Door Numbering Malti 2025

Page 1


X’inhu l-iskop wara l-għoti ta’ numri lill-bibien?

L-għoti ta’ numri lill-bibien hija sistema li tagħti numru uniku lil kull bieb jew fetħa fi triq pubblika, bl-għan li tagħmilha iktar faċli biex jinstab indirizz partikulari.

In-numri tal-bibien huma essenzjali:

1.1 f’każi ta’ emerġenza;

1.2 għall-pustiera biex ikunu iktar effiċjenti fit-tqassim tal-posta u materjal ieħor;

1.3 għal min qed joffri xi tip ta’ servizz bħal delivery persons, tiswija ta’ ħsarat jew servizz ġdid ta’ komunikazzjoni, tiswija ta’ ħsarat jew servizz ġdid ta’ dawl u ilma, eċċ.;

1.4 fejn fl-istess triq hemm djar li għandhom l-istess isem; u

1.5 fejn hemm triq li qed taqsam bejn żewġ lokalitajiet jew iktar. In-numri jidentifikaw ma’ liema lokalità tagħmel dar partikulari.

X’nagħmel bin-numru l-ġdid?

In-numru l-ġdid għandu jitwaħħal fi żmien tletin jum kalendarju b’mod li jkun jidher mingħajr xkiel. Dan skont Att Nru. X tal-2019.

“114. (1) Is-sid ta’ dar, jew l-inkwilin u, jew l-Amministratur ta’ Condominia għandu, fi żmien tletin jum kalendarju minn avviż maħruġ mill-Uffiċċju Elettorali, jimmarka fuq kull bieb ta’ barra jew bin-numru pprovdut lilu jew f’għamla tal-għażla tiegħu, f’post viżibbli, innumru li jkun imiss lil dak il-bieb.”

Minn issa ’l quddiem għandu jintuża biss dan in-numru f’kull korrispondenza, dokument, eċċ., kemm uffiċjalment kif ukoll privatament.

Qed jingħatalek numru self-adhesive li juri n-numru l-ġdid li ġie assenjat lill-bieb tal-post tiegħek. Dan għandu jitwaħħal immedjatament fid-daħla tal-post tiegħek.

X’nagħmel jekk għandi diġà l-isem tal-post?

L-isem tal-post tiegħek ma jfissirx li għandu jitneħħa iżda n-numru għandu jieħu l-preċedenza u jidher qabel kull isem jew identifikazzjoni oħra kif muri fl-ittra mehmuża.

Min se jkun mgħarraf b’din il-bidla fl-indirizz tiegħi?

L-Uffiċċju Elettorali se jkun qed jgħarraf permezz talAddress Management System lil dawk id-dipartimenti kollha li jagħmlu użu mill-Government Common Database. Dawn il-bidliet se jiġu riflessi wkoll kemm fir-Reġistru Elettorali kif ukoll fuq is-sistemi tal-Karta tal-Identità. Tkun trid tibdel il-Karta tal-Identità tiegħek biex jidher innumru ġdid fuqha.

Barra minn hekk nirrakkomandawlek li tgħarraf ukoll lil min jipprovdilek xi tip ta’ servizz ta’ komunikazzjoni, lillisptarijiet, lill-banek, lill-iskola tat-tfal tiegħek u lill-post fejn taħdem.

Ħafna entitajiet jistgħu jiġu mgħarrfa b’din il-bidla permezz tal-websajt tagħhom. Għal dawk in-nies li m’għandhomx aċċess għall-Internet, il-Kunsilli Lokali huma pprovduti b’formoli għal dan il-għan li għandhom jimtlew u jintbagħtu f’envelopes bil-posta diġà mħallsa lil min jixtiequ li jkun mgħarraf.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.