-ispirtu u l-ħajja jrid ikun differenti. L-ewwel ittra 33


ta’ San Ġwann hija eżortazzjoni għall-membri talkomunità li huma nieqsa mill-ispirtu u l-ħajja. Tajjeb li din l-ittra tinqara wara dan il-kapitlu. Pietru u t-Tnax, l-uniku darba msemmija filvanġelu ta’ Ġwanni, baqgħu ma’ Ġesù. Pietru u t-Tnax kienu dawk li mhux biss ma marrux minn ma’ Ġesù, imma għall-mistoqsija b’qalb magħfusa ta’ Ġesù jekk 67tridux titilqu intom ukoll, Pietru jitkellem fil-plural f’isem l-oħrajn u jiddikjara, 68Mulej għand min tridna mmorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Pietru għal darba oħra bil-qtugħ il-qalb daqs l-oħrajn, jerġa’ jħalli l-Ispirtu u mhux il-ġisem, jitkellem bih. Kif fis-Sinottiċi, immexxi mill-Ispirtu, jistqarr lil Ġesù bħala l-Messija, Mk 8, Lq 9, Mt 16, f’din l-okkażjoni jerġa’ jistqarr lil Ġesù bħala dak li tassew Hu, dak li għandu l-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Huwa dan l-Ispirtu li jrid jimla lin-Nisrani biex ikun kapaċi jagħmel din l-istqarrija u jiddeċiedi li jmur ma’ Ġesù. Iva l-evanġelista qed jiddikjara li Pietru u t-Tnax, kienu man-naħa ta’ dawk li filkomunità, kienu jemmnu li fil-qsim tal-ħobż aħna mhux biss qed niċċelebraw tifkira ta’ dak li għamel il-Mulej u antiċipazzjoni ta’ dak li se nkunu fissema. Imma fl-Ewkaristija aħna qegħdin ukoll nieklu laħmu u nixorbu demmu bħala ikel u xorb tassew li jsaħħaħna fil-mixja spiritwali tagħna bil34


fidi u t-tama li se nistennewh jiġi fil-glorja. 69 U aħna emminna u għarafna li inti l-qaddis ta’ Alla. Aħna wkoll ħassejna li dan il-kliem huwa kliem iebes. Imma aħna nemmnu fik. Aħna għarafna li inti l-qaddis ta’ Alla. Allura nemmnu kull ħaġa li inti tgħid anki dik li ma nifhmux. Allura fhimna li l-laħam li inti qiegħed titkellem minnu mhux l-laħam ta’ din id-dinja imma lilek innifsek meta se tkun għand ilMissier. Anki l-espressjoni. ‘Il-Qaddis ta’ Alla,’ hija titlu ta’ wara l-qawmien. Titlu li jfakkarna fit-tieni salm 2:2,7. Salm messjaniku li jitkellem minn messija sultan li huwa fl-istess ħin l-Iben ta’ Alla. Tistqarr lil Ġesù bħala l-Qaddis ta’ Alla jfisser li Temmen li s-salvazzjoni hija biss fih u f’ismu. Tfisser li Tagħraf lil Ġesù bħala l-unika triq vera li twassal għall-ħajja, Ġw 14. Nirrepeti li din hija stqarrija ta’ Pietru analoga mas-Sinottiċi meta stqarru bħala l-Messija l-Iben ta’ Alla l-Ħaj. Qed ngħid analoga għax dan l-istqarrija tal-komunità fil-vanġelu ta’ Ġwanni hija l-aktar waħda żviluppata meta tingħad minn Marta qabel l-aħħar sinjal tal-qawmien ta’ ħuha; 11:27Inti l-messija, l-iben ta’ Alla l-ħaj, dak li ġie fid-dinja. Temmen u tagħraf lilu, ifisser li tqiegħed ilfiduċja tiegħek kollha fih. Tfisser li timxi warajh għax Hu t-triq, il-verità u l-ħajja. Tfisser li bħala 35


dixxiplu jkollok xewqa kbira li ssir bħall-Imgħallem. Tfisser li tgħix il-kmandament il-ġdid tal-imħabba biex ikun Hu li jgħix fik. Tfisser li għalik l-imħabba tkun bla aġenda. Tħobb għax Alla huwa mħabba. Tħobb bħal Missierek tas-sema u mhux issellem lil min isellimlek. Tħobb dejjem, lil kulħadd u f’kull sitwazzjoni. Din hija l-għażla li kull dixxiplu jrid jagħmel fil-ħajja tiegħu ta’ Nisrani. Ġesù għax għammar fostna wera min hu l-Missier b’dak kollu li għamel u qal. Jiena qed nuri lil Ġesù b’dak kollu li ngħid u nagħmel? Nitkellem bis-setgħa għax kliemi u għemili huma l-istess? Jew nitkellem bħall-Fariżej. Ninnutaw ukoll li b’din l-istqarrija ta’ Pietru, l-evanġelista San Ġwann ikun qiegħed isegwi s-sekwenza tas-Sinottiċi – it-tkattir tal-ħobż – ittempesta – l-istqarrija ta’ Pietru. Wara din is-segwenza, fis-Sinottiċi nsibu r-rakkont tat-trasfigurazzjoni li fih Pietru ried jibni t-tined. Fi Ġwanni ma nsibux ir-rakkont tat-trasfigurazzjoni, għax il-vanġelu ta’ Ġwanni huwa kollu kemm hu rakkont sħiħ ta’ trasfigurazzjoni. Imma wara – tkattir tal-ħobż tempesta – stqarrija ta’ Pietru, insibu ssegwi l-festa tat-tabernakli li fiha l-Lhud kienu jgħixu fit-tined. Jidher ċar li dan ir-rakkont sħiħ kien tradizzjoni ħajja b’mod universali fl-ewwel komunitajiet Insara. Tradizzjoni ħajja f’kull komunità Nisranija li minnha 36


xorbu l-evanġelisti kollha. Interessanti li fil-ħeġġa tiegħu għall-Mulej Ġesù, l-evanġelista dejjem jorbot lil dawk li jiċħdu dan it-tagħlim tal-imgħallem mat-tradiment ta’ Ġuda. Tant hu hekk li għat-tieni darba fi ftit versi jerġa’ jirreferi għal Ġuda. 70Mhux jien kont li għażilt lilkom it-tnax? U madankollu wieħed minnkom huwa xitan. 71 Kien qiegħed jgħid għal Ġuda ta’ Xmun l-iskarjota, għax kien hu li kellu jittradih, hu, wieħed mit-Tnax. Referenza oħra għat-tradiment ta’ Ġuda biex Ġwanni jerġa’ jinsisti li bħalu jkun qed jagħmel min iddiskriva bħala iebes wisq, u telaq il-komunità, dan iddiskors dwar l-Ewkaristija bħala ikel u xorb tassew. Min ma jemminx dan id-diskors ta’ Ġesù dwar l-Ewkaristija, jkun qed jgħix l-istess xorti ta’ Ġuda. Anki jekk filklabb, bħalma kien Ġuda wieħed mit-Tnax magħżul personalment minn Ġesù, ikun dixxiplu tat-tradiment u mhux tal-imħabba. Għall-evanġelista mhux billi tgħid li qiegħed mat-Tnax. Mhux billi tkun dixxiplu. Tkun mat-Tnax u dixxiplu jekk temmen dak li kienu jemmnu huma u tixhed għalih. Tista’ tkun wieħed minnhom imma fl-Ispirtu ma tkunx magħhom. Il-fidi tagħna trid tkun mibnija fuq il-fidi tal-appostli. Wieħed jifhem l-oġġezzjoni tal-Lhud u talewwel Insara li ħafna minnhom kienu ta’ kultura u reliġjon Lhudija. Għalihom kien diffiċli ħafna li 37


jaċċettaw li kienu qed jieklu laħam xi ħadd u jixorbu demmu, speċjalment meta kellhom daqshekk rispett lejn id-demm li għalihom kien l-istess ħajja. Bilfors li kellu jkun hemm diskussjoni flewwel komunità dwar il-preżenza reali ta’ Ġesù flEwkaristija u perkonsegwenza fl-Ewkaristija bħala ikel veru. Bilfors ried jgħaddi ż-żmien biex din ilħaġa tinftiehem anki mill-Insara. Għalhekk għidt qabel, li l-oġġezzjoni tad-dixxipli ta’ vers 66, kienet l-oġġezzjoni li kienu qed isibu xi komunitajiet meta nkiteb il-vanġelu. Ġwanni jinsisti daqshekk fuq li laħmu huwa ikel tassew u demmu huwa xorb tassew biex iwieġeb b’mod l-aktar ċar din l-oġġezzjoni min-naħa tal-Insara stess. Nemmen li llum, huwa importanti ħafna li l-komunitajiet Insara kollha ninfetħu aktar għattagħlim sħiħ tal-Kelma ta’ Alla. Importanti li lkoll kemm aħna ma naqrawx il-Kelma biex napprovaw dak li dejjem għidna u emminna. Imma bi Spirtu ġdid għal verità sħiħa, li żgur ħadd għadu ma kiseb, irridu nagħmlu l-kuraġġ u nistudjaw il-Kelma ta’ Alla biex minnha nieħdu dak il-messaġġ li l-Missier irid jagħtina għas-salvazzjoni tagħna. Huwa f’dan l-ispirtu li se nikteb il-kapitlu li jmiss dwar il-fidi flEwkaristija wara r-Riforma Protestanta.

38


Kapitlu 5

L-Esperjenzi Ewkaristiċi wara r-Riforma Protestanta Wara r-riforma Protestanta fis-sittax-il seklu, f’ħafna komunitajiet Protestanti, iċ-ċelebrazzjoni u l-ikla tal-Ewkaristija bdiet issir dejjem anqas frekwenti. Il-lingwaġġ li żviluppaw ir-riformisti rigward l-ikla tal-Mulej, tbiegħed ħafna minn dan it-tagħlim li tana l-evanġelista ta’ San Ġwann. Il-ħsieb tarriformisti weħel mal-element passat. Weħel ma’ dak li ġara waqt l-ikla tal-Mulej fl-aħħar ċena. Allura din iċ-ċelebrazzjoni tilfet kull aspett ta’ ikel. Bdiet tiġi ċċelebrata biss darba fis-sena bħala tifkira ta’ dak li għamel il-Mulej fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Hawnhekk tajjeb ngħidu, li dan ma kienx il-ħsieb la ta’ Luteru u lanqas ta’ Kalvinu. Dawn il-mexxejja tar-riforma kienu jafu l-iskrittura tajjeb. Kienu jafu li fl-ewwel komunitajiet Insara, l-Ewkaristija kienet prattika frekwenti. Dawn ir-riformisti dejjem fehmu li l-Ewkaristija għandha l-element ta’ ikel u għalhekk huma kienu verament interessati fl-ikla 39


tal-Ewkaristija b’mod frekwenti. Allura x’ġara fil-komunitajiet Protestanti? Jekk l-enfasi mar fuq l-element passat ta’ tifkira, fil-ħajja ta’ dawn il-komunitajiet, l-Ewkaristija bdiet tiġi ċċelebrata dejjem anqas frekwenti. L-enfasi kienet li ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika hija memorja u tifkira tal-aħħar ikla tal-Mulej. Liema ikla tal-Mulej maddixxipli kienet fiha nnifisha tifkira tal-ikla li għamel Mosè u l-poplu Lhudi qabel il-ħruġ tagħhom millEġittu. Għal dawn il-komunitajiet, iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika saret biss tifkira ta’ dak li ġie ċċelebrat f’dawn l-okkażjonijiet ta’ Mosè fl-Eġittu u tal-Mulej fil-lejl qabel ma bata’. Ħadet is-sens ta’ xi birthday party jew anniversarju darba fis-sena. It-tradizzjoni ta’ dawn il-komunitajiet kienet li l-Ewkaristija għandha tiġi ċċelebrata darba fis-sena, fil-jum taċ-ċelebrazzjoni tal-aħħar ikla tal-Mulej fil-Ġimgħa Mqaddsa. Mal-medda tas-snin kien hemm komunitajiet fost dawn l-istess komunitajiet, li bdew jiċċelebraw l-Ewkaristija erba’ darbiet fissena u oħrajn anki darba fix-xahar. Wieħed ma jistax jgħid li dan l-iżvilupp kellu bażi teoloġika jew biblika. Imma r-raġuni ta’ din l-iżvilupp, kienet probabbilment ir-reazzjoni instintiva min-naħa tar-riformisti, għall-importanza kbira li l-Kattoliċi nagħtu lill-Ewkaristija bħala ċ-ċentru tal-fidi tagħna. 40


Luteru, Kalvinu u riformisti oħrajn, bir-raġun kollu, kienu konxji li l-poplu ta’ Alla ma kienx qiegħed jiġi mitmugħ biżżejjed bil-kelma ta’ Alla. Il-poplu kien tħalla ’l bogħod mill-kelma ta’ Alla. Ftit nies kienu jaqraw u jafu l-Kelma ta’ Alla. Dawn ir-riformisti kienu espremew l-inkwiet u l-preokkupazzjoni tagħhom dwar l-abbużi kbar li kienu preżenti fil-knisja, fosthom dawk marbutin mal-quddies u t-tqarbin; l-injuranza kbira fost ilkleru; il-materjaliżmu tal-mexxejja tal-Knisja; Isqfijiet li ma jmorru qatt fid-djoċesijiet tagħhom; l-għotja tal-indulġenzi biex isiru l-opri materjali bħal bini tal-knejjes; ħafna devozzjonijiet popolari li ma kinux jagħmlu sens fid-dawl tat-tagħlim tal-Kelma ta’ Alla; ħafna qassisin li kienu jqaddsu ħafna quddies għallelemożina, iġifieri l-offerta tal-flus li jingħataw għallquddiesa. Bir-raġun kollu, ir-riformisti kienu jsostnu li l-kawża ta’ dawn l-abbużi kollha, kienet l-injuranza kbira tal-kelma ta’ Alla. Injuranza prinċipalment fost l-istess rgħajja li suppost qegħdin hemm biex imexxu u jgħallmu. Bħala konsegwenza din l-injuranza nxterdet fost il-poplu ta’ Alla inġenerali. Dawn l-abbużi ma kinux jinkwitaw biss lil Luteru u sħabu imma kienu jinkwitaw ukoll lil ħafna Nsara oħra fil-knisja li kienu ġenwini u fidili lejn il-kelma ta’ Alla u l-fidi tagħhom. Fil-fatt nafu storikament, 41


li qabel Trentu, il-konċilju li rribatta t-tagħlim ta’ Luteru u riformisti oħra, kien sar konċilju ieħor. Kien il-Konċilju ta’ Kostanzju, li sar fis-sena 1410. Konċilju li kien sar qabel ma Luteru waħħal malbieb tal-Katidral id-disgħa u disgħin artiklu tarriforma li skont hu kien hemm bżonn issir fil-knisja. Dan il-Konċilju ta’ Kostanzju kien għaraf ilbżonn li l-knisja tagħmel ħafna minn dawk irriformi li kienu qegħdin jitolbu Luteru u r-riformisti l-oħra. Il-Konċilju ta’ Kostanzju kien tkellem iebes ħafna fost l-oħrajn, kontra l-abbuż ta’ ħafna isqfijiet, speċjalment ta’ dawk li kellhom mhux djoċesi waħda imma ħafna djoċesijiet, li lanqas biss kienu jżuruhom. Dan il-Konċilju kien tkellem ċar ħafna ukoll, dwar l-abbuż ta’ ħafna saċerdoti li kienu jqaddsu ħafna quddies għall-mejtin, ovvjament mhux motivati mill-fidi imma mill-flus. Il-Konċilju insista ħafna ukoll li għandha tingħata edukazzjoni edikwata għall-kanditati għas-saċerdozju qabel ma dawn jiġu ordnati. Riforma li daħlet wara l-konċilju ta’ Trentu li kien ordna it-twaqqif tas-seminarji bħala preparazzjoni għas-seminaristi. Imma l-Knisja kellha ħafna rgħajja mikrija. Dawn ir-rgħajja l-mikrija, li kienu jinqdew bil-merħla u mhux jaqdu lill-merħla, li kienu jisservew bil-poplu u mhux iservu lill-poplu, irnexxielhom jimblokkaw it42


tagħlim u l-istruzzjonijiet ta’ dan il-konċilju. Kellhom x’jitilfu. Kienu tad-dinja. Probabbilment, kieku dan il-Konċilju ta’ Kostanzju ngħata l-importanza tiegħu u l-knisja segwiet il-proposti tiegħu, illum ma għandniex din il-firda kbira bejnietna l-Insara konsegwenza tar-riforma Protestanta. Ara x’responsabbiltà għandhom anki llum, ilħafna ragħajja mikrija li qed jagħmlu l-istess tfixkil. Li qed jagħmlu minn kollox biex jimblokkaw l-Ispirtu ta’ tibdil. L-Ispirtu ta’ dik l-arja friska ta’ aġġornament, li l-Ispirtu talab lill-Knisja biex tagħmel permezz tal-Konċilju Vatikan II. L-aġenda ta’ dan ilKonċilju ma kenitx li l-Knisja tħares lejn id-doveri tad-dinja. Imma li l-Knisja tħares lejha nnifsiha, lejn il-ġewwieni tagħha u tara x’hemm bżonn tibdel fiha nnifisha biex tkun aktar relevanti fid-dinja tal-lum. Hekk biss tista’ l-Knisja taqdi l-missjoni tagħha li tkun Dawl tad-dinja u Melħ tal-art, Mt 5. Għad hawn min jixtieq li dan il-Konċilju Vatikan II qatt ma kien u qatt ma sar. Għad hawn min jiddejjaq jitkellem dwar Ekumeniżmu, għax irid jibqa’ jintrefa’ fuq l-oħrajn; dwar il-Primat talKuxjenza, għax għadu joħlom fis-sottomissjoni; dwar Separazzjoni bejn Stat u Knisja għax għadu joħlom fil-konfessjonaliżmu tal-politika, li jagħmel ħsara kbira kemm lill-knisja u kemm lis-soċjetà; 43


dwar knisja prinċipalment Kariżma mmexxija millIspirtu b’istituzzjoni bħala qaddejja, Kolleġġjalità, u ħafna temi oħra li ma jistgħux jinżlu qatt tajjeb lil min għadu joħlom fl-arroganza tal-poter, filprestiġji, fil-karrieri, fil-gwadan u fl-ilbies sabiħ li Ġesù qalilna li nistgħu narawhom biss fil-palazzi tas-slaten għax dan ma jistax ikun l-ilbies talqaddejja mibgħuta mill-Mulej, Lq 7. Ma nemminx li Luteru u Kalvinu kellhom l-intenzjoni li jaqsmu l-knisja. Dawn kienu nies imweġġgħa mill-iskandli kbar u l-injuranza reliġjuża li kienu qed jaraw fil-knisja li tant kienu jħobbu. Dawn kienu Nsara li jimpurtahom. Kienu huma għall-knisja u mhux il-knisja għalihom. Għalhekk ma setgħux jibqgħu siekta. Qamu. Ikkritikaw. Riedu riforma. Ma setgħux iħallu kollox għaddej u ma jagħmlu xejn. Riedu jagħmlu xi ħaġa. Riedu speċjalment jagħtu l-post li jixirqilhom lill-Kelma ta’ Alla u lis-Sagramenti fil-ħajja tal-poplu ta’ Alla. Bis-sagramenti huma kienu jirreferu prinċipalment għas-sagramenti fundamentali tal-Magħmudija u l-Ewkaristija. Kienu jsostnu li dawn huma ż-żewġ sagramenti li għandhom bażi biblika soda. Sostnew li fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, il-Kelma ta’ Alla għandha tkun imxandra b’mod qawwi ħafna u prominenti. Mhux biss, imma r-riformisti sostnew 44


li l-Kelma ta’ Alla trid tkun l-ikel li l-poplu ta’ Alla għandu jkun mitmugħ ta’ kuljum. Din l-importanza kbira li ngħatat lill-predikazzjoni tal-Kelma għamlet mir-riformisti poplu ta’ Alla mibni fuq l-Bibbja. Saħansitra kienu jemmnu fis-Sola Scriptura, Bibbja waħedha, mingħajr it-tradizzjoni ħajja tal-iżvilupp teoloġiku li kemm seħħ fil-Knisja. Bħala riżultat ta’ din l-insistenza fuq Sola Scriptura, saret mhux distinzjoni imma separazzjoni, bejn il-liturġija tal-Kelma u l-liturġija tal-Ewkaristija. Minħabba dan l-iżvilupp, il-komunitajiet Insara Protestanti mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla ma kinux jiċċelebraw ta’ spiss l-Ewkaristija, meta l-kunċett taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija li żviluppa kien biss ta’ tifkira ta’ dak li seħħ fil-passat. Illum bil-ħidma tal-Ispirtu, huma ħafna l-komunitajiet Protestanti li qed jerġgħu jorbtu flimkien il-Kelma u l-Ewkaristrija. Li qed jiċċelebraw l-Ewkaristija fis-servizz tagħhom ta’ kull ġimgħa wara l-qari tal-Kelma ta’ Alla. Dawn il-komunitajiet Insara fehmu l-bżonn ta’ din ir-rabta bejn il-Kelma u l-Ewkaristija bħalma aħna l-Kattoliċi fhimna l-bżonn tal-Kelma ta’ Alla marbuta mas-sagramenti. Fir-riforma tal-Konċilju Vatikan II, il-Kelma ta’ Alla waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, ma baqgħatx xi ħaġa b’importanza minima ħafna, imma ngħatat 45


l-importanza li jixraqilha. Illum fil-quddiesa, nitkellem mil-liturġija tal-Kelma u mil-liturġija Ewkaristika. Indaqs fl-importanza. Illum l-ambone u l-altar sabu posthom fejn xulxin. Jiddispjaċini li għad għandna saċerdoti u kappillani li dan ma fehmuhx. B’sodisfazzjon kbir ngħid, li aħna l-Kattoliċi u ħafna komunitajiet Protestanti, spiċċajna kważi nagħmlu l-istess ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Dan minkejja li ma naqsmux l-istess twemmin dwar dak li tassew hi l-Ewkaristija. Permezz tal-istudji bibliċi li saru bejn il-Kattoliċi u l-Protestanti, fhimna u ersaqna ħafna lejn xulxin. Ma nistax ma nsemmix b’mod partikulari il-ħidma ta’ tnax-il skular bibliku li ħadmu fil-kummissjoni mwaqqfa fl-elf disa’ mija u tlieta u sebgħin, (1973) bl-isem Lutherans and Catholics in Dialogue. Kienet din il-kummissjoni li pereżempju tatna d-dokumenti: Peter in the New Testment u Mary in the New Testment. Dokumenti li għall-grazzja ta’ Alla ġew stampati wkoll f’kotba b’edituri Raymond E Brown, Karl P. Donfried, Joseph A Fitzmyer u John Reumann. Nemmen li flimkien ma’ rieda tajba u ftuħ għall-Ispirtu ta’ Alla, l-istudju tal-Bibbja flimkien huma l-aqwa mezz li bih nistgħu nibqgħu nersqu lejn xulxin. X’inhi d-diversità prinċipali tal-fidi tatTradizzjonijiet Insara l-kbar fl-Ewkaristija? Nistgħu 46


ngħidu li aħna l-Kattoliċi u l-Ortodossi naqsmu l-istess twemmin tat-Transubstanzazzjoni, iġifieri li 55 ġismi huwa tassew ikel u demmi huwa tassew xorb. Ħutna l-Luterani jemmnu fit-Transfinalizazzjoni, iġifieri li l-Ewkaristija jista’ jkollha l-effett li ried il-Mulej Ġesù, mhux minnha nnifisha, imma kundizzjonat mill-fidi ta’ min jirċeviha. Min-naħa l-oħra ħutna l-Kalvinisti jemmnu fit-Transinifikazzjoni, iġifieri li l-Ewkaristija hija sinjal qawwi tal-imħabba ta’ Ġesù fl-għotja tiegħu nnifsu għalina l-bnedmin. Bħalma pereżempju meta ta’ kull nhar ta’ Tnejn, jiena nuri l-imħabba tiegħi lejn sħabi s-saċerdoti tal-Fawwara meta nippreparalhom ikla tajba. Hekk l-Ewkaristija, jgħidu huma, hija l-akbar sinjal tal-imħabba talMulej Ġesù għax fiha nistgħu nifhmu bl-aħjar mod, l-għotja ta’ mħabba tiegħu għalina. Imma llum it-tradizzjonijiet kollha Nsara qed naħdmu biex nifhmu aħjar 56li min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Il-verità sħiħa, fl-opinjoni tiegħi, tinsab fl-għaqda flimkien ta’ dawn it-tliet perspettivi. Nispjega. Il-vera bidla fis-sustanza tal-ħobż u l-inbid fil-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (transubstanzazzjoni) tista’ tbiddilna fil-Mulej Ġesù jekk ikollna l-vera fidi ħajja f’dak li qed niċċelebraw (transfinalizazzjoni) u jekk nifhmu t-talba li ngħidu qabel nitqarbnu, ‘Mulej ma jistħoqqlix.’ 47


L-Ewkaristija tibdilna dejjem fil-Mulej Ġesù u tgħinna nsiru nixbhu lilu biex bħala konsegwenza aħna nsiru sinjal tal-imħabba tiegħu fid-dinja kif l-Ewkaristija hija l-akbar sinjal tal-imħabba tiegħu (transinifikazzjoni) għalina. Jiena nemmen li dawn it-tliet elementi mhux talli ma jiskludux lil xulxin talli jispjegaw u jissopponu lil xulxin. Fin-nuqqas tal-ikel Ewkaristiku, il-komunitajiet ta’ ħutna l-Insara Protestanti, jitimgħu l-Ikel tasSema lill-poplu ta’ Alla permezz tal-predikazzjoni tal-kelma. Il-Laqgħa mal-Kelma hija l-prattika regulari tagħhom. Il-Kelma hija moqrija, mismugħa u pprietkata. Ħutna l-Protestanti jonoraw ħafna l-Iskrittura Mqaddsa. Il-Predikazzjoni tal-Kelma kien il-mod li bih il-poplu ta’ Alla kien mitmugħ. Wara l-konċilju ta’ Trentu, it-tradizzjoni Kattolika marret fid-direzzjoni opposta. Ma nistgħux ngħidu li aħna sseparajna l-Kelma b’mod totali mill-Ewkaristija. Imma nistgħu ngħidu, li l-Kelma fiċ-ċelebrazzjoni tassagramenti, tilfet l-importanza li dejjem stħoqqilha. Il-firda bejniethom qatt ma kienet fit-teorija u fittagħlim tal-knisja. Imma kienet il-prattika. Fit-tradizzjoni Nisranija Kattolika, l-Ewkaristija kienet frekwenti. Il-possibiltà li wieħed jirċievi l-Ewkaristija saret ta’ kuljum. L-attendenza għaċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika fl-ewwel jum tal48


ġimgħa sar obbligu taħt il-piena ta’ dnub mejjet. Imma dan kollu mingħajr importanza lill-ikel tal-Kelma. Huwa vera li aħna l-Kattoliċi qatt ma ċċelebrajna l-Ewkaristija mingħajr ma qrajna xi silta mill-epistolorja u xi silta mill-vanġelu. Imma l-proklamazzjoni tal-Kelma ma kenitx il-qawwa tagħna. Fil-Katekiżmu konna saħansitra ngħallmu, li jekk persuna titlef il-parti tal-qari tal-quddiesa u l-prietka, imma tkun preżenti għall-konsagrazzjoni, il-quddiesa kienet tgħodd xorta waħda għall-obbligu tal-Ħadd. Ma kienx rari, niftakar anki jien li għad m’għandix karta anzjan minkejja li jekk Alla jrid tista’ tkun għandi sakemm jiġi f’idejkom dan il-ktieb, li waqt il-qari tal-kelma kien ikun hemm is-sagristan joħroġ jgħid ir-rużarju biex hekk nimmeritaw aktar. L-importanti huma l-opri mhux il-fidi. L-importanti li tkun preżenti għall-konsagrazzjoni. Is-smigħ talQuddies, kif għadna nsejħulu sal-lum, kien obbligu ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Imma li tirċievi l-Ewkaristija kien obbligu ta’ darba fis-sena għaż-żmien tal-Għid. Kien hemm żmien ukoll li persuna riedet tibdel il-buluttin waqt li titqarben fi żmien l-Għid ħalli l-kappillan, meta jiġi d-dar għat-tberik, jinduna li inti obbidjenti u hekk ibierek id-dar u l-familja. Dan kien il-mod kif aħna l-Insara Kattoliċi tmajna l-poplu tagħna bl-Ikel tas-Sema. Il-kelma 49


ta’ Alla kienet tinqara bħala kontorn, u mhux parti mill-platt prinċipali. Il-kelma qatt ma kienet parti mill-main course. Il-kappillan waħdu, missaċerdoti kollha fil-parroċċa, kien obbligat jagħmel il-katakeżi l-Ħadd wara nofsinhar. Niftakar linnanna Ġorġina, omm ommi, tgħidli li fix-xhur tas-sajf, minn Ġunju sa Settembru, il-kappillan ma kienx jagħmel katekiżmu minħabba s-sħana. U dan kien iserrħilha rasha għax f’dawk il-ġranet xi żijiet u kuġini kienu jmorru villaġjatura. Aħna qatt ma kellna post villaġjatura għax għall-grazzja ta’ Alla konna foqra fil-flus u sinjuri fil-valuri. Normalment dak li kien jgħid il-kappillan waqt il-Katekiżi, ma kien ikollu xejn x’jaqsam mal-Kelma ta’ Alla li tkun għadha kif inqrat. Il-prietka tal-kappillan kienet aktar tkun lezzjoni tal-katekiżmu fuq id-duttrina tal-Knisja milli omelija dwar il-Kelma ta’ Alla għal ħajjitna. Jiddispjaċini ngħid, li dan għadu jiġri llum f’ħafna omeliji speċjalment tal-funerali, tiġijiet u okkażjonijiet speċjali oħra. Nispiċċaw nipprietkaw xi storja infantili jew xi ċajta li n-nies jidħqu tant ma jkollhiex biex tidħaq. L-ittra pastorali tal-isqof, li jaqtgħu barra l-proklamazzjoni tal-kelma ta’ Alla mill-quddiesa, kienu ħafna aktar frekwenti mil-lum. Dan huwa fil-qosor l-iżvilupp li seħħ rigward l-ikel tal-Ħobż tas-Sema fil-poplu Nisrani inġenerali. 50


Fuq naħa waħda kellek komunità Nisranija tinsisti fuq il-predikazzjoni tal-Kelma għas-spejjeż talEwkaristija bħala ikel. Fuq in-naħa l-oħra, kellek komunità Nisranija oħra tinsisti dwar l-Ewkaristija bħala ikel għas-spejjeż tal-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla. Fil-prattika, il-firda bejn il-Kelma u l-Ewkaristija saret fil-ħajja taż-żewġ komunitajiet Insara kbar. Din il-qasma ma kenitx frott ta’ xi ħsieb teoloġiku. Imma probabbilment kienet ir-reazzjoni instintiva tażżewġ tradizzjonijiet Insara. Għall-importanza kbira li r-riformisti taw lill-Iskrittura u lill-predikazzjoni, allura l-Kattoliċi tajna importanza lill-Ewkaristija. U għall-importanza li l-Kattoliċi taw lill-Ewkaristija, ħutna l-Protestanti taw importanza lill-Kelma. Dan huwa dak li jiġri dejjem fi żmien ta’ diviżjoni u l-firda. Kull naħa kienet tibqa’ lura u titlef ħafna mill-istess tradizzjoni tagħha. U kull naħa tispiċċa tagħmel dan, li ma tmurx tispiċċa tgħin b’xi mod lil tan-naħa l-oħra. Ir-riżultat ta’ din l-attitudni negattiva kienet, li kull naħa dgħajfet lilha nnifisha. Konna kollha telliefa. Imma nemmen li llum hawn impenn sinċier biex nerġgħu niksbu dak li tlifna. Il-Vanġelu ta’ Ġwanni jista’ jgħinna ħafna nagħmlu dan l-impenn biex iż-żewġ tradizzjonijiet Insara niksbu dak li tlifna u nitimgħu l-poplu tagħna b’mod sħiħ, iġifieri filKelma u l-Ewkaristija. 51


Biex ifissrilna s-sinjal tal-multiplikazzjoni talĦobż, dan ir-raba’ vanġelu jitkellem dwar il-Ħobż tas-Sema. Dan ir-rakkont jibda billi l-evanġelista jurina b’mod l-aktar qawwi, l-istint ta’ Ġesù li jrid jitma’ lin-nies, Materjalment u Spiritwalment. Ġwanni jippreżenta lil Ġesù jitma’ lin-nies bi tliet modi li huma t-tlieta importantissmi; bilĦobż materjali, bil-Predikazzjoni u b’Laħmu u b’Demmu. Kienet l-inizjattiva tal-Mulej li jitma’ linnies bil-ħobż materjali. Kien Hu nnifsu li newlu lil dawk li kienu bilqiegħda fuq il-ħaxix. Kienet ukoll ix-xewqa tiegħu li n-nies imorru jfittxuh, mhux għall-ħobż li jgħaddi imma għall-ħobż li jibqa’. Imorru jfittxuh mhux għax ‘kiltu u xbajtu.’ Iridna nfittxuh biex immantnu l-ħajja spiritwali tagħna ta’ wlied, bil-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema li huwa l-istess Mulej Ġesù; il-Kelma li ġie mingħand il-Missier u għammar fostna fil-laħam. Il-Mulej Ġesù li hu Dak li tana l-istess laħmu u demmu bħala ikel u xorb. Ġwanni jinsisti li l-‘Ħobż mis-Sema’ huwa Wieħed. Kull dixxiplu jrid ikun mantnut minn dan il-ħobż wieħed li hu l-Għerf ta’ Alla fil-Kelma u l-ikel ta’ Laħmu u Demmu. Jista’ jkun hemm distinzjoni imma ma jistax ikun hemm separazzjoni u firda. Iż-żewġ tradizzjonijiet Insara għad fadlilna ħafna x’naqdfu biex naslu għal dak li ried iwassalna 52


l-Evanġelista tal-vanġelu tad-Dixxiplu l-Maħbub. Għad fadlilna ħafna talb, rieda tajba u umiltà. B’dawn biss nistgħu niksbu l-Għerf ta’ Alla li jagħrfu lil min hu ċkejken, Lq 10. Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti li ġrat wara l-Konċilju Vatikan II kienet, li l-Kelma u l-Ewkaristija reġgħu ngħataw l-importanza vera tagħhom. Reġgħu tpoġġew fuq l-istess livell. Reġgħu ngħaqdu flimkien. L-Ewkaristija bħala Ħobż u l-Kelma bħala Ikel imorrru flimkien. Naħseb li din ir-riforma tal-Konċilju u l-prattika li ħarġet minnha, l-ewwel nett ipproduċiet fejqan kbir għalina l-Kattoliċi. Naħseb li kienet ta’ għajnuna biex tipproduċi fejqan għaż-żewġ komunitajiet Insara, kemm dik Kattolika u kemm dik Protestanta, billi trassaqna aktar lejn il-verità sħiħa u perkonsegwenza trassaqna aktar lejn xulxin. Il-qabża ’l quddiem li għamilna fix-xandir talKelma fil-Knisja Kattolika ma tantx għandi għalfejn nitkellem dwarha. Hija xi ħaġa li tidher ċara ħafna. Il-post tal-Kelma u l-predikazzjoni tagħha llum, hija ħafna aħjar minn dik ta’ ħamsin sena ilu. Illum lanqas taħseb li jista’ jkollok ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija sura ta’ nies mingħajr prietka tajba. Illum in-nies tfittex quddiesa fejn jisimgħu prietka tajba. Fil-fatt, fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Ħadd, il-poplu ta’ 53


Alla joħroġ diżappuntat ħafna jekk ma jkunx hemm omelija tajba. Jinduna li mar f’restaurant b’ikel ħażin. Illum qed tiżdied dejjem aktar l-abitudni fina l-Kattoliċi, li ma niċċelebraw l-ebda ċelebrazzjoni Ewkaristika, mingħajr ma qabel immantnu l-fidi talpoplu permezz tal-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla. Mill-istudju tal-Bibbja b’qalb miftuħa qed nerġgħu nifhmu, li l-omeilja dwar il-Ħobż tal-Ħajja għad għandha lezzjoni importanti ħafna xi twassal liż-żewġ tradizzjonijiet Insara maqsuma u mifruda. Mhux bilfors issolvi l-problemi kollha li bil-mod ġenjali tagħna dejjem iġġelidna dwarhom rigward l-Ewkaristija. Imma talanqas isservi biex iġġibna lura nifhmu ċ-ċentralità talKelma u l-Ewkaristija u kif dawn flimkien huma l-aħjar ikel li jitma’ u jmantni l-poplu ta’ Alla. Ġwanni tana l-mod kif il-poplu Nisrani għandu jiġi mitmugħ spiritwalment. Urina ċar li dan l-ikel tal-Ħobż tal-Ħajja huwa bżonn għall-poplu ta’ Alla. Li dan l-ikel irid jingħata billi nżommu flimkien ilPredikazzjoni tal-Kelma u l-Ewkaristija bħala Laħam u Demm. Għall-grazzja ta’ Alla, jekk hemm ħafna aktar interess fil-Kelma min-naħa tagħna l-Kattoliċi, hemm ukoll ħafna aktar interess fl-Ewkaristija flInsara Protestanti. F’ħafna komunitajiet Protestanti, l-Ewkaristija qed tiġi ċċelebrata aktar ta’ sikwit. L-Ispirtu Qaddis wassal lil ħafna minn dawn il54


komunitajiet jirrealizzaw dejjem aktar li l-Ewkaristija hija ikel bżonjuż għall-poplu ta’ Alla. Kif aħna l-Kattoliċi ma sirniex Protestanti għax fhimna aħjar il-bżonn tal-predikazzjoni tal-Kelma, hekk ukoll il-Protestanti ma sarux Kattoliċi għax ħafna minnhom qed jiċċelebraw l-Ewkaristija kull nhar ta’ Ħadd. Li ersaqna lejn il-Verità tal-Mulej u perkonsegwenza lejn xulxin, irbaħna lkoll kemm aħna. Għarafna kemm kull wieħed minna kien nieqes mill-verità sħiħa, almenu fil-prattika talħajja Nisranija. Fir-rivelazzjoni tal-Kelma tiegħu, Alla qalilna li dan huwa l-mod kif jixtieq imantni u jkabbar il-Fidi u l-Ħajja fil-poplu tiegħu. F’Lulju 2011, kelli esperjenza sabiħa li nixtieq naqsamha magħkom. Attendejt konferenza internazzjonali bit-tema, ‘L-Insara fl-Art Imqaddsa.’ Din il-konferenza kienet patronizzata mill-Arċisqof ta’ Canterbury, Rowan Williams, flimkien malArċisqof ta’ Westminister, Vincent Nichols. Waqt ilkonferenza, l-affjatament sinċier li kien bejn dawn iż-żewġ kapijiet tal-knejjes Anglikana u Kattolika, kien ta’ eżempju kbir għalina lkoll preżenti. Konna tmenin persuna, kardinali, isqfijiet, saċerdoti, imam, rabbini, politiċi, studjużi, Lhud Insara u Misilmin, nisa u rġiel, kbar u żgħar. Rappreżentanza vera sabiħa. Ikolli nistqarr magħkom li għixt għal 55


jumejn il-Knisja li dejjem ħlomt li ngħix. Il-Knisja tal-ispirazzjoni tiegħi. Il-Knisja tal-flimkien mhux tal-firda. Il-Knisja ta’ ‘Ilkoll Aħwa,’ u mhux min hu tal-prima klassi u min hu tas-sekonda klassi. Min bl-istola biss fuq quddiem u min hu bil-pjaneta fuq wara mad-dinjitarji. Il-laqgħat tal-konferenza saru f’Lambeth Palace, li huwa r-residenza uffiċjali u l-kurja tal-Arċisqof ta’ Canterbury, li huwa l-Kap tal-Knisja Anglikana, fil-livell tal-Papa tagħna. Meta t-Tlieta nżilt għat-talb ta’ filgħodu fil-kappella ta’ dan il-palazz, bi skantament kbir għalija, rajt lil Rowan Williams, il-Primat tal-Knisja Anglikan, wiċċu mal-art jitlob quddiem t-Tabernaklu tal-Ewkaristija li flimkien mal-altar mejda u l-Kurċifiss jaqsam iċ-ċentru talpresbiterju ta’ din il-kappella. Kemm kienet xena sabiħa. Bqajt imbellah napprezza u nitgħallem mill-umiltà kbira ta’ dan il-primat. Miegħi, flimkien ma ħija John, kien hemm ukoll Frank Zammit, l-aqwa vatikanista li għandna Malta. Dort lejh u għidtlu, ‘Frank, din hi l-knisja kif iridha Kristu Ġesù. Kemm aħna suppervi. Kemm għandna x’nitgħallmu.’ Barra minn dan fraħt nara kemm hu veru li filwaqt li aħna l-Kattoliċi ersaqna lejn il-kelma u qed niġu mitmugħa minnha, ħutna l-Anglikani resqu lejn l-Ewkaristija biex isostnu lilhom infushom biha huma wkoll. Ilkoll qed niġu mitmugħa aħjar. Kollha nbdilna għall-aħjar. Bidla ta’ avviċinament 56


li mhix frott ta’ xi sforz min-naħa tal-bniedem, imma min-naħa tal-Ispirtu ta’ Alla. U għalhekk ġie biex jibqa’. Naħseb li b’din il-bidla tal-Ispirtu aħna Knisja aħjar. Hawn min mhux ferħan b’din il-bidla. Hawn min isostni li qabel il-konċilju, il-partiċipazzjoni fil-quddies talĦadd kienet tkun aktar minn disgħin fil-mija. Minkejja li ż-żminijiet inbidlu, jiddispjaċini ngħid, li anqas minn għaxra fil-mija minnhom kienu jersqu mal-kanċell tal-presbiterju biex jirċievu l-Ewkaristija. Il-prefett talmużew kien jgħidlna li nkunu qisna morna festa ta’ tieġ u ma nieklu xejn. Imma hekk kien jiġri. Illum veru li l-partiċipazzjoni fil-quddies talĦadd naqset bin-nofs. Imma għall-grazzja ta’ Alla, huma l-maġġoranza kbira li jifhmu l-bżonn li jersqu biex jirċievu l-Ewkaristija. Huma l-maġġoranza li jieklu fil-festa tat-tieġ. Quddies animat tajjeb li permezz tagħha l-fidili jagħmlu esperjenza ħajja ta’ Ċelebrazzjoni tal-Kelma u tal-Ewkaristija, mhux talli ma naqsitx mill-attendenza, talli żdiedet ħafna fin-numru. Hawn quddies madwar Malta li n-nies tfittex li tmur taddendi għalihom. Għall-grazzja ta’ Alla, il-poplu jfittex it-tajjeb. Jiena dejjem ngħid li meta nkun sejjer niekol f’pizzerija, ma nispiċċax immur fl-eqreb waħda anki jekk għandha pizza ħażina. Imma naqbad il-karozza u nitlaq anki ’l bogħod biex insib pizzerija li sservini pizza tajba. 57


Allura jekk nagħmlu hekk għall-ħobż li jgħaddi, m’għandniex nagħmlu hekk għal dak li jibqa’, ilĦobż tas-sema li jagħti l-ħajja eterna. Biex il-poplu ta’ Alla jkun mantnut kif jixtiequ jkun mantnut il-Mulej, għandna bżonn li t-tradizzjonijiet Insara kollha flimkien. Għandna bżonn inqiegħdu flimkien it-tliet elementi tal-Ewkaristija li titkellem dwarhom l-istess Kelma ta’ Alla. Iż-żewġ elementi minn San Pawl li jirreferu għat-tifkira tal-passat, ‘Inħabbru l-mewt tal-Mulej;’ u l-istennija tal-futur, Nistennewh sa ma jiġi.’ U t-tielet element minn San Ġwann li jirreferi għall-preżent, ‘Ġismi huwa ikel tassew u demmi huwa xorb tassew.’ Dan huwa l-Ħobż li Missieri jagħtikom mis-sema.’ Hekk biss nistgħu ngħixu l-fidi sħiħa tal-Knisja fl-Ewkaristija bħala ikel tal-Ħajja Eterna kif jixtieqna l-Mulej. Din hi l-fidi kif għallimhielna l-Mulej Ġesù u kif għaddewhielna l-appostli fil-predikazzjoni tagħhom. Dawk huma t-Tnax li baqgħu miegħu, anki meta kien hemm dixxipli li telqu lil Ġesù minħabba l-kliem li ġismu huwa ikel tassew u demmu huwa xorb tassew mogħti għalihom. Anzi Pietru f’isem il-Knisja kollha wieġeb, ‘Mulej għand min tridna mmorru, Int għandek il-ħajja ta’ dejjem. Il-Konċilju Vatikan II, minbarra l-importanza li ta lill-Kelma, għinna nifhmu aktar ċar ukoll, 58


l-aspett tal-Ewkaristija bħala ikla. Kien għalhekk li fir-riforma liturġika, l-Konċilju talab li l-altar jieħu l-forma ta’ mejda u jdur iħares lejn in-nies għax ilquddiesa mhix azzjoni tas-saċerdot waħdu imma hija ċelebrazzjoni tal-poplu ta’ Alla miġbur flimkien. B’reazzjoni għal din ir-riforma tal-Konċilju, kien hemm min ħaseb li se nitilfu s-sens tal-Ewkaristija bħala sagrifiċċju. Imma dan ma kienx il-każ. L-Ewkaristija bħala ikel ma jittraskurax l-element tal-Ewkaristija Sagrifiċċju. Nagħmlu ħażin jekk nitilfu s-sens tal-Ewkaristija bħala sagrifiċċju. Dan huwa element importanti ħafna u huwa ugwalment il-messaġġ tal-Ġdid Testment. Imma kif se nipprova nispjega, dan l-element talEwkaristija, preżenti fil-kotba tal-Ġdid Testment, ma setax ikun żviluppat fi żmien il-komunitajiet bikrija. L-importanti huwa li l-iżvilupp tal-Ewkaristija bħala sagrifiċċju li seħħ fit-tieni seklu, ma jmurx kontra t-tagħlim tal-Ġdid Testment. Diġà San Pawl, fl-ewwel ittra tiegħu lillKorintin kapitlu ħdax, jitkellem mill-Ewkaristija bħala tħabbira tal-mewt tal-Mulej. L-Ewkaristija minnha nnifisha hija marbuta maċ-ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju tas-salib u l-mewt tal-Mulej, dak li sa issa sejjaħnielu l-element passat. Imma peress li l-Ewkaristija kienet tiġi ċċelebrata fid-djar u 59


mhux fit-tempji, dan l-aspett ta’ sagrifiċċju qatt ma kellu l-opportunità li jkun żviluppat biżżejjed. L-Ewkaristija kienet tiġi ċċelebrata fit-tempju fejn kien ikollok l-altar, il-qassis, il-ħaruf maqtul millqassis u d-demm imraxxax fuq l-altar. Bla tempju u post tal-kult, anki s-saċerdozju fil-komunità Nisranija dam ma kien żviluppat. L-Ewkaristija talewwel Insara la kien ikollha saċerdot, la ħaruf, la demm u lanqas altar. Fil-bidu kienet tkun ċċelebrata minn komunità żgħira f’xi dar ta’ xi wieħed millmembri. Għalhekk ma kienx faċli għalihom li jiżviluppaw dan il-kunċett ta’ sagrifiċċju. Fil-fatt kif turi id-Didakè, kienu l-profeti, nisa u rġiel, li jippresiedu l-Ewkaristija fl-ewwel komunitajiet. Imma fl-istess Didakè niltaqgħu max-xewqa, jew aħjar l-insistenza, li kull komunitá jkollha l-presbiteri stabbli tagħha li jiċċelebraw l-Ewkaristija. L-istess żvilupp li seħħ fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, seħħ ukoll fl-ikla tal-Għid tal-Lhud, is-Seder. L-aspett tas-sagrifiċċju, ma kienx marbut mal-ikla tal-Għid mill-bidu. Ma kienx minn dejjem li din l-ikla tal-Għid kellha marbut magħha l-element ta’ sagrifiċċju. Meta l-Lhud kienu għadhom bedwini nomadi jiġġerrew fiddeżert, din l-ikla kienet tiġi ċċelebrata fit-tined. Meta wara erbgħin sena, waslu fl-Art Imwegħda, huma bnew id-djar tagħhom, u għalhekk din l-ikla kienet 60


tiġi ċċelebrata fid-djar, bil-ħaruf maqtul mill-kap talfamilja kif kien diġà jisir fit-tined fid-deżert. Imma meta nbena t-tempju minn Salamun, kważi tliet sekli wara, l-affarijiet inbidlu ħafna. Daħal l-element ta’ sagrifiċċju. Issa kellhom l-altar u l-istituzzjoni tas-saċerdozju. L-ikla tal-Għid baqgħat issir id-dar xorta waħda, imma l-Ħaruf tal-Għid ma baqax jiġi maqtul fid-dar mill-kap tal-familja. Issa beda jiġi maqtul fit-tempju mis-saċerdot. Dan kien anki jieħu mid-demm tal-ħaruf u jraxxu fuq l-altar bħala sinjal ta’ fedeltà lejn il-patt. Waqt dan ittraxxix tad-demm, il-membri tal-familja kienu jgħidu eukariston – iġifieri ringrazzjament lil Alla li tahom ilLiġi. Dan huwa l-mod kif anki l-ikla tal-Għid Lhudija żviluppat l-aspett sagrifikali tagħha fiċ-ċirkustanzi taż-żmien. F’dan l-iżvilupp, demm il-ħaruf sar ukoll demm ta’ espjazzjoni, tpattija tad-dnubiet. Huwa f’dan is-sens sagrifikali li fil-vanġelu ta’ Ġwanni l-Battista ddikjara lil Ġesù bħala l-Ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja. Għar-raba’ vanġelu, l-Mulej Ġesù ġedded dan is-sagrifiċċju tal-Ħaruf tal-Għid fuq is-salib. Infakkar, li l-aħħar ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli f’dan il-vanġelu ma kenitx l-ikla tas-Seder għax ma saritx il-Ġimgħa imma l-Ħamis. Ġwanni jagħmel dan biex jippreżenta l-agonija ta’ Ġesù fuq is-salib bejn nofsinhar u t-tlieta. L-istess 61


ħin li fi żmienu, il-Lhud kienu jieħdu l-ħaruf fittempju biex jiġi maqtul mis-saċerdot. Ġwanni ried jippreżenta li Ġesù huwa l-Ħaruf tal-Għid kif kien xehed għalih il-Battista fl-ewwel kapitlu. Huwa s-sagrifiċċju tal-patt il-ġdid. Għalhekk kull meta fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, aħna niċċelebraw ilmewt tal-Mulej, aħna nkunu qed nagħmlu preżenti s-sagrifiċċju darba u waħdieni li għamel Hu. Meta t-tempju ġie distrutt, il-qassisin levitiċi mietu mewta naturali. La m’hemmx tempju m’għandux ikun hemm saċerdoti u leviti. Il-ħaruf beda jerġa’ jiġi maqtul fid-djar mill-kap tal-familja jew minn xi biċċier apposta li kellu jsegwi regoli strettia ta’ kif isir dan il-qtil tal-ħaruf. Għal-Lhud, sal-ġurnata tallum, kull qtil ta’ annimal għall-ikel kien marbut ma’ regoli fissi, Zebah, Dt 12:15. Regoli stretti anki għallkaċċaturi li jaqbdu tajra jew annimal għall-ikel, Lev 17:13ff. Bla tempju u saċerdot, mal-medda tażżmien, is-sinifikat tal-ħaruf fl-ikla tas-Seder beda jitlef l-aspett sagrifikali tiegħu u beda jieħu aspett dejjem aktar sens spiritwali. L-eżilju kien żmien ta’ purifikazzjoni. Mingħajr tempju u strutturi, il-poplu interjorizza aktar il-fidi tiegħu. Jgħixu fil-jasar tal-eżilju f’art barranija, ilpatrijarka Abraham beda jieħu aktar importanza. Abraham kien għix sitwazzjoni simili ħafna għal 62


tagħhom, iġifieri ħajtu kollha f’art barranija li mhux tiegħu. Matul ħajtu, Abraham irnexxielu jikseb biss biċċa art fejn jidfen lil martu Sarah. F’dan l-iżvilupp ta’ interjorizzazzjoni, bdew aktar iħarsu lejn l-ikla tas-Seder bħala ċelebrazzjoni ta’ sagrifiċċju spiritwali li Melkisedek kien tkellem dwaru meta naqraw: Ġen14:18 Melkisedek, (Alla jsedqek) sultan ta’ Salem, (sliem) li kien qassis ta’ El-għeljon, Alla l-għoli, ħareġ bil-ħobż u l-inbid. 19U Bierku u qallu: “Imbierek Abram minn ElGħeljon, li għamel is-sema u l-art. 20u mbierek El-għeljon li reħa f’idek l-għedewwa tiegħek. Dan kien is-sagrifiċċju tal-qalb li ħa post is-sagrifiċċju tar-riti tat-tempju. L-iżvilupp fit-tradizzjoni Nisranija ħa mixja simili. Il-numru tal-Insara beda jiżdied. Il-komunitajiet Insara bdew jikbru. Ma setgħux jibqgħu fid-djar. Bdew jinbnew postijiet kbar fejn l-Insara setgħu jiltaqgħu flimkien għall-qima. Mid-djar morna fit-tempji. Mattempji ġie l-bżonn tal-istituzzjoni tas-saċerdozju. Iċċelebrazzjoni Ewkaristika kienet ukoll influwenzata minn dan l-iżvilupp. Issa kellna t-tempju u s-saċerdot u għalhekk l-element tal-Ewkaristija bħala sagrifiċċju seta’ jiżviluppa. F’ħafna komunitajiet, (għax flewwel żminijiet tal-knisja qatt ma tista’ titkellem b’mod universali), l-Ewkaristija bdiet tingħaqad malministru ordnat bħall-isqof u s-saċerdot biex ikun hemm kontroll. L-Ewkaristija bdiet tiġi presiduta 63


biss mill-isqof jew saċerdot mibgħut minnu. Forsi l-ewwel skop kien li jkun hemm kontroll kif talbet l-istess Didakè biex kull komunità jkollha l-Episkopi u l-Presbiteri ordnati bit-tqegħid tal-idejn tagħha jippresiedu l-Ewkaristija tagħha. Fl-ewwel seklu l-Iinsara kienu jitkellmu biss minn doni u ministeri. Fl-ewwel seklu ma kien hemm l-ebda żvilupp ta’ ministeru ordnat kif nafuh illum. Dan beda fit-tieni seklu. Sal-ewwel seklu, kif tgħallimna l-ittra lil-Lhud, is-saċerdozju kien ta’ Ġesù Kristu biss. Hu biss kien is-saċerdot u aħna lkoll li nemmnu fih u li tgħmmidna f’ismu nipparteċipaw minn dan is-saċerdozju. San Pawl, l-Ittra lil-Lhud, waħda millisbaħ kotba tal-Ġdid Testment, u Ġwanni jitkellem minn Kristu Ġesù li bl-offerta tal-ġisem tiegħu fissagrifiċċju veru tas-salib, fejn sallab lilna miegħu biex ikun jista’ jqajjimna miegħu wkoll, temm is-sagrifiċċji kollha ta’ qabel: u waqt li ntelaq f’idejn il-Missier bħala sagrifiċċju għas-salvazzjoni tagħna, sar għalina l-qassis, l-altar u l-ħaruf. Dak il-Ħaruf, li fil-ħin li kien qiegħed jiġi maqtul fit-tempju għall-ikla tas-Seder, kien qed jiġi sagrifikat għalina sal-aħħar qtar ta’ demm u ilma fuq is-salib. Kien għalhekk li aħna li nemmnu fih, sirna poplu qaddis u saċerdozju reali, kif jgħidilna San Pietru. Dan kien ukoll iż-żmien li l-komunità Nisranija bdiet terġa’ tintrabat mal-għeruq tagħha tal-Ġudaiżmu 64


bl-istituzzjonijiet tagħha. Kien San Klement l-ewwel wieħed li fetaħ il-bibien għas-saċerdozju ministerjali. Ħa nispjega dan l-iżvilupp ftit aktar. Fl-ewwel seklu s-saċerdozju kien titlu għal Ġesù waħdu. Kien identifikat ma’ Ġesù Kristu biss. Hu biss kien il-Qassis. Aħna lkoll li nemmnu fih u li tgħmmidna f’ismu, nipparteċipaw minn dan is-saċerdozju waħdieni tiegħu. L-Ittra lil-Lhud titkellem minn Kristu Ġesù bħala l-uniku Qassis il-Kbir tal-patt il-ġdid. 4:14Mela meta aħna għandna l-qassis il-kbir, li hu tassew kbir, qassis li daħal fissmewwiet, Ġesù, Bin Alla, ħa nżommu sħiħa l-fidi tagħna u nistqarruha. 15Għax aħna ma għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f’kollox, minbarra d-dnub. L-Insara tal-bidu kienu jitkellmu biss minn doni u ministeri u mill-importanza tad-dixxiplu li jieħu l-ħajja minn Ġesù bħal fergħa mid-dielja. Kol:1:24bta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja. 25Tagħha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla għalikom, jiġifieri li nxandar b’mod sħiħ il-Kelma ta’ Alla. Flewwel seklu ma kien hemm l-ebda żvilupp ta’ ministeru ordnat kif nafuh illum. Kif tkellimna fil-kapitlu tad-Didakè, kienu l-mexxejja tal-knejjes domestiċi, nisa u rġiel, jew il-profeti, nisa u rġiel, li kienu jippresiedu l-Ewkaristija. 65


San Pawl jitkellem minn Kristu Ġesù li bl-offerta tal-ġisem tiegħu fis-sagrifiċċju veru tas-salib, sallab lilna lkoll miegħu biex ikun jista’ jqajjimna miegħu wkoll. Hekk temm is-sagrifiċċji kollha ta’ qabel. IlMulej Ġesù, fuq is-salib ġedded dak kollu ta’ qabel. San Pawl jgħidilna li waqt li ntelaq f’idejn il-Missier bħala sagrifiċċju għas-salvazzjoni tagħna, sar għalina l-qassis, l-altar u l-ħaruf. Dak il-Ħaruf, li fil-ħin li kien qiegħed jiġi maqtul fit-tempju għall-ikla tas-Seder, kien qed jiġi sagrifikat għalina sal-aħħar qtar ta’ demm u ilma fuq is-salib. Kien għalhekk li aħna sirna saċerdozju qaddis, kif jgħidilna San Pietru, 1Pt:2:4Ersqu, mela, lejh, li hu dik il-ġebla ħajja li kienet imwarrba millbennejja, imma magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża. 5 U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali, saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu ‘l Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Diġà tkellimna li fi Ġwanni l-aħħar ikla talMulej ma kenitx it-tifkira tal-ikla tas-Seder. Ġwanni jippreżentalna lil Ġesù imdendel u jmut fuq is-salib min-nofsinhar sat-tlieta, l-istess ħin li l-Lhud kienu jieħdu l-ħaruf fit-tempju biex jiġi maqtul mill-qassis bħala sagrifiċċju. Għal Ġwanni, il-Qassis u l-Ħaruf huma Wieħed. Huma l-istess. Ma jistgħux ikunu mifrudin minn xulxin. Ġesù ssallab għalina u mhux sallab lilna. Hekk għamel dak li qalilna biex nagħmlu 66


dan tifkira tiegħu mhux biss bħala ċelebrazzjoni imma wkoll li nkunu ġisem mogħti għall-oħrajn u demm imxerred għall-oħrajn. Hekk biss nistgħu nħobbu kif ħabbna Hu. Fil-fatt it-talba fl-aħħar ċena ta’ Ġwanni mhijiex ‘Agħmlu dan b’tifkira tiegħi,’ imma ‘Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.’ U dan wara l-ħasil tar-riġlejn. Dawn iż-żewġ talbiet ta’ Ġesù jridu jkunu magħquda u marbuta flimkien f’sagrifiċċju ħaj ta’ mħabba. Jekk mhux hekk, allura l-Ewkaristija tirrendi lilha nnifisha rit li ma jistax jagħti l-ħajja ta’ dejjem. Huwa l-Ispirtu li jagħti l-ħajja. Bħall-Ġudaiżmu li minnu ħarġet, il-komunità Nisranija kibret fin-numru. U allura kellu jikber ukoll l-element istituzzjonali tagħha. Fl-iżvilupp tal-komunità Nisranija, ‘il-ministeri’ tal-komunità bikrija, ħadu r-regoli tal-leviti tal-Antik Testment. Fil-kunċett ta’ ministeru fil-ħajja tal-komunità bikrija, ma kienet tagħmel l-ebda distinzjoni bejn raġel u mara. L-enfasi kienet li l-prinċipju ta’ kollox kien Alla l-Missier li jaħdem fi Kristu Ġesù bi Spirtu wieħed li jaħdem kollox f’kulħadd. 1Kor:12:11Dan kollu jaħdmu l-istess Spirtu wieħed, li jqassam lil kull wieħed kif jogħġbu. 12Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu. 13Għax aħna wkoll, lkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu 67


ġisem wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed. Fl-ittra lill-Galatin, San Pawl innifsu jikteb, 3:26 Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz talfidi fi Kristu Ġesù. 27Intom, li intom mgħammda fi Kristu, lbistu ‘l Kristu. 28Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesù. 29 Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda. U fil-Kolossin, miktuba xi għoxrin sena wara l-mewt tiegħu naqraw, [Kol:3:11] Fih ma hemmx Grieg jew Lhudi, ċirkonċiż jew mhux, Barbaru jew Skita, lsir jew ħieles, iżda Kristu f’kollox u f’kulħadd.[Kol:3:12] Intom il-magħżulin ta’ Alla, ilqaddisin u l-maħbubin tiegħu. Meta l-ministeri żviluppaw mhux mill-Ispirtu imma fir-regoli tal-Levitiku, allura s-saċerdot ried ikun raġel meħud minn fost il-bnedmin biex jaqdi lil Alla. Fl-aħħar tal-ewwel seklu u bidu tat-tieni seklu, żviluppaw il-figuri tal-isqof u tal-presbiteru. Dawn mill-ewwel ħadu prominenza kbira speċjalment meta kellhom fl-amministrazzjoni tagħhom il-beni kollha tal-komunità li minnhom kienu jqassmu skont kif jaraw tajjeb huma. Ma’ dan l-iżvilupp tal-isqof u tas-saċerdożju seta’ jseħħ l-iżvilupp talelement sagrifikali tal-Ewkaristija. Dawn huma 68


marbutin flimkien. Tant li dawk li jinsistu fuq ittwaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ċena, jgħidu li dakinhar il-Mulej Ġesù waqqaf ukoll l-ordni tassaċerdozju, xi ħaġa li seħħet mitt sena wara. Filkomunità tal-bidu, is-saċerdozju u l-Ewkaristija ma kinux magħqudin flimkien kif nafuhom illum. L-Ewkaristija ngħaqdet ħaġa waħda massaċerdozju fit-tieni seklu. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saħħet l-aspett istituzzjonali tagħha. San Klement kien l-ewwel wieħed li fetaħ il-bibien għas-saċerdozju ministerjali. San Injazju jikteb li fil-komunitajiet tiegħu huwa l-isqof u l-presbiteri approvati minnu biss li jistgħu jiċċellebraw l-Ewkaristija. Wara l-mewt tatTnax u tal-appostli l-kbar, f’komunità li kienet dejjem qiegħda tikber, bdew jinħassu sewwa d-diffikultajiet tat-tmexxija. Dawn il-figuri tal-appostli l-kbar filkomunitajiet li ħafna drabi kienu kkonvertew huma stess, kienu jmexxu bis-setgħa morali tagħhom. Imma meta mietu dawn l-appostli, inħoloq vojt kbir fit-tmexxija ta’ komunitajiet li kienu qed jikbru u dan il-vojt imtela b’Istituzzjoni. Din l-istituzzjoni kienet magħmula millpresbiteri, l-anzjani, li b’mod kolleġġjali ġew magħżula mill-istess membri tal-komunità u mogħtija t-tmexxija tal-komunità. Dawn huma dawk li llum insejħu bħala ġerarkija. It-tmexxija 69


f’din il-ġerarkija li bdiet bi tmexxija kolleġġjali, mażżmien saret dejjem aktar monolitika. L-isqof beda jemmen li jista’ jiddeċiedi mingħajr il-presbiteri. L-isqof ta’ Ruma jemmen li jista’ jiddeċiedi mingħajr l-isqfijiet l-oħra. Mixja li sabet il-quċċata tagħha filKonċilju Vatikan I, bid-dikjarazzjoni tal-infallibiltà tal-Papa f’materji ta’ fidi u jista’ jiddeċiedi waħdu. Ningħaqad mal-Kardinal Newman, u nistqarr li jien nemmen dan għax ġie dikjarat minn konċilju. Imma jikkummenta l-Kardinal Newman, għad nixtieq konċilju li jagħtina spjegazzjoni tagħha. Spjegazzjoni li l-Kardinal Newman ħa mis-sema għax sal-Konċilju Vatikan II kien diġà jgawdi lillImgħallem. Imma jiena ħadt b’mod parzjali permezz ta’ dan il-Konċilju Vatikan II li reġa’ poġġa lill-knisja fid-dinja fejn riedha tkun l-Imgħallem biex tkun iddawl li ddawwalha u l-melħ li jagħtiha t-togħma. IlKonċilju li fid-dokumenti tiegħu tagħna żviluppi kbar: mill-awtoritarjaniżmu tal-papat għall-kolleġġjalità, minkejja li erġajna waqajna hemm. Mill-Ġerarkija għal-Lajċi. Minn Knisja Piradmida għal Knisja ċirku bi Kristu Ġesù ċ-ċentru tagħha u bl-Ispirtu Qaddis jagħtiha l-ħajja. Mill-Knisja Kattolika għal Knejjes Iinsara u anki ftuħ għar-reliġjonijiet oħra. Minn kunċett ta’ Knisja li fiha hemm id-dinja għal vijoni ġdida li l-Knisja qiegħda fid-Dinja u tagħmel parti minnha. 70


Jiena tajthom il-kelma tiegħek, u d-dinja bagħdithom, għaliex huma mhumiex tad-dinja, kif jiena m’iniex taddinja. 15Ma nitolbokx li twarrabhom mid-dinja, imma li tħarishom mill-Ħażin. Konċilju li għamel l-ewwel pass meta reġa’ stabilixxa l-importanza tat-tmexxija kolleġġjali, tal-Papa mal-isqfijiet fis-sinodu, tal-isqof u l-kappillan mal-presbiterji u l-kunsilli pastorali. Minkejja li fit-tagħlim kien dejjem ċar li l-knisja mhix Istituzzjoni imma hija l-‘Poplu ta’ Alla,’ ‘il-Ġisem ta’ Kristu,’ ‘Tempju Ħaj’ u ‘id-Dielja u l-Friegħi’, imma wieħed jifhem li l-knisja ma tistax timxi mingħajr ma jkollha istituzzjoni. Minkejja li l-ħajja tal-Knisja huwa l-Ispirtu tal-Mulej Ġesù, imma l-qafas istituzzjonali għas-servizz tal-Ispirtu huwa indispensabbli. Din ittensjoni bejn il-kunċett tal-lajċi inġenerali u l-presbiteru ordnat għadna nħossuha sal-lum. Tensjoni li lanqas il-Konċilju Vatikan II ma jirnexxilu jsalva. Għalhekk lanqas se nipprova jien. Nitlob biss biex il-mexxejja ordnati jkabbru l-ministeri tal-lajċi fil-komunità u mhux joħonquhom bl-arroganza tal-poter. Tajt dan it-tagħrif storiku biex nipprova nispjega kif ġie żviluppat b’mod qawwi ħafna l-element sagrifikali fl-Ewkaristija. Fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, dak li seħħ fuq is-salib qiegħed jiġi magħmul preżenti mill-ġdid. Ġesù mhux ta lilu nnifsu darba u daqshekk. Fl-Ewkaristija l-Mulej Ġesù għadu jagħti lilu nnifsu Ġw:17:14

71


għalina lkoll. L-offerta tas-sagrifiċċju tiegħu terġa’ issir preżenti biex kull ġenerazzjoni jkollha l-opportunità li tippartiċipa fis-sagrifiċċju tal-kalvarju b’mod sagramentali. Din il-fidi mhix xi kreazzjoni medjevali. Din il-fidi Nisranija, għalkemm mhux żviluppata, nirrepeti li tmur lura sal-qalba tal-Ġdid Testment. Din hija r-rikkezza tal-Ewkaristija. Meta nitkellmu dwar l-aspetti tagħha, m’għandniex għalfejn ngħidu jew waħda jew l-oħra; jew passat jew preżent jew futur; jew ikla jew sagrifiċċju. L-Ewkaristija bħala ikel ma tittraskurax l-element tal-Ewkaristija Sagrifiċċju. Naħseb li għandna bżonn ukoll nerġgħu niskopru aktar it-tielet element tal-Ewkaristija, dak tal-Istennija. Stennija mhux fis-sens ta’ expecting imma fis-sens ta’ expectancy; kif omm tistenna t-twelid ta’ tarbija u mhux kif xi persuna tistenna xi ħaġa bi dritt. Din l-istennija hija esperjenza ħajja u dinamika. Esperjenza li toħroġ mill-fatt li Ġesù u jien ninsabu magħqudin ħaġa waħda fl-Ewkaristija. Rigal kbir li ma nista’ naqsmu ma ħadd aktar jekk mhux miegħu. Ħafna drabi, fl-Ewkaristija aħna nitfixklu dan is-sens veru ta’ ‘stennija’ u minflok din ir-relazzjoni sabiħa ta’ mħabba, inġibuha regoli kontra regoli. Probabbilment, fiċ-ċelebrazzjoni tal-qsim talĦobż, dan l-element huwa l-aktar wieħed antik fittradizzjoni Nisranija. Dan l-element tal-fidi Ewkaris72


tika, ‘nistennewh sa ma jiġi fil-glorja’, ma naħsibx li jingħata l-importanza li jistħoqqlu. Fl-Ewkaristija aħna niċċelebraw bit-tama l-istennija tal-Mulej rebbieħ filglorja li sa jerġa’ jiġi. Qed niċċelebraw dak li għadna ma ksibniex imma qisna ksibnieh għax aħna ċerti millwegħda tal-Imgħallem, Sejjer inħejjilkom post, u nerġa’ niġi biex noħodkom miegħi. Il-preżenza reali tal-Mulej fl-Ewkaristija hija garanzija għall-futur. Fil-kapitlu dwar is-Ssinottiċi tkellimna dwar ittradizzjoni tal-ikla Lhudija li mill-bidu nett tagħha, kif spjegata fil-ktieb tal-Eżodu, tisħaqq dwar dan lelement ta’ stennija għall-ħelsien li kienu għadhom ma kisbux. Kien għalhekk li talabhom biex jikluh, 12:11 qaddejkom imhażżma, bil-qorq f’riġlejkom u l-hatar f’idejkom; u tikluh bl-għaġla. L-ikla tal-Għid kienet l-ikla taċ-ċelebrazzjoni ta’ dak li kienu jemmnu li se jiksbu minkejja li għadhom ma kisbuhx. Infakkar ukoll, li l-Lhud jispiċċaw l-ikla tas-Seder (l-ikla tal-Għid) billi jħallu tazza inbid fuq il-mejda għal Elija u jiftħu l-bieb ħalli jekk jiġi waqt l-ikla jkun jista’ jidħol u jpoġġi malmejda. Importanti niftakru li skont is-Sinottiċi, l-aħħar ikla tal-Mulej mad-dixxipli, saret fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din l-ikla Lhudija. Tkellimna wkoll mill-komunità talQumran, jew kif inhi magħrufa aħjar, tal-Esseni jew Dead Sea Scrolls, li kienet kontemporanja mal-ewwel 73


komunità Nisranija. Kif jidher mid-dokumenti kien hemm ħafna relazzjonijiet bejniethom ukoll. Meta ċ-ċelebrant kien ibierek il-ħobż u l-inbid, kien ikun hemm post vojt fuq in-naħa tal-lemin tiegħu għal Messija fil-każ li Alla jqajmu waqt l-ikla. Għall-grazzja ta’ Alla aħna konxji ħafna li Ġesù huwa preżenti fil-qsim tal-ħobż u fil-barka tal-kalċi. Aħna ma nagħmlux il-barka bis-suppożizzjoni li jista’ jiġi preżenti, bħalma kienu jagħmlu l-komunità talLhud u tal-Esseni. Aħna nemmnu li l-Mulej huwa preżenti. Imma aħna għandna nkunu konxji wkoll, li Ġesù għad irid jispiċċa l-ħidma tal-missjoni tiegħu. Ilħidma tiegħu fid-dinja għadha mhux lesta. Rum:8:22Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ talħlas; 23u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu, aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew l-adozzjoni ta’ wlied, il-fidwa ta’ ġisimna. 24Aħna salvi bit-tama. Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama, ma tkunx aktar tama; għax kif jista’ wieħed jittama fil-ħwejjeġ li ġa jkun ra? 25Imma dak li qegħdin nittamaw, jekk m’aħniex narawh, qed nistennewh bis-sabar. Għad jonqos. Kol:1:24Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu lKnisja. Hu għad irid jerġa’ jiġi b’mod li d-dinja kollha tkun tista’ tarah u tagħrfu. 74


Aħna niċċelebraw l-element futur tal-Ewkaristija, biex ngħixu r-responsabbiltà tagħna li nwasslu ’l quddiem il-preżenza tiegħu, biex il-bnedmin jikbru fix-xewqa li jarawh jerġa’ jiġi fil-glorja. Irridu nagħtu xhieda lil ħutna kollha, li għandhom għax jittamaw u jimtlew bil-kuraġġ, meta jisimgħu li se jerġa’ jiġi. Għandhom jagħrfu li se jerġa’ jiġi bl-imħabba. Nittama li aħna lkoll li nemmnu fi Kristu Ġesù, nirrikonoxxu li Ġesù, ġie l-ewwel darba bħala l-imħabba tal-Missier biex isalva lid-dinja; li Hu qed jgħix fina; li aħna mitmugħa bil-preżenza tiegħu; li hu jgħix filħajja tagħna b’imħabbtu, u se jerġa’ jiġi biex joħodna rebbieħa miegħu. Meta aħna l-Insara naħsbu dwar l-element futur talEwkaristija, suppost għandna nirrealizzaw xi skandlu kbir inkunu qed nagħtu, li bħala komunitàjiet Insara, aħna daqshekk maqsuma u mifruda, speċjalment dwar l-Ewkaristrija li hija l-ikel tal-għaqda. Maqsuma u mifruda bħala Insara li niċċelebraw fil-qsim ta’ Ħobża Waħda u fit-tberik ta’ Kalċi Wieħed li hu Kristu Ġesù wieħed. 1Kor 1:13Jaqaw Kristu mifrud? Kristu mhuwiex mifrud imma huwa maqsum għal kulħadd fl-Ewkaristija kif se naraw bir-riflessjoni tagħna fuq l-ikona ta’ Sieger Koder biex Ġw:17:21bikunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. 75


Kapitlu 6 L-Ikona tal-Ewkaristija ta’ SiegerKöder: Sieger Köder huwa wieħed mill-aktar artisti famużi fl-arti moderna fil-Ġermanja. Huwa nnifsu jiddifenixxi l-arti tiegħu bħala, ‘Mera u simbolu ta’ dak li nesperjenzaw fil-ħajja.’ Pereżempju jekk niġi għallikona tal-Ewkaristija, hu jirnexxilu jgħaqqad flimkien ir-rakkonti kollha tal-vanġeli u jiddistilla, joħroġ l-aħjar minnhom, storja ta’ Invitazzjoni, Protesta, Għotja, Komunjoni u Tħabbir. Köder isostni li l-impatt talKelma miktuba ma tista’ qatt tiġi assorbita b’mod sħiħ qabel ma tiġi espressa fl-arti. Kemm hu veru. Dak huwa l-kobor tal-Art Sagra u tal-Ikona. Sieger Köder jesprimi t-teoloġija u l-ispiritwalità tiegħu fl-arti. Din hija r-raġuni li fl-opinjoni tiegħi, l-arti tiegħu hija Ikona. L-arti tiegħu hija ftuħ, tieqa li turik misteru. Ordnat presbiteru fil-1971, ħadem għal bosta snin man-nies komuni u raffi tal-kampanja. Bħall-bdiewa li ħadem magħhom, Köder innifsu huwa persuna ta’ statura kbira 76


mingħajr ħafna moxt u mera. Naħseb dan huwa dak li jagħti esperjenza goffa u umana qawwija lill-arti tiegħu. L-arti tiegħu hija sempliċi imma profonda. L-esperjenza tiegħu bħala pruġunier tal-gwerra u t-tbatija ta’ dawk kollha li ntilfu fl-aħħar gwerra, jinħassu sewwa fl-espressjonijiet tal-arti tiegħu. L-Ikona tal-Aħħar Ikla: Inħarsu sewwa lejn l-Ikona. Salib u Mejda – Sagrifiċċju u ikla. Dvalja bajda tar-rebħa tal-Qawmien. Aċċettazzjoni u Protesta. Memorja u Tifkira. Il-Bieraħ, Illum u Għada. Kalċi bid-demm tas-Sagrifiċċju. B’Wiċċ l-Imgħallem juri l-Preżenza tiegħu Reali. Kif juriha wkoll il-Ħobż maqsum fi Tnax-il biċċa, disa’ biċċiet minnhom jifformaw ΙΧ (Iesus Christos, CHI-RHO). Ħadd ma hu eskluż; biċċa waħda mill-ħobża tinsab anki f’idejn Ġuda. Għotja bla aġenda. Passat, Preżent u Futur. Passat: bċejjeċ talħobż maqsuma fuq id-Dell ta’ Ġesu li hu forma ta’ Salib għax l-Ewkaristija hi Sagrifiċċju – inħabbru l-mewt tal-Mulej. Preżent: kuntrast mad-Dell ta’ Kull Wieħed ieħor li huwa iswed u tqil. Kellhom qalbhom Tqila. Imsakkra. Imbeżżgħa. Imħawda. Imma jsaħħaħhom bl-ikla spiritwali ta’ laħmu u demmu. Futur: Minnu ħiereġ kull Dawl fl-istampa li jaħbat mad-Dvalja Bajda tal-Qawmien. Dawl li ġie 77


biex idawwal kull bniedem minkejja li kien hemm min pprefera d-dlam biex għemilu ma jinkixifx. Ħobż Maqsum; kollha biċċiet differenti għax id-dixxipli huma differenti. L-għajn mhux il-widna. Ħobż Mogħti jifforma ismu. Ħobża waħda għax huwa laħam l-Imgħallem wieħed li hu l-Verb li ħa l-laħam u għammar fostna. Ilkoll bżonn li nieħdu l-ħajja minnu fl-ikel tal-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema biex inkunu l-fergħa mwaħħla mad-dielja. Dak li twieled f’Betlehem, pajjiż il-Ħobż. Dak li s-sinjal biex jagħrfuh kien li hu mqiegħed f’maxtura, post fejn jitpoġġa l-ikel. Ħobża waħda bħalma l-Kmandament huwa wieħed. Il-Patt il-Qadim imġedded bid-demm tal-ħaruf tal-Patt il-Ġdid. IsSagrifiċċju u s-Saċerdot l-istess wieħed, Ġesù fiddemm. Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien għax jien ħabbejtkom kif ħabbni Missieri. Laħmi mogħti għalikom u Demmi mxerred għalikom. Imħabba akbar minn din ħadd m’għandu li wieħed jagħti ħajtu għal min iħobb. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi. Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Mejda tal-Ikla. B’Ġesù r-Ras tal-Ġisem. Ġesù Trasparenti imma mhux assenti. Ġesù ċ-Ċentru talgħaqda. Ġw:20:19ċġie Ġesù u qagħad f’nofshom. Madwar il-mejda dixxipli li ħadu l-ħajja ta’ wlied minnu, Ġw:1:12 Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied 78


Alla, dawk li jemmnu f’ismu, 13li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla. Kulħadd jieħu d-Dawl minnu, Ġw:1:9dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fid-dinja. Kulħadd jgħix bih bħall-friegħi mid-dielja, Ġw:1:3Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kull ma sar 4kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Kollox għandu l-ħajja fih u mingħajru ma jista’ jgħix xejn, għax kull fergħa li ma tiħux il-ħajja minnu tinqata’ barra u tinxef bħal ma nqata’ u nixef Bin it-Telfien. Mal-Ħbieb li ħabb sal-aħħar. Id-dixxipli madwar il-mejda jiffurmaw Qalb. Jekk Ġesù huwa r-Ras, il-Knisja huma dawk li Hu ħabb sal-aħħar u li huma jridu jħobbu kif ħabb Hu. Bin it-Telfien l-uniku barra minn din il-qalb tal-imħabba; ħiereġ ’il barra miċ-ċirku tal-imħabba, mill-qalb. Mhux għax ma kienx maħbub. Hu ħabbhom kollha salaħħar. Ir-rieda tal-Missier u x-xewqa tar-Ragħaj kienet li ma jintilef ħadd minn dawk li Alla tah. Imma l-imħabba ma tistax tiġi sfurzata. Forma ta’ qalb, għax il-Knisja hija komunità mibnija fuq relazzjoni ta’ mħabba fl-Ispirtu u mhux fuq il-liġi. Ġw:1:17 Alla ta l-Liġi permezz ta’ Mosè imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu. Minn hawn jagħraf kulħadd li intom tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom. L-imħabba mhux tal-Patt il-Qadim, tħobb 79


lil għajrek bħalek innifsek. Imma tal-Patt il-Ġdid, iġifieri kif Ħabbejtkom Jien. Il-qies tal-imħabba mhuwiex int innifsek imma l-‘Jien Hu’ sar il-qies tal-Imħabba għax Hu biss jista’ jkun ir-Ras tal-qalb u ċ-Ċentru tal-Knisja tiegħu miġbura flimkien f’ismu. Mhux mat-Tnax imma mad-dixxipli li ħabb sal-aħħar. Magħna li nemmnu fih. Magħna li qed nagħmlu dan b’Tifkira tiegħu. Aħna li qed nikluh biex niċċelebraw dak li ksibna u nġeddu l-impenn li ngħixuh. F’din ir-relazzjoni, huwa qawwi ħafna l-prinċipju tal-Unità fid-diversità u mhux fl-uniformità. Dixxipli kollha b’uċuħ u kuluri differenti biex juru diversità. 1Kor:12:12Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha talġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu. 13Għax aħna wkoll, lkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed. 14Issa l-ġisem mhuwiex membru wieħed, imma magħmul minn ħafna membri. Il-ħarsa u l-espressjoni fuq wiċċ kulħadd. Kollha differenti. Kulħadd bi storja, kultura u esperjenzi differenti. Kulħadd għandu s-sitwazzjoni tiegħu. Kulħadd jassorbi differenti. Kulħadd jiftaħ daqs differenti. Kulħadd fidi u attitudni differenti. Kulħadd iħares lejn l-Imgħallem b’mod differenti. Min iċċassat 80


ħa jara u min għajnejh magħluqa jew għax ir-relazzjoni mal-Imgħallem hija waħda interna jew għax għadu ma jridx jara. Min jimbotta lil ta’ ħdejha biex tara aħjar. Ma’ min minnhom tassoċja ruħek l-aktar? Min minnhom jesprimi l-aktar il-fidi u l-attitudni tiegħek inġenerali jew bħalissa? Ħa nimmeditawhom fil-qosor wieħed wieħed b’mod personali. 1. Id-Dixxiplu l-Maħbub: Id-dixxiplu li fehem x’iġifieri ‘Ejja u Ara’ għax jaf x’irid. Liebes l-aħmar tal-imħabba u tal-qawwa biex jesprimi Fidi soda u l-Intimità. Id-dixxiplu li baqa’ wieqaf mal-erba’ nisa l-oħra taħt is-salib. Assorbit f’dak kollu li qed jiġri. Mhux isegwi biss b’moħħu, bħal Ġakbu ta’ ħdejh. Imma daħal fl-esperjenza mir-relazzjoni intima u personali tal-imħabba li għandu mal-Imgħallem. Mhux liebes mant aħmar imma liebes Kollu Kemm hu Aħmar. Kulur jesprimi l-passjoni tal-qalb u l-qawwa tal-imħabba tal-Ispirtu. L-aħmar għax mibdul fl-Imħabba tal-Imgħallem. Id-dixxiplu li sar bħall-Imgħallem. Mibdul kompletament għax miftuħ għall-imħabba tal-Imgħallem. Ħaġa waħda. Il-Kissra Ħobż għadha mwaħħla ma’ jdejh u jdejn l-Imgħallem. Ħaġa waħda miegħu kif Ġesù ħaġa waħda mal-Missier. Għajnejh Magħluqa. Il-Bniedem tal-kontemplazzjoni. Lanqas hemm bżonn iħares bl-għajnejn tal-laħam għax qed iħares 81


bl-għajnejn tal-fidi fil-ġewwieni tal-qalb tiegħu. Id-dixxiplu li Ġw:20b8bdaħal hu wkoll, ra, u emmen. Id-dixxiplu fost dawk il-hienja Ġw:20:29bli ma rawx u emmnu. Fil-kontemplazzjoni biss jista’ jara l-għerf ta’ Alla li hu ’l bogħod minn tal-bniedem. Is:55:8”Ilfehmiet tiegħi mhumiex fehmietkom, u t-triqat tiegħi mhumiex triqatkom. L-Għerf ta’ Alla muri lilna filħobż li l-Missier jagħtina mis-sema. Li issa huwa mogħti lilu biex jieklu. Dan Huwa l-Misteru talFidi. Flok rasu fuq Sider Ġesù biex ikun jaf lillImgħallem, qiegħed marbut miegħu fil-qabda talkissra tal-ħobż. Jaf u jemmen li dik il-biċċa ħobż hija Ġesù. Magħqud magħha huwa magħqud miegħu. Jadura l-Ewkaristija bħala Preżenza Reali. Imnieħru Twil għax jemmen li Ġesù huwa t-triq li twassal għand il-Missier. Ġesù huwa l-ħajja ta’ kull nifs li jieħu. Jieħu l-ħobż magħqud ma’ jdejn l-Imgħallem għax jemmen li dak il-ħobż se jibdlu fiH. Għax jixtieq li permezz tal-Ewkaristija jinbidel fl-Imgħallem; isir jixbah aktar lill-Imgħallem. Differenti minn ikel ieħor li nibdluh fina. L-aktar viċin u intimu ma’ Ġesù huwa dak li jħobb l-aktar mhux minn liebes il-Blu tal-awtorità. Huwa d-dixxiplu li jħobb li jasal l-ewwel ħdejn il-qabar minkejja li hu u Pietru ġrew flimkien. Huwa Ġw:21:7ddixxiplu li kien iħobb Ġesù (li) qal lil Pietru: “Il-Mulej 82


dan?” Id-Dixxiplu l-Maħbub mimli bir-rispett mhux għal dak li qed isir imma għal Min qed jagħmlu. 2. Pietru: Liebes libsa sħiħa Blu. Kulur talawtorità. Kulur il-baħar u s-sema. Minn sajjied talħut għal sajjied tal-bnedmin. Ħalla x-xibka u żewġ dgħajjes mimlija ħut warajh għax għażel lis-Sajjied għas-sajda. Imma f’idu qed iżomm il-ħobż mhux iċċwievet kif aħna mdorrija narawh. In-Nagħaġ talImgħallem mhux tiegħu. Ġw:21:16bIrgħa n-nagħaġ tiegħi, qallu Ġesù. Għalhekk Ġw:21:19bĠesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja.” Imxi warajja għax tista’ tkun ragħaj tajjeb jekk l-ewwel tkun nagħġa tajba. Nagħġa li tisma’ minn kliem ir-Ragħaj il-Veru u timxi warajh. Jekk timxi warajh tista’ tmexxi għal warajh. Tista’ toħodhom fejn irid hu u mhux fejn trid int. Għajnejn Pietru Ċassi lejn l-Imgħallem li jħobb. Għajnejn jesprimu x-xewqa kbira ta’ qalbu li jkun mirbuħ millazzjoni tal-Mulej. Bil-ġuħ u l-għatx għas-sewwa. Għalhekk Wiċċu mdawwal mill-Mulej, jagħtik dak is-sens ta’ hena minkejja li qegħdin f’mument diffiċli ħafna. Hena tal-Beatitudni li tista’ tiġi biss mill-ferħ veru tal-qalb li jaf jagħti l-Imgħallem biss. B’Idejh il-Leminija Mgħollija jistaqsi dan kollu x’jista jfisser. Jistaqsi x’irid jagħmel b’dan il-ħobż. Jistaqsi ‘kif jista’ jkun jagħti laħmu biex nikluh?’ Kif se jsir hu nnifsu l-għotja ta’ dan il-ħobż? Kif se 83


tkun din l-għotja fil-knisja li se jaqdi fis-servizz tattmexxija. Ġw:13:13Intom issejħuli ‘l-Imgħallem’ u ‘il-Mulej’, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. 14Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Forsi għax jibża’ jerġa’ joġġezzjona ‘ma jkun qatt’? Imma x’ifisser il-kliem ‘Agħmel dan b’tifkira tiegħi’, qed jgħid Pietru bilħobż mgħollija?’ Kif? Fejn? Meta? Pietru qed jaċċetta li l-Ewkaristija mhux xi ħaġa li tagħmilha imma ħajja li tgħixha. Għajnejh f’għajnejn l-Imgħallem għax l-Imgħallem qed jistaqsih jekk iħobbux. Ħarsa li qed tgħid, ‘Inti taf kollox, inti taf li jien inħobbok.’ Jaf li jrid ikollu ħarstu lejh għax qabel ma juri l-ewwel irid jara. Qabel ma jirgħa n-nagħaġ u l-ħrief, l-ewwel irid jimxi warajh. Juri l-Ħobż f’Idu għax jemmen fl-Ewkaristija bħala Ikel. Qed jikkonferma l-fidi tiegħu li Ġw:6:55laħmi huwa ikel tassew u demmi huwa xorb tassew fl-istqarrijiet, Ġw6:68għand min tridna mmorru, int għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem. Qed jisma’ li jekk mhux lest għas-servizz fl-għotja tal-imħabba ma jkollokx x’taqsam miegħi. Pietru r-ragħaj dejjem iħares lejn l-imgħallem għax irid jikseb id-dawl mingħandu. Pietru bilqiegħda mal-oħrajn. Wieħed mill-Poplu ta’ Alla. Membru fil-Ġisem. Nagħġa millMerħla. B’kulur u ministeru partikulari ta’ tmexxija. Iħares lejn l-Imgħallem għax f’isem l-Imgħallem li 84


HU ċ-Ċentru tal-komunità, ir-Ras tal-Qalb. 3. Ġuda: Iswed. Bin id-dlam. Id-dlam li rrifjuta d-Dawl. Id-dawl jolqot miegħu imma jdawwar wiċċu għad-dlam. Jitgħatta mid-dawl biex wiċċu u għemilu ma jidhrux. Jaf li għemilu hu ħażin. Jibża’ jħares lejn l-Imgħallem wiċċ imb wiċċ bħal Pietru. Pietru caħdu, Ġuda ttradih. Jaqdi l-pjanijiet tiegħu mhux tal-Imgħallem. Jippreżenta lil dawk li jagħżlu d-dlam. L-Imgħallem għalih mhux hu għall-Imgħallem. Imma l-Mulej xorta jħobbu. Xejn ma jikkundizzjona l-imħabba tal-Missier, lanqas it-tradiment ta’ Ibnu. Mhux eskluż mill-imħabba. Il-biċċa tal-ħobż tiegħu qiegħda f’idejh. Iddawwallu l-istess id li biha ġar ittletin biċċa tal-fidda. X’kobor ta’ mħabba bla aġenda u kundizzjoni. Imma Ġuda eskluda lilu nnifsu. Ħareġ ’il barra. Ma baqax fl-imħabba tad-Dawl. 4. Indri: Aħmar ċar, mhux jgħajjat daqs tadDixxiplu l-Maħbub. Mad-dixxiplu l-Maħbub, kienu l-ewwel tnejn li wieġbu għax-xhieda tal-Battista u staqsew lill-Ħaruf ta’ Alla fejn jgħammar. Marru u għammru miegħu. Indri, l-ewwel dixxipli li sar appostlu. Għax meta ltaqa’ mal-Mulej ġibed oħrajn għal għand il-Mulej. Ħa lil ħuh Pietru għand Ġesù. Wiċċu mdawwal bil-fidi, daħkan bl-hena li għandu f’qalbu u sempliċi għax kien wieħed miċċkejknin. Kalm. Seren. Ma jistaqsix bħal ħuh iż-żgħir 85


Pietru. Jaċċetta anki jekk mhux jifhem. Iċ-ċkejken li għaraf li bil-ftit tat-tifel ċkejken, b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, Ġesù seta’ jitma’ l-folla. Idejh ma’ wiċċu għax mistagħġeb b’dak li qiegħed jagħmel il-Mulej għalina. Ma jistax jifhem dak li qiegħed jiġri. B’dak is-sens ta’ stagħġib li jagħtik l-għaġeb tal-presepju għal dan il-kobor tal-imħabba tal-Mulej. Iħares ċass għax jemmen li l-Mulej huwa l-Ħobż li l-Missier jagħtina mis-sema. Ġesù huwa l-Għerf li ġie mingħand il-Missier. B’widnejh kbar bħal Pietru għax kellu dejjem xewqa kbira li jisma’ Kliem l-Imgħallem. Dejjem xtaq jiekol mill-ħobż tal-Kelma. Dan xtaq jibni ħajtu fuq il-kefà, il-blat, billi jisma’ l-Kelma tal-Imgħallem u jagħmel dak li jgħidlu Hu. 5. Nikodemu: B’Rasu Mgħottija. Mar għand l-Imgħallem. Iltaqa’ miegħu. Imma bil-lejl, bil-moħbi. Għaraf lill-Mulej għax Wiċċu mdawwal mill-Mulej. Imma għandu wisq x’jitlef. Għadu mhux lest li jiċħad lilu nnifsu u jerfa’ salibu ta’ kuljum. Iltaqa’ malImgħallem imma għadu ma jistax ikun dixxiplu. Għadu ma emminx li ħadd ma jasal għand il-Missier jekk mhux bija. Għadu b’Għajnejh Magħluqa. Għadu ma għarafx li ‘Min Jara lili Jara l-Missier.’ Ħarstu mhux fil-Mulej. Għadu jirrifjuta li jgħix dan il-mument, ilKairos. Għadu taħt il-liġi. Min jaf jekk hux qiegħed jaħseb fil-liġi Lhudija tal-Kosher li tiddefinixxi l-ikel 86


tad-demm bħala kannibaliżmu. Nikodemu għadu ma ħalliex l-Ispirtu jwelldu mill-ġdid f’ħajja ġdida minn fuq. Dik il-ħajja ġdida li Ġesù ġabilna mingħand il-Missier għax kien mal-Missier. Il-ħajja tal-ulied li Ġesù biss jista’ jagħtina għax hu l-iben il-waħdieni tal-Missier li kien mal-Missier minn qabel il-ħolqien tad-dinja. B’għajnejh magħluqa jaħseb f’qalbu jekk hux lest li jitlef dak kollu li kiseb matul ħajtu biex jikseb lill-Imgħallem. Parti miċ-ċirku tal-qalb mal-Mejda. Mhux jirrifjuta. Wisq anqas irrifjutat. Bl-ilbies tarrabbi tal-antik Testment għax jaħseb li bil-liġi jista’ jasal. Għadu ma twilidx mill-ġdid. Għadu jħares lura. Jikkalkula. Marbut ma’ dak li kiseb fid-dinja. Mitfugħ lura mill-mument ta’ dan il-misteru għax għadu b’rasu marbuta mal-antik. Ma sarx inbid ġdid mill-ilma talħasil tal-purifikazzjoni f’Kana. Għadu nbid qadim li jista’ joqgħod biss f’damiġġani qodma. Għadu ma jistax jgħix il-patt il-ġdid li jkun ġisem mogħti u demm imxerred biex iħobb bħalma ħabbu HU. Għadu joġġezzjona, Ġw:3:4Kif jista’ wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista’ forsi jerġa’ jidħol f’ġuf ommu u jitwieled? BħalLhud għadu jistaqsi, Ġw:6:2bKif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh? Imma Nikodemu emmen. Qiegħed preżenti bħala membru fil-qalb tal-mejda għax kien preżenti meta l-Mulej intrefa’ ’l fuq. Mhux dan kien il-kliem li qallu l-Imgħallem, Ġw:3:14kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, 87


hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, 15biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Ġw:3:16Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. 6. Iħares lejn Ġuda: Hu u Nikodemu biss mhux iħarsu lejn Ġesu. Għadu tad-dinja. Għadu jrid isellem lil Missieru u lil ommu. Iebsa li l-messija m’għandux fejn imidd rasu. Distratt bit-tluq ta’ dak li ħa l-Ewkaristija imma rrifjuta li jsir l-esperjenza tagħha. Ta’ dak li kien wieħed minn dawk li Ġw:3:19bħabbew id-dlam aktar middawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin. Bilqiegħda fit-tarf tal-mejda u daqsxejn distakkat minnha. Lanqas biss qiegħed imiss magħha. Lanqas jaf x’irid eżatt. Għadu jibża’ mill-ħażen tad-dinja. Fid-dubju. Għadu jibża’ jersaq lejn id-dawl. Fil-fatt qiegħed taħt id-dell tas-salib li huwa ffurmat mid-dell tal-Imgħallem. Ma jafx x’se jagħmel. Għadu jħossu jaqta’ qalbu. B’sieq ’l hawn u l-oħra ’l hemm. Qisu għeja. Nista’ nħares lura f’mument meta ngħeja nħobb? Nista’ ngħeja nkun ġisem mogħti? F’dan il-mument ta’ dubju, f’dan il-mument li naħseb ma jistħoqqlix immiss il-mejda tal-Ewkaristija, l-importanti hu li nibqa’ mal-mejda tal-Ewkaristija. L-importanti li f’mumenti bħal dawn mhux nibża’ nersaq viċin l-ikla tal-imħabba u nirċievi lil Ġesù. Huwa l-aktar mument li għandi bżonn lil Ġesù Ewkaristija jagħtini l-qawwa. Huwa l-mument li nisimgħu lil Ġesù jistidilna u 88


jgħidilna, Mt:11:28Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. 7. Il-Madalena: Mara. Preżenti mal-oħrajn tifforma l-qalb tal-imħabba madwar il-mejda. Dik li nħafrulha ħafna għax ħabbet ħafna. Dik li ħareġ minnha seba’ xjaten. Il-bniedem jista’ jinbidel. Mhux vera li min jitwieled tond ma jmutx kwadru. Basta tkun trid tinbidel. Mudell ta’ kif għandna ninbidlu. Mudell ta’ kif inħallu l-imħabba tal-Imgħallem tittrasfurmana. Waħda mill-ħdax madwar il-mejda. Rasha mgħottija bħal Nikodemu. Imma bil-Velu Abjad. Bint id-dawl. Rebbieħa mar-Rebbieħ. Rat il-Mulej. L-ewwel xhieda tal-Mulej imqajjem mill-mewt. L-appostlu tal-appostli kif isejħilha San Tumas ta’ Aquinu. Għax wasslet ilBxara t-tajba tal-qawmien lill-istess appostli. B’Idejha ggranfata mal-mejda Tgħannaq is-Salib. Idejha ggranfata mad-dell tal-mimduda tas-salib fil-mejda tal-imħabba. Baqgħat fidila sa taħt is-salib. Idejha mqabbda mal-mejda. Taċċetta bla biża’ u bla paroli ta’ xejn il-kelma tal-Imgħallem. Temmen li Hu l-Ħobż tas-sema li jagħtina l-Missier. Lesta li tkun il-qamħa li tmut biex tagħti l-ħajja. Mibdula fl-għotja Ewkaristika. B’Idejha fuq Spallejn id-dixxiplu li kellu jkun l-ewwel martri. Trid timlih bil-kuraġġ. Twarrbu ftit lil Ġakbu mal-ġenb u tixxabbat kemm tista’ biex tara tajjeb lill-Imgħallem. Ma trid titlef xejn. Bejnha u 89


bejn l-Imgħallem ma jidħol ħadd. Trid tgħix dejjem Għajnejha Fissi fil-Mulej. Hu kollox għaliha. Trasfurmata mill-imħabba u d-dawl tiegħu. 8. Ġakbu: Liebes l-aħdar. Kulur il-kuraġġ, ilĦajja u t-Tama. Jipprova jifhem dak li qiegħed jgħid l-Imgħallem. Għajnejh fissi fl-Imgħallem għax qiegħed jifhem is-solennità ta’ dan il-mument. B’xufftejh jiċċaqalqu. X’ jixtieq jgħid lill-Imgħallem? Kien wieħed mill-erbgħa l-aktar tal-qalba talImgħallem. Kif jista’ jifhem diskors tat-tbatija u għotja meta ried dejjem il-post tal-prominenza? Meta ma’ ħuh Ġwanni, nassumi ried joqgħod fuq il-lemin la kien ilkbir fost l-aħwa? Forsi qiegħed jgħid lill-Imgħallem li lest jixrob il-kalċi. Rasu Kbira għax kien l-ewwel wieħed li ħalla rasu għall-Imgħallem. Kien l-ewwel wieħed li ħa l-magħmudija tad-demm. Kellu bżonn il-kuraġġ tal-Madalena; ta’ dik li rat u emmnet. Libsa ħadra għax il-martirju tiegħu mela bil-kuraġġ lillknisja. Il-martirju tiegħu kienet iż-żerriegħa tal-Knisja. Kien fil-martirju ta’ Stiefnu u tiegħu li d-dixxipli nxterdu u taw Ħajja Ġdida lid-dinja. Atti:8:4Imma dawk li nxterdu bdew ixandru l-kelma kull fejn marru. Xagħru kulur id-deheb għax kien l-ewwel wieħed li ħa l-kuruna tal-glorja. Wiċċ dritt lejn l-Imgħallem għax l-ewwel wieħed li rah wiċċ imb wiċċ fil-glorja tiegħu. 9. Filippu: isem Grieg minn Betsajda. L-uniku 90


wieħed imsejjaħ personalment minn Ġesù, Ġw:1:43Lgħada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.” 44 Filippu kien minn Betsajda, ilbelt ta’ Indrì u Pietru. Id-dixxiplu li mill-ewwel sar appostlu. Kif iltaqa’ ma’ Ġesù ried isir xhieda tiegħu u jistqarr il-fidi tiegħu fiH, 45Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti filkotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.”. Idejh miftuħa fuq il-mejda lejn Ġesù jgħidlu, Ġw:14:8Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina. Mistoqsija li twassalna għall-istqarrija tal-Fidi tal-komunità li minnha ħiereġ il-vanġelu tad-dixxiplu l-maħbub, Ġw:14:9a Min ra lili ra lill-Missier. 10jiena fil-Missier u l-Missier fija? Filippu jgħallimni niftaħ idejja lejn Ġesù meta nkun fid-dlam. Meta ma nafx fejn jien jew fejn sejjer. Meta mitluf. Meta miexi f’wied mudlam. Meta għaddej mill-esperjenza tal-qamħa li qed tmut mingħajr ma nkun għadni qed naraha tagħmel frott. Is-sentenza li meta semgħu l-Griegi li talbu lil Filippu biex joħodhom għand l-Imgħallem, dabbru rashom ’l hemm u ma ltaqgħux miegħu. Ġw:12:20Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. 21Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.” Meta qed ngħix f’mumenti f’aktar bżonn tal-Ewkaristija biex inħares lejn il-Mulej u nara r-rieda tal-Missier. Biex mhux jien 91


li ngħix imma Hu jgħix fija. 10. Tumas: It-tewmi. L-istess Wiċċ tad-Dixxiplu l-Maħbub. Emmen mhux l-ewwel wieħed imma l-aħħar wieħed. Emmen għax ra. Jixxabbat matul il-mejda għax irid jara qabel jemmen. Qed jisma’ lil Ġesù jgħid: Ġw:14:1Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Għadu b’qalbu mħawda. Għadu mhux jemmen. B’wiċċ jitlob spjegazzjoni għax dak li qed jingħad mhux jagħmel sens. X’kuntrast mad-dixxiplu l-Maħbub li Ra u Emmen. Jixtieq ikun jaf it-Triq għax ma jafx fejn sejjer l-Imgħallem, Ġw:14:5Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq? Mistoqsija li serviet biex ilkomunità tiddikjara, 6Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Għajnejh Magħluqa mhux għax qiegħed jikkuntempla bħad-dixxiplu l-maħbub. Imma għax qalbu għadha magħluqa kemm għall-Imgħallem u kemm għal sħabu li ma emminx ix-xhieda tagħhom. Iddubita anki lil sħabu. qabel ma jikkommetti ruħu jixtieq jara u jifhem aktar. B’idejh moħbija taħt ilmejda. Forsi għax ħbiehom bil-mistħija meta qiegħed jiġi mistieden mill-Imgħallem, Ġw:20:27aĠib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi. B’rasu baxxuta u b’wiċċu mdawwal għax qiegħed jisma’: 27btkunx bniedem bla fidi, iżda emmen. B’rasu 92


baxxuta u f’wiċċu jirrifletti d-dawl tal-Imgħallem għax qed jagħmel id-dikjarazzjoni tal-Fidi ta’ kull dixxiplu: 28Mulej tiegħi u Alla tiegħi. B’rasu baxxuta u b’għajnejh magħluqa għax mimli fidi qiegħed jisma’ lil Ġesù jgħidlu: 29Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu. Emmint Tumas. Imma għax rajt. Trid temmen b’għajnejk magħluqa. Trid temmen bla ma tara, inkella mhux fidi. Il-fidi trid tfisser fiduċja għamja. Fil-fidi trid tara bl-għajnejn tal-qalb mhux bl-għajnejn tal-laħam. Il-fidi fil-qalb biss tagħmel il-veru dixxiplu bħal dak id-dixxiplu l-maħbub li tiegħu int it-Tewmi. Il-fidi, 31ali Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla. Il-fidi li twassal lil dawk kollha li jemmnu b’din il-fiduċja li, 31bikollkom il-ħajja f’ismu. Il-ħajja ta’ Ġw:1:12b wlied Alla. Il-ħajja ta’ wlied 13li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla. 11. Igerrem idejh: Ġw:6:60bIebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu? Nisħett is-siegħa u l-mument li qiegħed hawn. Kelli bżonn għandi l-kuraġġ li nqum u nitlaq. Qalbu mħawda. Mifxul. Mument ta’ dalma. Ġw:16:17bX’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand il-Missier’? Imma wiċċu mdawwal għax Ġw:20:19Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien 93


imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom?” 12. B’idejh fuq qalbu. Idejh marbuta fit-talb. Parti minn wiċċu għad-dell tas-salib. Wiċċu Dritt, Sod. Mhux qasba tixxejjer mar-riħ. Juri li Ra. Intebaħ. Għaraf Kristu wieħed u dan imsallab. Id-dixxiplu li għax qed jishar, jitlob. Qed jgħix il-mument. Wiċċu ’l fuq f’sens ta’ Stagħġib. Qisu l-għaġeb tal-presepju. Ilpastur li jissimbolizza l-istagħġib tal-misteru. Jistqarr, ‘Kif jista’ jkun dan,’ mhux bħala dubju, imma bħala apprezzament tal-fidi. Kif jista’ jkun li Ġesù jħobbni daqshekk. X’kobor. Is-sliem ta’ Ġesù jinsab ġewwa qalbu. Għaraf il-kelma tal-Mulej li, Ġw:16:33Dawn ilħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja? 13. Ġesù Preżenti u Mgħotti. Wiċċ Ġesu fil-kalċi bl-inbid aħmar għax huwa demmu. L-Ewkaristija li hija Preżenza Reali u Sagrifiċċju. B’Ħalqu miftuħ. Jgħidilna li ilu ħafna biex nagħmel din l-ikla magħkom. Għalfejn kien ilu mixtieq ħafna għal din l-ikla? X’ried jagħmel? X’ried ifehemna? X’riedna nifhmu? Riedna nifhmu li hu ħabb lilna kif ilMissier ħabb lilu. Riedna nifhmu li Mħabba akbar minn din ħadd ma għandu li wieħed jagħti ħajtu għal dawk li jħobb. Riedna nifhmu li ma sejħilniex qaddejja imma Ħbieb għax Hu l-Ħabib. Jixtieqna 94


niftħulu ħajjitna bħad-Dixxiplu l-Maħbub, li huwa bla isem biex bħalu jkun kull wieħed mid-dixxipli. Ried jara kif se jibqa’ magħna meta aħna konna qegħdin naħsbu kif se neħilsu minnu. Ried li jkollna x’nagħmlu b’tifkira tiegħu biex niċċelebraw l-għotja tas-sagrifiċċju tiegħu għalina u l-preżenza tiegħu fostna. Ried jitmana biex ikabbarna u jsaħħaħna. Ried jibqa’ dejjem magħna u fina. Ried li meta nħares lejn wiċċu nistaqsi kif qed ngħix ir-realtà ta’ din it-tifkira. B’Għajnejh miftuħa. Għadu ħaj. Għad għandu Ġw:1:4l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl talbnedmin. Għadu d-Dawl tad-dinja. Għadu d-dawl li jixtieq idawwal lil kull bniedem. Ġw:1:5Id-dawl jiddi fiddlam, imma d-dlam ma għelbux. Dak li Ġw:1:14sar bniedem u għammar fostna, għadu preżenti fostna. Għadu Magħna. Fil-ferħ u t-tbatija. Id-demm li jagħti l-ħajja lill-qalb li jiffurmaw id-dixxipli flimkien madwar ilmejda Ewkaristika. Imnieħru twil u dritt biex jurina li Ġw:14:6Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Imnieħer twil, li bħad-dixxiplu l-maħbub, irid ikollhom dawk kollha li jemmnu u jgħixu bih. B’idejh ix-xellugija miftuħa beraħ kif inhi miftuħa beraħ l-imħabba tiegħu għalina. Dik l-id li tidher kollha kallijiet u għajjiena bit-tbatija ta’ dak li ġarrbet u b’dak li se ġġarrab. L-id li kienet dejjem hemm għal kulħadd. 95


L-id li biha lill-omm il-mara ta’ Xmun meta kienet marida għamel dak li mhux suppost skont il-liġi. Mk:1:31 Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. Dik l-id li reġgħet għamlet li mhux suppost meta messet lill-imġiddem li b’fidi kbira b’ Lq:512 wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” 13Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq” u minnufih illebbra marritlu. Dik l-id li fiha naraw il-mard, l-uġiħ u t-tbatija tal-umanità kollha. Dik l-id li qabel ma nfired minn magħhom, Lq:24:50 ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’jdejh u berikhom. San Luqa li jispiċċa l-vanġelu tiegħu b’Ġesù jagħtina l-barka li Żakkarija ma setax jagħti għax kien immuta minħabba n-nuqqas ta’ fidi tiegħu. Dik l-id imċappsa bl-aħmar fuq il-wiċċ tagħha għax diġà mtaqqba msallba mas-salib. Diġà bil-marka ta’ dawk il-pjagi li servew bħala l-identità tiegħu meta deher lid-dixxiplu Ġw:20:20bu qalilhom: “Issliem għalikom, 20Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Dawk il-pjagi li meta d-dixxipli rawhom ferħu għax għarfu li hu l-Mulej. Dawk il-pjagi ta’ jdejh li b’imħabba kbira Ġesù, Ġw:20:2qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara jdejja. B’idejh il-leminija tnewwel il-ħobż lid-dixxiplu l-maħbub. Idejh il-leminija magħluqa f’id il-leminija tad-dixxiplu l-maħbub jesprimu l-għaqda u l-imħabba intensa li hemm bejniethom. 96


Il-preżenza tiegħu minn issa ’l quddiem mhux se tkun aktar waħda fiżika imma waħda ta’ fidi. Ilpreżenza hija dik il-biċċa ħobż tas-sema li qiegħda tgħaqqadhom flimkien. Il-ħobż li fiha l-Mulej filglorja tal-Missier huwa preżenti rejalment. Preżenti fil-ħobż kif inhu preżenti fil-kalċi bid-dehra ta’ wiċċu. Inħarsu lejn l-ikona u Nimmeditaw. Inħossu s-silenzju ta’ dan il-mument. Ftit ieħor u ma tarawnix aktar. Ftit ieħor u terġgħu tarawni. Sejjer inlestilkom fejn toqogħdu. Ħudu u Kulu dan huwa Ġismi mogħti għalikom. Fid-dawl u fid-dell. Kuluri u Espressjoni, tal-ħbieb miġbura madwar il-mejda. Kulur tal-kamra kannella u dehbija bid-dellijiet suwed. Kannella dehbi għax f’dik it-tbatija hemm ilpjan etern ta’ Alla. In-naħa tax-xellug, mal-kannella hemm il-ħadrani. Ġesù qed jagħmel dan għaddinja li għadha qed tintrebaħ mid-dlam. Imma dak l-aħdar huwa l-aħdar tat-tama. Ir-rebħa hija talimsallab. Il-qamħa li se tmut se tagħti l-ħajja. Immut, imma wara tlitt ijiem inqum. Dixxipli wiċċhom imdawwal bil-Kelma imma għadhom jarmu dell iswed u mhux dawl. Qalbhom sewda. Mistiedna jagħrfu l-preżenza qaddisa ta’ dak li jagħtina lilu nnifsu bħala ikel għall-pellegrinaġġ tal-ħajja. Dak li tana lilu nnifsu bħala ikel fl-Ewkaristija. 97


1. Nikkontemplaw l-Idejn: Tad-Dixxiplu l-Maħbub magħqudin ħaġa waħda mal-ħobż għax l-Imgħallem jgħix fih; l-idejn jirċievu l-ħobż fil-fidi għax marbut fl-adorazzjoni mal-Imgħallem. Idejn Pietru jirċievu l-ħobż bla ma jifhmu. Għadhom mhux marbuta għalkollox ma’ jdejn l-Imgħallem. Idejn Ġuda bil-ħobż tal-imħabba tal-Imgħallem fihom, jaħbu l-wiċċ tat-tradiment. Jinħeba. Jaf li d-dlam ma jista’ qatt jegħleb id-dawl. Idejn Imtellgħa malwiċċ bil-kunfużjoni. Idejn Miftuħa biex jirċievu. Idejn Imqabbda mad-dell tas-salib. Idejn iserrħu lir-ras mgħottija u tqila bl-għajnejn magħluqa bid-dubju għax għadu bil-lejl. Idejn Magħluqa u mpoġġija mal-ħalq bil-biża’ u l-konfużjoni. Idejn fuq is-Sider jitolbu, jistgħaġbu u jfittxu. Idejn Indrì mal-geddum sorpriżi għal dak li qed jagħmel il-Mulej. Idejn Tumas moħbija taħt il-mejda għax għadu fid-dubju jew għax qed jistħi jmiss il-pjagi tal-Imgħallem. Idejn imqabbda mas-salib talMadalena u bl-oħra fuq l-ispalla jinkoraġġixxu u jressqu mal-ġenb biex tara kollox u tajjeb għax rat lill-Mulej. Idejn Ġesù jnewlu u jagħtu għax ‘ġismi mogħti u demmi mxerred għalikom’ 2. Nikkontemplaw l-Għajnejn: juru u jesprimu l-istagħġib, il-mistoqsija, l-aċċettazzjoni, l-ispjegazzjoni, l-għeja, it-toqol, l-inkwiet, id98


disperazzjoni, id-dubju, it-tpaxxija, il-ferħ, iddeterminazzjoni, il-kontemplazzjoni. Għajnejn ifittxu ħa jaraw għax id-dell tad-dlam qed jagħmel bihom. Jixtiequ jkunu jafu aktar. Imma kollox jiddependi mill-għajnejn tal-persuna li qed tħares għax wiċċ l-Imgħallem huwa wieħed. Wiċċ b’Għajnejn miftuħin beraħ riflessi fil-kalċi biex ikunu d-dawl li juru t-triq il-vera li twassal għall-ħajja. Miftuħin biex jgħidilna, ‘Tagħkom u Magħkom’. 3. Nikkontemplaw il-pożizzjoni tal-Ġisem: iddixxiplu l-maħbub inklinat ħafna ’l quddiem għax emmen fl-Imgħallem bħala l-Mulej. Ġakbu wieqaf jistaqsi. Madalena inklinata biex ma jaħirbilha xejn. Tumas inklinat kważi rasu mal-mejda fl-istqarrija talfidi. Pietru inklinat lejn l-Imgħallem b’subordinazzjoni. Indrì inklinat paxxut bl-Imgħallem, jaċċetta kollox mingħajr ma jfittex li jifhem. Filippu inklinat jaf li Ġesù jista’ jurih lill-Missier. Nikodemu inklinat biex iserraħ. Mal-Imgħallem imma għadu mhux tiegħu. Inklinat igerrem idejh bid-dubju. Wieqaf għax qed jishar u jitlob. Kif kienu wieqfa saħansitra taħt is-salib il-Mara u d-dixxiplu l-maħbub. Inklinat lura għax qed iħares lura lejn id-dlam. Ġuda jdawwar ħarstu lejn l-Imgħallem. Sejjer fid-dlam. 4. Nikkontemplaw il-Ħobża Maqsuma: fiċĊentru, il-post tal-Imgħallem, għax Ġw:20:19ġie Ġesù 99


u qagħad f’nofshom. Ħobża waħda tgħaqqad liddixxipli kollha qalb waħda. 1Kor:10:16bU l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu? 17Għax la l-ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; lkoll kemm aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda. Impoġġija bħala Vittma fuq is-salib tas-sagrifiċċju. Il-ħobża li aħna nsejħulha ‘Ostja’ li tfisser Vittma. Imma vittma u sagrifiċċju fuq id-dvalja l-bajda talqawmien. Fiċ-Ċentru ġġib l-isem tal-PX, CHI-RHO. L-Isem li hu fuq kull isem. L-Isem li quddiemu kull irkoppa fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art trid tinżel għarkuppteha. L-Isem li bih kull bniedem huwa salv. Ħobża maqsuma f’biċċiet mhux indaqs. Kulħadd jiggwadanja skont kemm jemmen. Lil dak li emmen ħafna jingħata biċċa sħiħa biex jingħaqdu ħaġa waħda miegħu, l-Imgħallem u d-dixxiplu l-aktar li ħabb u kien maħbub. L-ewwel li Ra u emmen. Wieqaf ma’ ommu taħt is-salib. Pietru biċċa daqs tad-dixxiplu l-maħbub. Imma mhux daqsu fil-fidi, Ġw:20:4It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Ġuda bil-ħobż f’idu jippreżenta lil 1Kor:11:27kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej. 28Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż u jixrob il-kalċi. 29Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, 100


ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess. 5. Nikkontemplaw l-Għaqda ta’ Bejniethom: Madwar il-mejda jiffurmaw Qalb waħda madwar Ġesù. Qalb tixbah lil dik tal-Imgħallem għax trid tkompli l-missjoni tiegħu. Meta jarawkom magħqudin l-oħrajn jistgħu jemmnu. Ġw:17:21nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. Atti:4:32 Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Unità fid-diversità. Kollha differenti u tista’ tiddistingwi wieħed mill-ieħor faċilment. Imma flimkien qalb waħda. 6. Nikkontemplaw il-Wiċċ fl-Inbid: Inbid Aħmar għax mibdul f’demm. Ġw:6:55bdemmi hu tassew xorb. Id-demm tal-ħaruf li bih aħna salvati; Rum:5:8 Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin. 9Kemm aktar u aktar issa li aħna ġġustifikati b’demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta’ Alla! Id-demm talĦaruf tal-Għid li jneħħi d-dnub tad-dinja. Mhux maqtul fit-tempju mill-qassis. Imma l-qassis il-kbir innifsu mdendel mas-salib huwa l-ħaruf tal-Għid li b’demmu mxerred għalina jneħħi d-dnub taddinja. L-għotja Ewkaristika li hija ‘d-demm li jixxerred għalikom u għall-bnedmin kollha għall-maħfra taddnubiet’ kif għadu jgħid is-saċerdot illum fil-kliem 101


tal-konsagrazzjoni. Kliem li qalulna l-Mulej Ġesù meta bil-kalċi Ewkaristiku kien qiegħed iwaqqaf ilpatt il-ġdid; Mt:26:28għax dan huwa demmi, id-demm talPatt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. L-għotja Ewkaristika tal-Mulej li llum għadu jaħfer id-dnubiet u jsalva lill-bnedmin kollha li jersqu lejh biex jirċevuh għax jemmnu li għandhom bżonnu. L-għotja Ewkaristika li biha, il-Mulej Ġesù b’dak il-Wiċċ Ħaj fil-kalċi, għadu jsejjaħ lil kulħadd għal għandu. Għadu jrid isalva lil kulħadd middnubiet tiegħu u tagħha, huma x’inhuma, għax huwa s-salvatur tad-dinja. Dak il-wiċċ ħaj fl-għotja Ewkaristika li fih għandna r-rivelazzjoni u l-identità tal-wiċċ veru tal-Mulej Ġesù. U għalhekk l-identità u l-wiċċ ta’ Alla l-Missier għax Ġw:14:9min ra lili ra lillMissier; Kol:1:15Hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx. L-inbid aħmar għax bħad-demm jagħti l-ħajja vera. Ħajja ta’ ferħ li jaf jagħti huwa biss: Ġw:15:11Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dak il-ferħ li ma jista’ joħodhulkom xejn u ħadd għax tahulna hu; Ġw:16:22bil-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom. Il-Kalċi b’dak il-wiċċ ħaj għax fih jgħammar Kristu Ġesù ħaj fil-glorja. Għax ħaj niċċelebraw dan il-kalċi ta’ demmu fl-istennija tal-futur. Niċċelebrah bittama li se jerġa’ jixrob magħna fis-saltna tal-Missier; Mt:26:29 Ngħidilkom, li ma nerġax nixrob iżjed minn dan il102


frott tad-dielja sa dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri, meta ningħaqdu qalb waħda fil-postijiet li lestilna HU; Ġw:14:2Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. Il-Kalċi li bħal Ġakbu u Ġwanni, ilkoll irridu nixorbu jekk irridu ngħixu ta’ dixxipli ta’ dak li ta ħajtu għalina. Dak il-wiċċ ħaj fil-kalċi tad-demm aħmar b’għajnejh miftuħa beraħ u b’imnieħru twil it-triq li rridu ngħaddu minnha li qiegħed b’fommu miftuħ jgħidilna, Ġw:14:1Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. 7. Biex nagħmlu Esperjenza ta’ Intimità: Intimità profonda li d-dixxiplu l-maħbub qiegħed jagħmel mal-Imgħallem f’esperjenza Ewkaristika. Ħaġa waħda fl-għotja tal-ħobż. Qed jinbidel fl-Imgħallem għax qiegħed iħalli l-Imgħallem jibdlu fih. Dan jista’ jseħħ meta nċedi u nagħti lili nnifsi. Fl-imħabba bla aġenda u bla kundizzjoni. B’għajnejja magħluqa għax hija esperjenza interjuri. B’għajnejja magħluqa għax b’fiduċja waħda fil-Missier li qed imexxi l-istorja. Bil-fiduċja fl-oħrajn li jixtiequ jaqsmu din l-imħabba miegħi. Li magħhom qiegħed nifforma l-qalb talkomunità bil-Mulej Ġesù ċ-ċentru tagħna. Fiduċja fija nnifsi għax mingħajr ma jistħoqqli, jien imsejjaħ għallmejda. Biex ningħaqad ħaġa waħda miegħu. Biex jien u Hu nsiru ħaġa waħda bħad-Dixxiplu l-Maħbub. 103


8. Biex Nagħrfu Nsibu t-Tifsira tal-Ewkaristija fil-Paradoss u Kontradizzjoni: L-għaqda bejniethom fil-qsim tal-ħobż. Isem sħiħ iffurmat fil-biċċiet. Jinqasam u komplet. Is-salvazzjoni tagħna fit-telfien tiegħu. Dawl il-Mulej juri dell tal-Mewt. In-niket u l-faraġ. Il-kuraġġ tal-id fuq l-ispalla u t-tħassib fl-uċuħ. Il-mistoqsija ta’ Pietru u t-tweġiba. Il-fidi u l-qtugħ ilqalb. Fil-faqar tiegħu nistgħanew aħna. Il-forka tas-salib tagħti l-ħajja. Id-dubju u r-rebħa. Fid-diversità tal-qlub hemm qalb waħda u unità. Tbatija u sabar. Fil-mewt il-ħajja. Fl-faqar għandna l-kisba. Is-salib iswed fuq iddvalja bajda. Id-deheb mal-kannella. L-aħmar mal-blu. Bin iċ-ċaħda ma’ bin l-imħabba. Mogħti kompletament fil-biċċa. Assenti imma preżenti. F’din il-ħajja għallħajja ta’ dejjem. Fiż-żmien għall-eternità. 9. Biex nidħlu fil-Misteru Ewkaristiku. Ħaġa waħda ma’ Dak li hu d-demm li jagħti l-ħajja lill-qalb. Qalb kull bniedem. Qalb il-komunità miġbura f’ismu u madwar ismu. Fih biss il-għaqda. Mingħajru firda. L-ewwel irranġa ma’ ħuk. Demmu frott l-għotja ta’ mħabba li tagħti l-ħajja. Demmu jbaqbaq fil-vini tagħna. B’demmu hu jgħix fina. 10. Biex naqraw Ismu fiċ-ċentru tal-ħajja talkomunità. Ħadd ma jista’ jieħu ċ-ċentru. Hu l-mexxej tal-knisja. Hu l-ġebla tax-xewka. Aħna lkoll fiċ-cirku madwar l-istess mejda. Komunità mhux piramida 104


imma ċirku. Mhux tal-ewwel klassi u tat-tieni. Biddinjità mingħajr dinjitarji. Aħna lkoll aħwa. Ilkoll fi Spirtu wieħed. Il-Mulej wieħed fil-post li jagħlaq iċ-ċirku tal-qalb. Id-demm li qiegħda tippompja l-qalb huwa d-demm tal-kalċi ta’ demmu. Ilkoll ksibna d-dawl fih. Imdawla fih u bih. Nirriflettu lilu. Għajnejna ffissati fih. Ilkoll ngħixu taħt dell salibu. Is-salvazzjoni għal min jemmen fiH. Is-salib miktub fuq il-mejda Ewkaristika għax hija s-sagrifiċċju tal-għotja tas-salib. Demmu mxerred għad-dnubiet tal-bnedmin kollha. Hu r-ras talMejda għax hu r-ras tal-Ġisem. Flimkien, Hu u Aħna nagħmlu ġisem wieħed, qalb waħda, ħajja waħda ġejja minnu għax dielja waħda, zokk u friegħi. Hu d-dawl tad-dinja li jdawwal lil dawk kollha li jemmnu f’Ismu. Biex aħna li ksibna l-ġustifikazzjoni f’ismu, nagħmlu dan b’tifkira tiegħu. Biex nimtlew bl-għerf tiegħu u naħsbu bħalma kien jaħseb Hu. Biex inwassluh madwar id-dinja kollha kif jindikaw l-erba’ truf tal-mejda rektangulari. Biex inkunu d-dawl tad-dinja u l-melħ taddinja li Alla tant ħabb li ta lil Ibnu l-waħdieni mhux biex jikkundannaha imma biex isalvaha. 11. Biex Nieklu l-Ħobż bla Ħmira. Ħobż ażżmu. Il-Mazzott. Ħobż ġdid. Ħobż il-bniedem il-ġdid. Mhux magħġun mal-ħmira tal-bieraħ. Mingħajr ilħmira tal-bniedem il-qadim. Ħobż l-inbid il-ġdid li jrid damiġġani ġodda. Mingħajr il-ħmira tal-Fariżej. 105


Jgħixu gidba għax moħħhom kif se jidhru Popolari. Mingħajr il-ħmira ta’ Erodi. Moħħu fil-Poter u mhux kif se jservi. Mingħajr il-ħmira tad-dinja moħħha biss fil-Pjaċiri li jgħaddu. Ħobż bla ħmira maħlul minn kull irbit. Maħlul minn kull ankra talpassat. Ħobż ta’ min jobgħod ħajtu għall-imħabba tiegħu. Ħobż ta’ min jitlef lilu nnifsu biex jikseb lillImgħallem. Min jitbattal minnu nnifsu biex jimtela biH. Ħobż maqsum imsejjaħ ‘Ostja’ li tfisser Vittma. Ħobż li permezz ta’ kull biċċa minnu, Alla jagħti lilu nnifsu kompletament lil kull waħda u wieħed minn uliedu. Alla jaqsam mhux iqassam. Alla ma jqassamx lilu nnifsu biex kull wieħed jieħu biċċa. Imma jaqsam lilu nnifsu biex kull wieħed jieħdu b’mod sħiħ. Jingħata kompletament lil kulħadd bħallikieku ma kien hemm ħadd aktar. Dan hu dak li qiegħed jifhem id-Dixxiplu l-Maħbub marbut minn idejh il-lemin ma’ id Ġesù l-leminija f’dik il-biċċa ħobż bla ħmira. Jagħtik l-impressjoni li qed jgħix f’dinja oħra mill-oħrajn. Li qed jgħix rejaltà oħra milli qed jgħixu l-oħrajn. Fehem dak li qed jagħmel Ġesù għax hu nnifsu kien inbid ġdid, ħobż bla ħmira, bniedem ġdid. 12. Nikkontemplaw il-Preżenza u l-Intimità: Qed issir azzjoni profonda. Is-silenzju taqtgħu b’sikkina. Ilpreżenza ta’ Alla tinħass. Il-qawwa tal-Ispirtu qiegħda hemm. Qed naraw dak li qed jiġri. Kif qed jarah Ġesù? 106


Ġesù Trasparenti imma Preżenti Realment i. Preżenti f’Idejh ix-Xellugija: titkellem u tirrivela l-Ġenerosità tiegħu. Miftuħa u maqsuma bil-kallijiet, għax dejjem lesta sservi lill-bniedem batut u fil-bżonn. Imċappsa bid-demm għax ittaqqbet bil-pjaga tal-għotja totali. Il-Pjagi li wera lid-dixxipli wara l-qawmien bħala l-identità tiegħu. Jurihom biex juri x’għamel għalihom. Jurihom biex juri x’iridu jagħmlu għal xulxin. Għeżież oħti u ħija, fejn huma l-pjagi tiegħek għax tħobb kif iħobbna Hu? ii. Preżenti f’Idejh il-Leminija: turi l-Imħabba u l-Attenzjoni tal-Mulej fil-mod li bih iżomm il-ħobż magħqud ħaġa waħda mal-id il-leminija tad-dixxiplu. Għaqda flimkien taż-żewġ idejn tal-lemin. Juru l-għaqda u l-ħbiberija espressa fl-Ewkaristija. Jorbtu ż-żwieġ bejn l-Għarus u l-għarusa. Il-Mulej u l-Knisja. Efes:5:23b bħalma Kristu hu ras il-Knisja, is-salvatur tal-Ġisem tiegħu. Kapaċi nagħti jdejja l-leminija lill-Imgħallem biex nesprimi din l-unità? Nixtieq nidħol f’din ir-relazzjoni miegħu? Dawk li taw idejhom il-leminija lil xulxin fiżżwieġ, qegħdin jgħixu din ir-relazzjoni ta’ unità fl-imħabba? iii. Preżenti fir-Rifless fil-Kalċi mimli bl-inbid aħmar bħad-demm. Ma nistgħux naraw lil Ġesù fl-Ewkaristija jekk ma narawhx preżenti fit-tbatija ta’ ħutna. Illum qatt ma nara wiċċu direttament. Narah jekk niftaħ għajnejja għall-iżgħar fost ħuti. 107


Mbagħad huma wkoll iweġbuh, ‘Mulej,’ jgħidulu, ‘meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?’ 45Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, ‘Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma’ wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.’ Mother Theresa kienet qaltli: ‘Aktar faċli temmen li Ġesù jinsab preżenti fl-Ewkaristija milli temmen li jinsab filbniedem fil-bżonn.’ Kemm hu veru! L-Ewkaristija qegħda tieħdok għand ħuk fil-bżonn, forsi l-aktar qrib tiegħek? U ħuk fil-bżonn qiegħed jieħdok għand l-Ewkaristija? iv. Preżenti fil-CHI-RHO: fil-ħobż maqsum għalina li jifforma l-isem messjaniku Grieg ta’ Kristu Ġesù. Dak li dejjem inqasam għall-oħrajn. Dak li qatt ma qasam lil ħadd. Dak li ġie biex iservi u jagħti ħajtu għall-kotra. Dak li mhux sallab lilloħrajn imma issallab għall-oħrajn. Dak li ma ġiex biex jikkundanna imma biex isalva. Bil-mod kif tingħata għall-oħrajn, iġġib ismu? v. Preżenti fl-Espressjoni tad-Dixxipli Madwar il-Mejda: Jixtiequ jkunu jafu t-triq. Jixtiequ jaraw lill-Missier. Għadhom ma fehmux li ‘Jien Hu.’ Ma fehmux li min ra lilu ra lill-Missier. Għadhom ma fehmux li HU d-Dawl tad-Dinja. Għadhom ma fehmux li kien se jwassalhom għand il-Missier għax Mt:25:44

108


hu kien lest li jsir it-Triq. Għajnejhom f’Ġesù. Imma x’inhuma jaraw? X’qegħdin naraw aħna bħala Rifless minn Għajnejhom, Wiċċhom, Ħarsithom, ilQagħda tagħhom? Din l-azzjoni Ewkaristika, x’timbru qed tħalli fuqhom u fihom,? X’Timbru qed tħalli fina permezz tagħhom? Il-Mulej jasal għand il-bnedmin permezz ta’ bnedmin. Hemm min ra d-dawl tal-Mulej għax irriflettejthulu inti? Inti dawl tal-Mulej? Inti dawl li turi lilu? Inti triq li twassal għal għandu? Int dixxiplu li tixhed lilu? vi. Preżenti fid-Dell tas-Salib: Id-dell talImgħallem. Id-dell tas-salib li jibqa’ sejjer aktar ’il bogħod miċ-ċirku tad-dixxipli. Demmi mxerred għall-bnedmin kollha. Mhux biss għal dawk li qed niċċelebra magħhom din l-ikla. Ġw:17:20M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom. Id-demm li se jibqa’ jiġi mxerred minn dawk li jgħixu l-kmandament tal-imħabba tiegħi. Minn dawk li se jsiru Ostja, Vittma, bħali. Is-salib li jrid jibqa’ dejjem fiċ-Ċentru ta’ kull komunità li ġġib ismu. Trid tinbena fuqu u madwaru. Fuq is-salib hemm il-ħobż maqsum. Ilqamħa li tmut li tagħti l-ħajja. Jidher sewwa fuq idDvalja l-Bajda tal-ħajja ġdida mirbuħa bil-qawmien. Trid tmut biex tikseb il-ħajja. Trid tingħata biex tinkiseb. Int Qtilt l-bniedem il-qadim biex tikseb lil 109


Kristu? Taf li dan jista’ jseħħ biss bil-fidi fl-Isem talMulej Ġesù? Taf li s-salib sar l-Identità tal-Mulej. Li d-dixxipli madwar il-mejda jsibu l-identità tagħhom jekk jerfgħu salibu? Li jsibu ħajjtihom jew jagħtuha u jitilfuha mhux jekk jibżgħu għaliha. Taħseb li inti sibtha? Fiex qed issib lilek innifsek u l-identità tiegħek? vii. Preżenti fid-Dellijiet tad-Dixxipli: Kull dixxiplu qed jarmi d-dell tad-dlam tiegħu fil-kamra. Dan id-dell qiegħed warajhom għax ġej mid-dawl li qed tarmi id-dvalja l-bajda. Id-dvalja li qed tagħti d-dawl ta’ ħajja ġdida. Id-dvalja li qed tgħatti l-mejda karettarizzata miċ-ċediment tas-salib u mill-għotja tal-qsim tal-ħobż. Id-dvalja l-bajda xhieda li qam u għadu ħaj. Xhieda li wara l-għotja u t-telqa tal-imħabba hemm il-qawmien. Dan il-qawmien jidher l-aktar ċar f’Marija ta’ Magdala b’rasha mgħottija bl-abjad. L-unika waħda li mhix tarmi dell mal-ħajt għax kienet l-ewwel waħda li xehdet għall-qawmien tal-Mulej Ġw20:18 Rajt lill-Mulej. Il-Mulej Qam. Ħajtek hija dell ta’ dlam jew xhieda ta’ kuraġġ u qawmien? Inti strument ta’ fidi jew ta’ dubju u qtiegħ il-qalb? Inti tiżra’ jew ixxerred? viii. Preżenti fil-ħobż tal-ħajja Mogħti b’Xejn u lil Kulħadd. Ħadd ma jista’ jiġi mċaħħad mill-ħobż ħaj li l-Missier jagħti mis-sema lil uliedu. Il-ħobż li jagħti l-ħajja lil kull bniedem. Tnax id-dixxiplu u 110


Tnax huma l-biċċiet li fihom il-ħobża waħda ażżma hija maqsuma. Disa’ biċċiet fuq il-mejda, waħda f’idejn Ġuda li ttradih, waħda f’idejn Pietru li ċaħdu, u l-oħra f’idejn id-Dixxiplu l-Maħbub. Ġesù ma jridx jitlef jew jeskludi lil Ħadd minn dawk kollha li ħadu l-ħajja ta’ dejjem għax jemmnu f’Alla wieħed u f’Ġesù Kristu li huwa bagħat, Ġw 17:3. Temmen li Ġesù jistiednek personalment għallEwkaristija? Ġieli tlift l-Ewkaristija bi traskuraġni jew għax ħsibt li ma jistħoqlokx? Temmen li huwa vera li ma jistħoqlokx għax ħadd ma jistħoqqlu? Jew ġieli ħsibt li int jistħoqqlok u kkundannajt lil xi ħadd li ma jistħoqqlux? Ġieli ddikjarajt li xi persuna ma għandhiex tersaq għallEwkaristija? Temmen li Ġesù qal ‘ejjew għandi intom ilkoll u jiena nserraħkom’ mill-ebusija tal-liġi Fariżajka? ix. Preżenti fl-Unità fid-Diversità: l-unità f’qalb waħda ta’ dawn madwar il-mejda qiegħda sseħħ f’diversità kbira. Diversità kbira ta’ fidi: mhux lkoll qed jemmnu l-istess ħaġa. Diversità ta’ rikonoxxenza: mhux ilkoll qed jifhmu ndaqs. Diversità ta’ impenn: mhux ilkoll lesti jagħtu l-istess impenn għal dak li qed jiġi ċċelebrat. Diversità ta’ intimità: mhux ilkoll qed iħobbu ndaqs dak li qed jagħmel l-imgħallem. Imma din id-diversità ssib l-unità fil-fidi u l-fiduċja tagħhom fl-Imgħallem, anki jekk ma jistgħux jaċċettaw u jifhmu lkoll l-istess f’dak li qed jagħmel. L-Unità 111


tagħna huwa biss il-Mulej, ir-Ras tal-Ġisem. Il-Mulej li ma jrid lil ħadd jibqa’ barra u jintilef. Ġw:17:12Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Min telaq ma kienx imkeċċi. Telaq għax ried hu. Baqa’ barra għax ried hu. Ħadd ma kellu dritt ikeċċih għax ilkoll qed jistqarru: Mulej ma jistħoqqlix. Min jaħseb li jistħoqqlu ma jistax ikun qalb waħda mal-oħrajn. Jistona għax jaħseb li hu superjuri. Forsi anki jaħseb li jista’ jieħu ċ-ċentru flok l-Imgħallem. L-Ewkaristija mhux rikonoxximent għall-qdusija jew tjubija ta’ xi ħadd. Imma Għotja tal-Imgħallem. Grazzja mingħand l-Missier. Il-ħobż tas-sema li bih il-Missier jitma’ lil uliedu. Mhux għax jistħoqqilna. Imma għax iħobbna. L-Ewkaristija hija Ikel għall-mixja tal-ħajja, għall-vjaġġ li kull persuna għandha quddiema biex Tingħaqad mal-Mulej Ġesù rebbieħ u glorifikat minn fuq is-salib. Ġw:17:24Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Vjaġġ ta’ mħabba mingħajr ebda kundizzjoni. Vjaġġ ta’ ‘Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’ Inti preokkupat li l-komunitajiet Insara li nemmnu fi Kristu Ġesù ma nirċevux l-Ewkaristija flimkien? Tweġġgħak din il-firda jew issib diskors biex tiġġustifikaha? 112


x. Preżenti fl-Uċuħ kollha fid-Dawl. Minkejja id-diversità kollha ta’ fidi, fiduċja, intimità u impenn, l-uċuħ ta’ dawk kollha li baqgħu mal-mejda jinsabu għad-dawl. Dawl li l-ebda wieħed minnhom, kemm jekk Kattoliku jew Protestant, kemm jekk hu Pietru u kemm jekk hu d-Dixxiplu l-Maħbub, ma jista’ jagħti lilu nnifsu jew lill-oħrajn. Id-dawl fuq il-wiċċ ta’ kull wieħed ġej mil-Liżar tal-Qawmien. Ġw:9:5bJiena hu d-dawl tad-dinja. Hija r-rebħa tal-Mulej li dawlet lil kull bniedem. Hija l-fidi fil-qawmien li tagħti l-post lil kull bniedem li joqgħod madwar il-mejda ħalli jkun qalb waħda mal-Imgħallem u mad-dixxipli. Hija r-rebħa tal-Mulej li għamlitu r-Ras tal-Ġisem li hija l-għaqda ta’ dawk kollha li jemmnu fiH. Riedna nkunu merħla waħda taħt Ragħaj Wieħed, li Hu Kristu Ġesù. Ġw:10:10bJiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra. 11Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Ġieli ħassejtek superjuri li inti Kattoliku? Titkellem biżżejjed fuq il-Mulej li jagħti l-ħajja? Applikazzjoni: Meta tara din l-ikona tal-ikla Ewkaristika: mill-perspettiva ta’ Ġesù, x’tara ġdid? Xi tgħid kieku kellek tiddiskrivi lil xi ħadd l-esperjenza li l-Mulej Ġesu qiegħed jagħmel waqt din l-ikla. Tara f’għajnejh ix-xewqa li jerġa’ jagħmel din l-ikla anki miegħek illum? Dik ix-xewqa li hu 113


esprima mad-dixxipli meta qalilhom, Lq:22:15Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati! X’ġagħal lil Ġesù jibdel ta’ taħt fuq it-tifsira tal-ikla tal-Għid tal-Lhud li kien qiegħed jiċċelebra? X’sinifikat ġdid ried jagħti lil din l-ikla? X’tifsira ġdida ħadu l-barkiet u s-simboli tal-ikla Lhudija? Meta taħseb li kien il-waqt li fih Ġesù kkommetta ruħu li jagħti ġismu u demmu bħala l-Patt il-Ġdid tal-imħabba ta’ Alla? X’impatt ħalliet din l-għotja totali ta’ Ġesù fuq id-dixxipli madwar il-mejda? Nistgħu naraw wiċċhom, għajnejhom, idejhom, l-espressjonijiet u l-inklinazzjonijiet tagħhom. Ifittxu, jistaqsu, jaċċettaw u mistagħġba. Kollha wieqfa, kwieti u mwaħħlin jistaqsu; dan kollu x’ifisser? Fejn se jwassal? Nistgħu nafdawh? Nistgħu nintelqu u nagħtu lilna nfusna għalih? Ġesu xtaq b’xewqa kbira li jagħmel din l-ikla magħhom għax kellu ħerqa kbira; Li jkun magħhom u jibqa’ dejjem magħhom. Li jaqsam magħhom u jinqasam għalihom. Li jinfetaħ beraħ għalihom. Li jixxerred mal-erbat irjiħat. Li jingħata kompletament. Li jkun magħruf u jgħarraf Li jinftiehem u fiehem. Li jkun aċċettat u mikul. 114


Li jiġi mfakkar u mgħejjex. Li jitlaq u jibqa’. Ġesu rriskja, li jinftiehem ħażin, li jirrifjutawh, jiċħduh u jittraduh Biex hekk jista’ jghix fil-qalb ta’ qalbna fejn ikun jista’ jibni s-santwarju intimu ta’ mħabba. Ġesu għandu xewqa li jagħmel din l-ikla. Imma Qalbu tqila. Hemm urġenza fi kliemu. Hemm intensità li tfittex li tesprima lilha nnifisha u ssib ilqofol tagħha fil-qsim tal-ħobż u t-tberik ta’ l-inbid. Intensità li nagħrfu l-verità tal-qalb dwar imħabba li tagħti lilha nnifisha. Intensità li nagħmlu dan b’memorja tiegħu. Intensità li nħobbu kif iħobbna hu. Idejh turi t-tensjoni ta’ din ix-xewqa li jagħti lilu nnifsu. Li jċedi lilu nnifsu u fl-istess ħin jibqa’ ma’ dawk li jħobb. L-id ix-xellugija miftuħa beraħ; vojta għax għadha kif ingħatat fil-ħobż lil Pietru. Il-leminija hija magħluqa; iżżomm bi ħlewwa l-hobż mad-Dixxiplu l-Maħbub. Intensità li ma tinħall qatt u b’xejn. X’qed jixtieq u jistenna? Kien hemm ħafna aktar affarijiet li ried jgħidilhom. Affarijiet bħallikieku Missier jixtieq jgħid lil uliedu fuq is-sodda talmewt. Kien se jitlaq. Xtaq lid-dixxipli tiegħu jkunu jafu u jifhmu. Din hija l-aħħar darba li se jitkellem intimament magħhom. Kien jaf li s-siegħa tiegħu waslet. Ġw:13:1Kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex 115


jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Imma moħħhom kien tqil. Kellu xewqa għal din issiegħa tal-għotja kompleta, li ma setgħetx tasal kieku ma żammx lilu nnifsu dejjem miftuħ għal dak li ried il-Missier. Dan hu dak li kien jifhem bil-kelma ‘Meħtieġ.’ Lq:9:22U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Din ix-xewqa kienet ilquċċata ta’ ħajja mgħixa f’imħabba kbira għal ħbiebu. Ix-xewqa li Ġesù jagħmel din l-ikla mad-dixxipli tiegħu, żgur li ma kenitx xewqa li jaqsam xi ftit tal-ħin mad-dixxipli qabel ma jbati. Kienet ħafna aktar minn hekk. Kienet il-bżonn li juri u jfiehem lid-dixxipli li hu l-‘Jien HU’. Juri u jfiehem liddixxipli l-missjoni tiegħu. Li l-missjoni tiegħu saret il-missjoni tagħhom, Ġw:13:15Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll. Ġw:17:18Kif inti bgħatt lili fid-dinja, hekk jiena bgħatt lilhom fid-dinja. Kieku d-dixxipli ma fehmux dan, dak kollu li għamel ikun fil-vojt, jiġi fix-xejn u jmut miegħu. Naħseb li kienet xewqa kbira li huma jifhmu dan u jagħmlu dak kollu b’tifkira tiegħu. F’din ix-xewqa ta’ Ġesù tinqata’ b’sikkina d-djieqa u s-sofferenza li tidher f’idejh u f’ħarstu fid-demm fil-kalċi. Kif ġabu ruħhom id-dixxipli quddiem din 116


is-sofferenza? Quddiem din l-istennija ta’ Ġesù? Xi wħud baxxew rashom għaliha, irrispettawha u rċevewha. Oħrajn stagħġbu biha u ntilfu fiha. Wieħed lanqas biss seta’ jaċċetta u telaq ’il barra. U int li qed taqra u tara, kif iġġib ruħek? Il-Vulnerabilità u l-Periklu ta’ Ġesù jidhru l-aktar fir-reazzjoni ta’ dawk preżenti. Kienu tqal biex jifhmu, Lq:24:25Qalilhom Ġesù: “Kemm intom boloh u tqal biex temmnu. Ma fehmu xejn jew fehmu kollox ħażin. Ġw:14:9Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Din kienet tbatija morali kbira għal Ġesù. Forsi profonda aktar mit-tbatija fiżika. Kieku għajnejn Pietru juru x-xewqa li jixtieq jifhem. Imma qalbhom kienet sewda u mħawda. Ftit qabel f’dak l-istess lejl, Pietru diġà tħawwad meta Ġesù ħasillu saqajh. Ma seta’ jifhem xejn. Naħseb għadu jissara biex jifhem dak li ġara u dak li qed jiġri issa. Qallu li lest li jagħti ħajtu kif qed jagħmel l-Imgħallem. Imma r-risposta kienet iċ-ċaħda. Ġw:13:38Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet? IdDixxiplu l-Maħbub differenti. Hu jmiss u jżomm f’qalbu s-sofferenza ta’ Ġesù b’mod profond u sagru. Juri li qed jaċċetta. Juri l-istess xewqa u stennija li qed jesprimi Ġesù. Jidher li x-xewqa kbira li kellu Ġesù li jagħmel 117


din l-aħħar ikla kienet fuq kollox li jkun ħaġa waħda ma’ dawk li jħobb u li jibqa’ magħhom għal dejjem. Il-forma tal-qalb madwar il-mejda trid tibqa’ għal dejjem, biex huma jkunu fejn ikun hu, fil-ħajja eterna. Ġw:17:24Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw ilglorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Riflessjoni Personali: Innutaw il-ħarsa u l-espressjoni fuq wiċċ kulħadd. Liema waħda taqbel miegħek? X’inhu dak li l-aktar laqtek f’din l-immaġini tal-‘aħħar ikla’? Konxju mill-istedina li qed jagħmillek biex inti tieħu postok fuq il-mejda? F’liema post toqgħod? Ma’ liema dixxiplu tiddentifika ruħek? Quddiem din l-ikona, l-Ewkaristija saret tfisser xi haġa ġdida għalik illum?

118


Konklużjoni

Wara dak kollu li bl-għajnuna tal-Ispirtu Qaddis ktibt f’dawn iż-żewġ kotba, ma għandi l-ebda konklużjonijiet x’nagħmel. Infakkar biss fil-qosor dak li għidna ħalli kulħadd jagħmel il-konklużjoni tiegħu għalih innifsu. Fl-ewwel ktieb tkellem dwar l-elementi talPassat, tal-Futur u tal-Preżent tal-Ewkaristija. Passat: San Pawl u l-vanġeli Sinottiċi jinsistu: ‘agħmlu dan tifkira tieghi’ bħala rabta u tiġdid tassagrifiċċju waħdieni tas-salib tal-Mulej. Futur: San Pawlu jinsisti li fl-ikla Ewkaristika aħna mhux biss, ‘inxandru l-mewt tal-Mulej,’ imma nagħmlu dan bit-tama, ‘sa ma jiġi.’ Is-Sinottiċi jinsistu li dan huwa preparazzjoni għall-Ikla fuq ilmejda tal-Missier fis-saltna ta’ dejjem. Preżent: Ġwanni jinsisti li ‘laħmi hu ikel tassew u demmi huwa xorb tassew.’ L-Ewkaristija hija l-ħobż ħaj li l-Missier jagħtini 119


mis-sema biex immantni l-ħajja ġdida ta’ wlied li tana bil-fidi fi Kristu Ġesù. Din hija l-viżjoni sħiħa tal-Ewkaristija li nsibu fil-Kelma ta’ Alla. San Pawl, jgħidilna, ‘Agħmlu dan tifkira tiegħi’ għal darbtejn. Ma jitkellimx biss mill-PASSAT, imma jitkellem ukoll mill-FUTUR. Meta nagħmlu din l-ikla, inkunu qed inħabbru ‘l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.’ L-Ewkaristija mhix biss itTifkira ta’ dak li għamel il-Mulej fil-misteru tal-Għid, imma wkoll, ċelebrazzjoni tal-fidi li se jerġa’ jiġi. Fidi tant qawwija fl-ewwel komunità, li l-aħħar kelma tal-Ġdid Testment hija l-kelma Maranatha. Kelma li nżammet bl-oriġinal, bl-Aramajk, għax għalihom kienet importanti ħafna. Meta San Pawl jorbot l-ikla tal-qsim tal-ħobż ‘mal-mewt tal-Mulej’ fuq issalib, allura qiegħed diġà jitkellem mill-element ta’ SAGRIFIĊĊJU. Element li ma setax jiġi żviluppat għax l-Insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija fid-djar u mhux fit-tempji. Imma meta kiber in-numru tal-aħwa u nbnew it-tempji, allura żviluppa l-ministeru talpresbiteri residenti ta’ kull komunità kif tant seħqet id-Didakè u l-aspett sagrifikali tal-Ewkaristija. Il-vanġeli ta’ San Mattew u San Mark, jagħtuna l-element tal-PASSAT. Huma jippreżentaw lil Ġesù jagħmel l-aħħar l-ikla tal-Għid qabel ma bata. Matul din l-ikla tas-Seder, jippreżentawlna lil Ġesù jagħmel 120


il-barka Ewkaristika fuq il-Kalċi u fuq il-ħobż. Għalhekk l-Ewkaristija tieħu t-tifsira ta’ memorja. Memorja li Tfakkar il-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej u mhux l-ikla tal-Għid Lhudija. San Luqa huwa l-uniku evanġelista li bħal San Pawl jagħtina l-formola, ‘Agħmlu dan b’tifkira tiegħi’ għal darbtejn. Għalhekk huwa wkoll jintrabat mal-istess ħsieb taż-żewġ Sinottiċi l-oħra. Imma din it-tifkira mhix biss fis-sens ta’ memorja tal-passat, imma hija aktar marbuta ma’ Tiġdid li dak li sar jiena qed nerġa’ nieħu frott tiegħu. Dan l-element ta’ Tiġdid kien qawwi ħafna wkoll fl-ikla tas-Seder bit-tiġdid tal-lealtà lejn il-Patt. Aħna ukoll inġeddu l-Patt il-Ġdid tal-kmandament tal-imħabba kif ħabbna Hu, imwaqqaf għal dejjem fis-sagrifiċċju tal-Ħaruf tal-Għid fuq is-salib. Luqa jagħtina wkoll l-ispirazzjoni futuristika propju waqt l-istess barka fuq il-Kalċi ta’ demmu: Lq:22:17U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: “Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom. 18Għaliex, ngħidilkom, minn issa ‘l quddiem ma nixrobx iżjed millfrott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta’ Alla.” Fl-aħħar kapitlu tal-ewwel ktieb u fil-bidu tat-tieni ktieb tkellimna dwar il-vanġelu ta’ San Ġwann. Il-vanġelu li ma jippreżentax il-Barka Ewkaristika fl-aħħar ċena. Probabbilment biex ma jagħtix l-impressjoni li Ġesù matul ħajtu għamel 121


din iċ-ċelebrazzjoni darba waħda biss. Jagħtina l-kliem ta’ din il-Barka f’Kapitli sitta (6) u wieħed u għoxrin (21). F’kapitlu sitta fil-kuntest ta’ solidarjetà man-nies bil-ġuħ; fil-kuntrast tal-attitudni, ‘jekk m’għandix’ ta’ Filippu mal-attitudni taċ-ċkejken li lill-Mulej jagħtih kull ma kellu. U dan minkejja li kull ma kellu kienu affarijiet żgħar akkumpanjati mill-espressjoni ‘dawn x’inhuma għal daqstant nies.’ Tah kollox biex il-ħamsa (5) mat-tnejn (2) jiġu sebgħa (7). Il-Barka li terġa’ tingħata f’kapitlu 21 meta l-ħames dixxipli ta’ l-ewwel kapitlu wkoll saru sebgħa. Fil-kuntest tal-fjask tad-dixxipli li ma qabdu xejn, għax Pietru u mhux il-Mulej kien iċ-ċentru fiddgħajsa. Għax marru jistadu għall-ħut ma’ Pietru mhux għall-bnedmin kif qalilhom il-Mulej. Ġwanni, b’teoloġija sagramentali, jinsisti li huwa Ġesù nnifsu li qiegħed inewwel il-ħobż lin-nies u mhux jagħti l-ħobż lid-dixxipli biex huma inewluh lin-nies. Ġesù huwa l-‘Jien Hu.’ Għadu ħaj u għadu personalment mal-Ġisem tiegħu li hi l-knisja. Din hija r-raġuni li Ġwanni jżomm ukoll it-tradizzjoni tat-tnax-il qoffa. F’kapitlu wieħed u għoxrin, niltaqgħu mal-Mulej innifsu mhux biss inewwel il-ħobż, imma kien diġà pprepara l-faħam u kellu kollox lest biex jagħmel il-Breakfast, jew jekk tridu Bar-B-Que, lid-dixxipli li għarfuh bħala l-Mulej 122


permezz tad-Dixxiplu l-Maħbub. Fl-Omelija biex jispjega s-sinjal tat-tkattir talĦobż, Ġwanni jinsisti li ma kienx Mosè li tahom il-ħobż mis-sema. Imma huwa l-Missier li jagħtina l-ħobż mis-sema. Ġesù huwa l-Ħobż mis-sema għax l-ewwel nett huwa l-Għerf tal-Missier li ħa l-laħam u għammar fostna. It-tieni nett, laħmu huwa ikel tassew u demmu huwa xorb tassew biex jitma’ lil dawk kollha li emmnu fih u għalhekk ġew imnissla mhux mil-laħam u mid-demm, imma mill-Ispirtu. Ġwanni jitkellem mill-Ewkaristija bħala ikel tassew. Jitkellem mill-Ewkaristija bħala sagrament. Jitkellem mill-aspett PREŻENT tal-Ewkaristija. Tkellimna wkoll dwar l-iżvilupp taż-żewġ tradizzjonijiet kbar Insara matul dawn il-ħames sekli wara r-riforma. Dwar kemm fiż-żewġ tradizzjonijiet Insara l-kbar tlifna milli mmantnu lill-poplu tagħna b’mod sħiħ kif qalilna u ried il-Mulej filkelma tiegħu. Tkellimna kif illum, l-Ispirtu qaddis qiegħed ifiehem aktar dak li għallimna l-Mulej, lilna l-Insara kollha. Illum, it-tradizzjonijiet Insara ġenwieni qed imantnu aktar lill-fidili tagħhom b’mod sħiħ. Il-Kattoliċi jmantnu aktar bil-Kelma ta’ Alla u l-Protestanti bl-Ewkaristija bħala ikel tassew tal-preżenza tal-Mulej. Tkellimna wkoll fuq xi dnub li l-aktar sagrament li suppost jgħaqqadna lanqas 123


nistgħu offiċjalment niċċelebrawh flimkien. Dan huwa eżattament dak li qiegħda turina l-Ikona ta’ Sieger Köder li ddiskutejna fl-aħħar kapitlu. IlKnisja li l-Mulej xtaq jagħmel dik l-ikla magħha qabel ma jittieħed mid-dinja. Għax hija l-knisja li jħobb salaħħar bil-forma ta’ qalb waħda bħalma waħda hija l-Ħobża u wieħed huwa l-Kalċi. Ħobża maqsuma fi bċejjeċ għax l-għaqda vera tinsab fid-diversità kbira ta’ kull wieħed mill-ieħor. Bċejjeċ ta’ qisien differenti imma sehem għal kull wieħed. Bi Kristu Ġesù trasparenti imma mhux assenti. Ġesù fiċ-ċentru tal-Komunità għax huwa biss jista’ jkun il-mexxej tagħha. Knisja mhux biss qalb waħda flimkien, imma wkoll madwar mejda tal-ikel għax laħmi huwa ikel tassew u demmi huwa xorb tassew. L-Għotja Ewkaristika marbuta malgħotja tas-salib li minnu kiseb il-qawmien. Għad-dell tas-salib fuq id-dvalja l-bajda u jimla l-kamra kollha. L-għotja Ewkaristika li trid tibqa’ tiġi ċċelebrata bħala tifkira tiegħu biex ningħaqdu ħaġa waħda miegħu ħalli jkollna l-ħajja fih. Ġesù għad għandu l-istess xewqa kbira li kellu mad-dixxipli lejliet li bata li jagħmel din l-ikla magħna llum. Jalla dawn iż-żewġ kotba dwar l-Ewkaristija, ikabbru x-xewqa tagħna wkoll li nagħmlu din l-ikla miegħu. Jalla l-ikla Ewkaristika mhux biss tqarribna lejn il-Mulej Ġesù, imma tgħaqqadna ħaġa waħda 124


miegħu biex permezz tagħha nħallu lilu jibdilna dejjem aktar fih. Ix-xewqa ta’ kull dixxiplu hija li jinbidel biex isir jixbah dejjem aktar lill-Imgħallem tiegħu. Allura kif nistgħu nibqgħu ’l bogħod millĦobż li l-Missier jagħtina mis-sema.

125


Dun Ġorġ Dalli twieled fl-20 ta’ April 1952 f’Ħal Qormi. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April 1979.

Wara esperjenza ta’ 7 snin ħidma manwali fi ċkunitu, ta’

20 sena daħal is-seminarju u l-università minn fejn kiseb ilgrad ta’ Masters fit-Teoloġija Pastorali bit-teżi ‘Ir-Relazzjoni bejn il-Kappillani u l-Lajċi.’

Dun Ġorġ serva f’diversi ministeri fil-knisja: Viċi Parroku

fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi; Direttur tal-Istitut Kattoliku u Kappillan tal-Parroċċa Tal-Ibraġ.

Bħalissa Dun Ġorġ jagħti korsijiet mal-Għaqda Biblika

Maltija u f’ħafna ċentri u gruppi madwar Malta; Direttur

Spiritwali fl-iskola San Anton; jaħdem bħala saċerdot fil-

Parroċċa ta’ Ħ’Attard speċjalment fil-qasam tal-familja. Hu mfittex ħafna għall-pellegrinaġġi mibnija fuq ħafna tagħlim bibliku, interess spiritwali, kulturali u edukattiv li jmexxi speċjalment dawk lejn l-Art Imqaddsa.

Kitbiet oħra tiegħu huma s-serje ‘Kelma u Xbieha’ li fiha

diġà ppubblika żewġ kotba: “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għall-Avvent u “Il-Fidi: Esperjenza Personali,”

ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi. L-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-

Bibbja” bit-titlu, ‘Il-Bibbja kif issawret,’ pubblikazzjoni talGħaqda Biblika Maltija. Tlett kotba fis-sensiela ‘Il-Kelma’ bit-tlitt titli ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni’, ‘IlBibbja kif Tinqara’ u ‘L-Ewkaristija.’

126


Dan il-ktejjeb qed jigi f’idejk mingħajr l-ebda ħlas. Jekk tixtieq: • li tibda’ tirċievi d-dar bil-posta l-kotba ta’ din is-sensiela, • li xi persuna oħra tibda’ tirċievi d-dar bil-posta id-dar ilkotba ta’ din is-sensiela,

• li tirċievi xi wieħed mill-kotba li kiteb Dun Ġorġ Dalli, • li tgħin finanzjarjament billi tibgħat offerta: ikteb jew ibgħat e-mail lil: Dr Joseph Tabone

‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,

Ta’ l-Ibraġ. Swieqi. SWQ 2080. Malta Email: jtabone@avmtgroup.com

Kotba Oħrajn miktuba minn Dun Ġorġ Dalli: 1. Biex inħejjulu Triqatu, preparazzjoni għal Avvent 2. Il-Fidi: Esperjenza Personali, awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi.

3. Il-Bibbja kif issawret, l-ewwel ktieb mis-sensiela

Il-Bibbja, pubblikazzjoni ta’ l-Għaqda Biblika Maltija

4. Ir-Relazzjoni Personali ma Ġesù fi Ġwanni, l-ewwel ktieb mis-sensiela Il-Kelma.

5. Il-Bibbja kif Tinqara, It-tieni ktieb mis-sensiela Il-Kelma.

127


IV

Sensiela

IL-KELMA

Jekk jgħoġbok ikteb b’mod ċar u ibgħat bil-posta lil Dr Joseph Tabone.

L-Ewkaristija it-tieni parti

DUN ÌORÌ DALLI

nixtieq nibda’

Jiena

nirċievi bil-posta d-dar il-kotba tas-sensiela ‘Il-Kelma’ f’dan l-indirizz:

Postcode: Tel:

Mob:

Email: Firma:

128

"

Data Protection: Nifhem li l-informazzjoni li qed nagħti hawn se tinżamm u tintuża’ biss mid-direzzjoni tas-sensiela ‘Il-Kelma.’ Nifhem li jekk nixtieq li ma nirċeviex aktar kotba, informazzjoni jew korrispondenza, għandi nagħmel dan bilmiktub lill-Amministrazzjoni biex id-dettalji tiegħi jitneħħew minn fuq id-database.


IL-KELMA | L-Ewkaristija | it-tieni parti