Il-Ballun - Ottubru 2017

Page 1

IL-BALLUN MAGAŻIN UFFIĊJALI TA’ MARSASKALA FC

OTTUBRU 2017


ALL YOU NEED IS

CONVENIENCE Follow us on Facebook

MARSASCALA OPENING HOURS MARSASCALA MARSASCALAOPENING OPENINGHOURS HOURS INCLUDING SUNDAYS & PUBLIC HOLIDAYS

INCLUDING INCLUDINGSUNDAYS SUNDAYSAND ANDPUBLIC PUBLICHOLIDAYS HOLIDAYS

Triq il-Qaliet Triq TriqIl-Qaliet Il-Qaliet Summer 6am 12am & Winter from 6am to 11pm Summer 6am to winter 6am to Summer 6amto to12am 12amand and winterfrom from 6am to11pm 11pm

RANGE OF CHEESE

RANGE OF HAM

MILK

CONFECTIONERY

THE CONVENIENCE SHOPS, MALTA


ĦIDMA BLA WAQFIEN

WERREJ

Minn Luke Spagnol, President Marsaskala FC Inħossni

kburi

li

qiegħed

3. Messaġġ tal-President ta’ Marsaskala FC nerġa’

nżomm

appuntament magħkom l-Iskalin permezz ta’

4. Intervista ma’ Dr. Cory Greenland

dan il-magażin, li t-tieni ħarġa tiegħu qegħda tiġi

6. Jibdew ix-xogħlijiet fuq il-ground ta’ Marsaskala FC

ppubblikata prattikament wara l-istaġun tas-Sajf.

8, 9. L-istaġun ta’ Marsaskala FC 2017/18

Għal ħafna minnkom ir-residenti l-istaġun tas-Sajf ifisser rilassament jew ħin iktar liberu iżda għallkumitat tal-klabb tal-football, is-Sajf ikun impenjattiv bi tħejjija għal staġun ġdid. Wara li ssir l-analiżi tal-istaġun li jkun għadda u anke jinħatar il-kumitat

11. Timijiet tan-Nursery fi Sqallija 13. L-istaġun tal-Youths 2017/18 14. Il-benefiċċji tal-ilma

il-ġdid, iridu jixxammru l-kmiem biex il-klabb iħares ‘il quddiem u juri progress mis-sena preċedenti. F’dik li hija skwadra tal-kbar, filwaqt li ġew konfermati xi plejers, ġew akkwistati oħrajn li se jkomplu jsaħħu

EDITUR

Il-Ballun Din il-pubblikazzjoni

l-esperjenza fosthom bi plejers li anke fi staġuni passati libsu l-flokk

ma tistax terġa’ tiġi ppubblikata

tagħna.

jew imxandra jew riprodotta fi

In-nursery, li kellha staġun pożittiv immens, ukoll kompliet b’ħidmietha,

kwalunkwe forma oħra mingħajr

b’ timijiet fi ħdanha marru Sqallija imma wkoll ġiet organizzata l-Iskola

il-permess tal-kumitat ta’

tas-Sajf. Għadu kemm tfassal ukoll il-programm ta’ taħriġ għal dan l-istaġun u nħeġġu lit-tfal u aktar lill-ġenituri biex jipparteċipaw finnursery tagħna u jkomplu jispiraw lill-kumitat ħabrieki. Iżda l-akbar aħbar li ddominat fis-Sajf bla dubju kienet li beda x-xogħol

COPYRIGHT

Marsaskala FC. L-opinjonijiet f’din Joseph Farrugia

il-pubblikazzjoni mhux bilfors

josephfarrugia19@yahoo.com

jiriflettu l-opinjoni tal-kumitat.

fuq il-ground il-ġdid, li l-bini tiegħu għandu jagħti identitá ġdida lillklabb ta’ Marsaskala u fuq kollox iwettaq ħolma li se ssir realtá. Kif tistgħu tindunaw il-ħidma ma waqfitx u dan il-magażin jagħti ħarsa lejn dan kollu. Nagħlaq nuri sodisfazzjon li l-magażin intlaqa’ tajjeb u anke kellna l-ewwel rispons bis-saħħa tal-messaġġ li qiegħed iwassal fid-djar Skalin. Inħeġġiġkom tappoġġjaw lit-timijiet ta’ Marsaskala FC.

STUDIO

effective marketing solutions

Biex tirreklama fuq din il-pubblikazzjoni ċempel fuq 2780 9240 / 9932 1516 jew ibgħat email lil info@dstudio.media

PREŻENTAZZJONI LIT-TEAM REBBIEĦ TAL-U/15 John Andrew Gauci, life member ta’ Marsaskala FC kif ukoll wieħed mill-fundaturi ta’ Marsaskala FC u n-nursery, kien fost dawk li attenda għar-riċeviment ta’ ċelebrazzjoni tar-rebħ ta’ Sezzjoni E talYouth FA mit-team ta’ Marsaskala ta’ taħt til-15-il sena. Matul din iċ-ċelebrazzjoni Johnny irregala frame lill-President tan-Nursery, Pierre Mallia (ara ritratt). F’kelmtejn tal-okkazjoni Johnny feraħ lill-plejers tal-U/15 u ħeġġiġhom ikunu leali lejn min qed imexxi b’sagrifiċċju n-nursery għax permezz ta’ dawn il-persuni mhux biss jitgħallmu jilagħbu l-football iżda wkoll isiru l-irġiel ta’ għada. Filwaqt li rrefera għat-tfulija u l-iżvilupp tan-nurseries meta huwa kien għadu adoloxxenti, Johnny temm jawgura iktar ħidma u suċċess lil kulħadd fi ħdan in-nursery ta’ Marsaskala FC. IL-BALLUN │ 3


IL-BINI TAL-GROUND IL-ĠDID… ĦOLMA SE SSIR REALTÀ Intervista man-Nutar Cory Greenland minn Joseph Farrugia Int chairperson tan-New Ground Standing

U problemi oħrajn. Matul is-snin (anke minn qabel it-twaqqif tal-klabb)

Committee. Għaliex twaqqaf dan il-kumitat

sfortunatament kien hemm opportunitajiet fejn seta’ isir ground, iżda

u minn min huwa kompost?

għal raġuni jew oħra ma mmaterjalizza xejn. Il-fatt li twaqqaf il-klabb

Il-Kumitat kien twaqqaf lejn l-aħħar tas-

fl-2010 kien il-pediment. Għax ladarba jeżisti klabb, hemm xi ħaġa

sena 2015 bħala “long term standing

aktar fis-sod. Sussegwentement il-fatt li twaqfet in-nursery kien pass

committee” li jirrapporta u jirrispondi lil-

ieħor importanti, għax imbagħad hemm domanda iżjed specifika għal

laqgħa ġenerali u strutturi oħra tal-klabb.

faċilitajiet. Anke passi oħra bhall-iżvilupp tal-mini pitch tal-iskola u tal-

L-għan kien li jkun hemm ħidma iżjed fit-tul

park kienu importanti. Ħaġa ġġib lill-oħra. S’intendi ħafna pressjoni

fuq il-proġett li jsir ground tal-football adegwat f’Marsaskala. Dak iż-

regolari mbagħad bdiet iċċaqlaq l-affarijiet.

żmien infatti konna għadna għaddejjin b’taħdidiet mal-Gvern u kien

Mal-investiment f`Marsaskala tal-American University of Malta kien

għadu ma tħabbarx il-proġett. Flimkien miegħi fil-kumitat hemm

hemm l-akbar ċaqlieqa. Dan fis-sens li seta` jiġi inkluz ground fil-pjanti

ukoll Steve Borg, li matul iż-żmien dejjem imbotta ħsieb ta’ ground

tal-kampus. Però meta ġie ridott is-sit kien hemm il-ħtieġa li jinstab

f’Marsaskala, u Luke Spagnol il-President tal-klabb.

sit alternattiv. Finalment wara ħafna evalwazzjonijiet bejn il-klabb u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ġie identifikat sit. Minn hemm saru pjanti

Sa mit-twaqqif tal-klabb saru tentattivi li jinstab sit għal faċilitajiet

u ppjanar tan-nefqa. Il-Gvern approva mbagħad in-nefqa u inkludiha

iktar komdi u li jixraq lil-lokalità ta’ Marsaskala iżda ftit li xejn

fil-budgets tiegħu u saret l-applikazzjoni ma` l-Awtorità ta` l-Ippjanar.

instabet koperazzjoni mill-awtoritajiet. Kemm sibtu koperazzjoni mill-

It-tender issa ġie aġġudikat u bdew ukoll ix-xogħolijiet.

amministrazzjoni l-ġdida li bdiet tmexxi lill-pajjiz u kemm kienet faċli li

Il-Gvern se jiffinanzja l-investiment għax għaraf il-bżonn ta` din il-

tintlaqa’ l-proposta tal-istanding committee?

faċilità. L-MFA se tikkontribwixxi wkoll skond impenn li kien inkiseb

Ovvjament qatt ma huwa faċli tikkonvinċi biex isir investiment kapitali

erba’ staġuni ilu mill-kumitat ta` dak iż-żmien. Huwa għalhekk li din

sportiv. Però kellna favurina l-fatt li aħna lokal b’ħafna tfal u żgħażagħ

kienet xi ħaġa li inbniet pass pass…

li iżda konna bla saqaf u faċilitajiet. Għalhekk stajna nibnu argument

Nixtieq nirringrazzja lil James Grech u Alex Muscat li kienu jikkordinaw

sod. Ovvjament l-argument dejjem kien l-istess, imma l-mod kif

il-kumitat li analizza s-siti. U lil Jonathan Barbara mis-Segretarjat

ikkoperat l-Amministrazzjoni għamlet ħafna differenza. Kien jidher li

tal-Isport. Dawn kienu ħabrieka ħafna biex wasalna. S’intendi wkoll

l-Gvern kien kommess li jagħmel ground tal-football f’Marsaskala.

il-Prim Ministru li dejjem fehem il-bżonn ta` dan il-ground. Issa

Kien hemm bosta problemi – fejn ha jsir bħala art? Kif ser jiġi finanzjat?

nistennew il-bini eventwali u ma ndumux ma jkollna l-faċilità tagħna!

4 │ IL-BALLUN


Proġett bħalma hu bini ta’ ground ġdid huwa wieħed kbir għall-klabb

It-tender għall-bini tal-ground inħareg u ġie aġġudikat. Meta huwa

bħal tagħna, x’se tinvolvi l-ħidma għall-bini tal-ground?

maħsub li l-ground il-ġdid jitlesta?

Se tinvolvi kuntrattur wieħed (minn tender wieħed) li jieħu ħsieb kollox

Kif diġà thabbar fil-mezzi tax-xandir ix-xogħol beda għalkemm għadu

mill-bidu sat-tmiem. Ovvjament wara l-permessi nħareġ it-tender u

fil-fażi inizjali. L-estimi li konna ingħatajna kienu li hemm kważi sena

ġie aġġudikat. Kuntrattur wiehed ifisser li għandek prinċipal wieħed

xogħol ta` kostruzzjoni u finalizzar tax-xogħol li jkun sar.

irid iwassal ix-xogħol mill-bidu sat-tmiem. Daparti tagħna qegħdin nattendu laqgħat regolari biex naraw il-progress fuq il-proġett u la

X’ifisser għal Marsaskala FC u naturalment in-nursery li jkollu l-ground

jibda l-bini, insegwu b`mod attent fuq is-sit tal-iżvilupp innifsu.

tiegħu? Hija ħolma se ssir realtà. Min jaf kemm tkellimna dwarha u xtaqniha.

Il-ground il-ġdid mhux se jikkonsisti biss fil-pitch li fuqu tintlagħab il-

Inkluż fi tfulitna meta konna nilgħabu fit-triq. Ħa tbiddel kollox

logħba tal-ballun iżda se jinkludi faċilitajiet oħrajn. Tista’ tispjega f’hiex

fl-opinjoni tiegħi. Sejra twassal biex it-tfal, li forsi kienu ma jiġux

se jikkonsisti l-kumpless kollu?

Marsaskala minħabba l-faċilitajiet, definittivament jiġu jitħarrġu ma’

Il-kumpless se jkollu ż-żona li fuqha jintlagħab il-football (il-pitch)

Marsaskala FC. Anzi, jaf jagħti l-każ li tfal minn barra r-raħal ikunu

ta’ 90 b’45 metri, li huwa l-qies minimu ta’ full-size tal-FIFA. Fuqu

jridu jibdew jitħarrġu f’faċilità ġdida u professjonali.

jkunu jistgħu jintlagħbu ċertu logħob kompetittiv sa ċertu etajiet.

In-Nursery tagħna diġà mħejjija bi pjan biex anke jingaġġjaw iżjed

Naturalment it-timijiet kollha tal-klabb jibdew jitħargu b`mod iżjed

coaches biex jilqgħu għat-tkabbir li huwa mistenni. Il-livell se jitjieb

professjonali fi ground ikbar. Miegħu se jkun hemm numru ta`

ukoll. Għax ċertu taħriġ li qabel ma setax isir, ikun jista’ jsir. Nemmnu

dressing rooms, klinika, uffiċini, restaurant, ħanut tal-klabb, reception

wkoll li se tagħtina dar. Sal-lum m’għandniex dar fejn l-attivisti tagħna

area, sub-station, u storage rooms, fost oħrajn. Se jkollna żona fejn

jiltaqgħu flimkien. Ifisser ukoll ċertu introjtu li jkun jista’ jżomm lill-

tista` ssegwi l-logħba jew it-taħriġ. Il-ground huwa wkoll aċċessibbli

faċilità sostenibbli. Konvinti li l-ground se jpoġġi lil Marsaskala fuq

għal kulħadd. Se jkun hemm ukoll parkeġġ biswit u reservoir għall-

livell totalment differenti fil-football lokali.

ilma. Il-ground se jkun armat bi floodlighting modern u faċilitajiet oħra

Is-sagrifiċċji li saru għad iħallu riżultati pożittivi…

denji għat-tfal u skwadri tagħna.

IL-BALLUN │ 5


JIBDEW IX-XOGĦLIJIET FUQ IL-GROUND TA’ MARSASKALA FC

Fil-bidu ta’ Settembru ngħata bidu għax-xogħolijiet biex jinbena

għandu jkompli jevolvi mar-realtajiet li qed jesperjenza pajjiżna, qal Dr

l-ground il-ġdid ta’ Marsaskala FC. Dan il-proġett ifisser investiment ta’

Ian Borg, filwaqt li insista li jinsab konvint li l-ħaddiema kollha se jkunu

€2.2 miljun għal-lokal. Il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari

protagonisti f’dan kollu.

Clifton Grima żaru l-fażi inizjali tax-xogħolijiet. L-istqarrija maħruġa mid-DOI dwar din iż-żjara qegħda tiġi ppubblikata hawn taħt:

Il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ pitch tal-football bil-faċilitajiet kollha adattati fosthom changing rooms, ġibjun, restaurant/cafeteria,

Il-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żaru

substation u faċilitajiet oħra għan-nursery, u se jkun mgħoddi lill-club

l-football pitch f’Marsaskala, li grazzi għal fondi mill-Ministeru għall-

tal-football fi stat komplut. Dan jinkludi servizzi ta’ dawl u ta’ ilma,

Edukazzjoni u x-Xogħol u għall-ħidma tal-Works Department, qed isir

madum, kisi, aperturi u railings tal-ħadid filwaqt li l-pitch se jitlesta

xogħol estensiv biex jinbena football pitch attrezzat f’din il-parti ta’

b’turf artifiċjali, flood lights u soft fence. Bħalissa bdiet it-tħejjija għax-

Malta.

xogħol ta’ taħmil u ta’ skavar waqt li s-servizzi li kienu jiffurmaw parti mill-infrastruttura tal-family park ġew skonnettjati.

Il-Ministru Borg faħħar ix-xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – liema direttorat hu maqsum f’sezzjonijiet ta’ ħaddiema

Ix-xogħol beda matul dawn l-aħħar ġimgħat tas-sajf u mistenni jitlesta

professjonisti li jagħtu support lill-ministeri kif ukoll lill- entitajiet

fi żmien sena, u b’kollox se jiswa €2.2 miljun. Il-Ministru Ian Borg

governattivi fl-ippjanar ta’ proġetti kapitali kif ukoll permezz ta’

awgura l-ħidma t-tajba lil kull min qed jikkontribwixxi għat-twettiq ta’

sezzjonijiet magħmula mill-ħaddiema tal-id u tas-snajja’ importanti

dan il-proġett.

fil-fażi ta’ implimentazzjoni. L-irwol għall-futur ta’ dan id-dipartiment Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-Gvern qed jiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda. Dan mhux qed jiġri biss għall-football imma wkoll għal tipi ta’ sport oħrajn. Il-Gvern qed jirsisti biex l-isport isir parti mill-ħajja tal-pubbliku ġenerali. Dr Grima kompla li kull club għandu jinsisti li jkollu l-aqwa faċilitajiet possibbli imma għandu wkoll jieħu ħsieb dawk li diġà għandu biex jiġu użati bl-aħjar mod possibbli u biex issir manutenzjoni adattata. Is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar il-liġi li permezz tagħha dawn il-faċilitajiet jistgħu jintużaw b’mod kummerċjali sabiex kull assoċjazzjoni jew club isiru awtosuffiċjenti. Ritratt: Jason Borg - DOI

6 │ IL-BALLUN


Logo.pdf

1

08/08/2017

11:58

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

Open from 12 to 12 - Indoor & Outdoor play area - Pet friendly Offering A la Carte’, set menu and party packages! Triq id-daħla ta’ San Tumas, Marsaskala Table Bookings: 79314055 | Party Bookings: 99643266 @BeanosMalta

QORMI | MʼSKALA | ŻEJTUN | ŻABBAR

THE HOME OF GOOD FOOD

place your order today at

Amigos.com.mt We deliver!


L-ISTAĠUN TA’ MARS

L-1 ġurnata

Is-Sibt 16 ta’ Settembru 2017

Sirens Stadium fit-20.15

Mellieħa v Marsaskala

(3-0)

It-2 ġurnata

Is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017

Charles Abela Stadium fit-20.15

Marsaskala v Żurrieq

(0-2)

It-3 ġurnata

Is-Sibt 30 ta’ Settembru 2017

Charles Abela Stadium fil-17.15

Dingli Swallows v Marsaskala

(1-1)

Ir-4 ġurnata

Il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2017

Charles Abela Stadium fit-15.00

Marsaskala v Ta’ Xbiex

Il-5 ġurnata

Is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017

Charles Abela Stadium fit-15.00

Mtarfa v Marsaskala

Is-6 ġurnata

Is-Sibt 4 ta’ Novembru 2017

Sirens Stadium fl-16.15

Marsaskala v Sta Venera Lightnings

Is-7 ġurnata

Is-Sibt 18 ta’ Novembru 2017

Sirens Stadium fis-14.00

Kirkop United v Marsaskala

It-8 ġurnata

Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

Sirens Stadium fl-16.15

Marsaskala v Msida St. Joseph

Id-9 ġurnata

Is-Sibt 9 ta’ Diċembru 2017

Charles Abela Stadium fl-16.15

Marsaskala v Għaxaq

L-10 ġurnata

Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017

Charles Abela Stadium fl-16.15

Mdina Knights v Marsaskala

Il-11-il ġurnata

Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018

Charles Abela Stadium fis-14.00

Marsaskala v Xgħajra Tornadoes


SASKALA FC 2017/18

FA Trophy 2017/18 Marsaskala FC lagħbu fir-round preliminari tal-FA Trophy kontra t-team Għawdxi ta’ Xewkija Tigers, nhar it-3 ta’ Settembru filGozo Stadium. Xewkija Tigers ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1.

Ritratti: Gozo Football Association It-12-il ġurnata

Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018

Sirens Stadium fis-14.00

Marsaskala v Mellieħa

It-13-il ġurnata

Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018

Charles Abela Stadium fl-16.15

Żurrieq v Marsaskala

L-14-il ġurnata

Is-Sibt 3 ta’ Frar 2018

Charles Abela Stadium fl-16.15

Marsaskala v Dingli Swallows

Il-15-il ġurnata

Is-Sibt 10 ta’ Frar 2018

Sirens Stadium fl-16.15

Ta’ Xbiex v Marsaskala

Is-16-il ġurnata

Is-Sibt 24 ta’ Frar 2018

Charles Abela Stadium fis-14.00

Marsaskala v Mtarfa

Is-17-il ġurnata

Is-Sibt 3 ta’ Marzu 2018

Luxol Stadium fis-14.00

Sta Venera Lightnings v Marsaskala

It-18-il ġurnata

Il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2018

Sirens Stadium fl-16.15

Marsaskala v Kirkop United

Id-19-il ġurnata Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018

Sirens Stadium fis-14.00

Msida St. Joseph v Marsaskala

L-20 ġurnata

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018

Sirens Stadium fl-16.15

Għaxaq v Marsaskala

Il-21 ġurnata

Is-Sibt 7 ta’ April 2018

Luxol Stadium fl-16.00

Marsaskala v Mdina Knights

It-22 ġurnata

Is-Sibt 14/il-Ħadd 15 ta’ April

Ground u ħin għad iridu jiġu stabbiliti

Xgħajra Tornadoes v Marsaskala


Bazaar & Stationery Triq Vajrita, M’Skala

9984 5451

Triq il-Qaliet, Marsascala | M: 7927 3083

Monday - Friday : 08:00 - 19:00 & Saturday: 08:00 - 15:00

Auto Mechanics, Fitting of Diesel and Petrol Engines & Towing Service Wistin Garage, Triq Salvu Pulis Zabbar ZBR 1520

Tel: 2166 4753 Wistin: 7966 4753 Carlo: 9980 3370 Josef: 7980 3370

TEAK HOUSE

m

a

THE S

Ta l Siz ke e Pizza -Aw ay

Wistin Garage

Triq is-Salini, Marsaskala 2713 6339

Steakhouse Bar & Grill Take Out

or &N n& Family t-i

Ea

La Marina Cafeteria & Pizzeria

35, Triq ix-Xatt, Marsaskala m. 9944 7855 , 9933 7855 t. 2702 8400

visit us at

7962 8148 thesteakhousemscala@hotmail.com facebook.com/thesteakhousemscala

13, Triq ix-Xatt, Marsaskala T. 2750 0545

WE RENT & SELL CARS

Hasta la Vista DISCOUNT STORE Triq Sant’Antnin, Wied il-Ghajn Mob. 7998 9169 DETERGENTS & GROCERIES WINES & SPIRIT Opening Hours Mon to Sat: 6.30am - 10.30pm Sunday: 7.00am - 10.30pm INCLUDING PUBLIC HOLIDAYS

Marindex Trophies offers a wide selection of trophies, medals, shields, plaques, glass tokens, wooden tokens, plates, frames & mugs which suit all types of events and sport. All items are found at an affordable price and high quality materials. Address: 1, Sir Paul Boffa Avenue, Zejtun Tel: 2167 3928 / 2767 3928

E-mail: info@marindex.com.mt Hours: 08:30 - 12:00 / 16:00 - 19:00


L-U/7s U L-U/13s FI SQALLIJA Minn Edward Debono, Segretarju Marsaskala FC

Fi tmiem l-istaġun kontingent ta’ 42 persuna magħmul minn tfal

li l-U/13s, għalkemm tilfu b’differenza ta’ gowl wieħed, f’ċertu ħinijiet

tal-U/7 u tal-U/13 ma’ xi ġenituri, kowċis u l-membri tal-kumitat

kienu minn fuq. B’sorpriża għat-tfal tan-nursery tagħna, il-ġenituri tat-

tan-nursery, Pierre Mallia, Edward Debono u Carol Muscat, telgħu

team ta’ Ragusa ppreparaw festin żgħir għalihom, ġest li ġie apprezzat

ġurnata Sqallija. Iż-żjara ta’ dawn it-timijiet fi Sqallija laħqet il-qofol

ħafna mit-tfal tan-nursery tagħna. Minkejja l-ġurnata impenjattiva,

tagħha b’logħob ta’ ħbiberija kontra tfal minn “Game Sport – Ragusa

mawra sal-lungomare qabel ma qabdu l-vapur ma naqsitx! Meta

Scuola Calcio’’. Iżda qabel sar dan il-ħin mistenni mill-plejers Skalin,

wieħed jevalwa l-mawra tan-nursery fi Sqallija, wieħed jista’ jgħid li

it-tfal żaru wkoll postijiet ta’ interess kif ukoll fabbrika tal-ħelu u taċ-

din ħalliet togħma tajba u għalhekk wieħed jippjana u jittama li jkun

ċikkulata u ma setax jonqos ftit ħin liberu fejn kien hemm min ipprefera

hemm aktar okkażjonijiet fejn it-tfal tagħna juru l-ħiliet tagħom barra

jmur jixtri u oħrajn iduru postijiet ta’ interess bis-‘sightseeing vintage

minn xtutna filwaqt li jkabbru l-kunfidenza, ir-responsabbiltà, u bini

bus’. Iżda l-qofol intlaħaq f’Ragusa bil-loghob ta’ ħbiberiji. Iż-żewġ age

ta’ karattru tagħhom f’opprtunitajiet bħal dawn.

groups għamlu logħob sabiħ. L-U/7s rebħu l-logħob tagħhom, filwaqt

IL-BALLUN │ 11


JOSEPH ZAMMIT IL-PRIMU

XOGĦOL TAʼ TORBA, 3/8 U RAMEL U KONTRABJUT

TEL: 9944 7242

Triq id-daħla ta’ San Tumas, Żejtun T. 2166 4354

ĦAL TMIEM BUTCHER

Specializing in local meat, poultry & rabbit products

ŻEJTUN

Marsaskala

2163 6666

Msida

2165 5666

www.unclemattskitchen.com

21/27 809 240 info@hotspotmalta.com


KAMPJONAT TAL-YOUTHS 2017/18 SEZZJONI E

It-team tal-Youths ta’ Marsaskala FC se jikkompeti f’Sezzjoni E. F’din

li n-numru ta’ players żgħażagħ tal-youths ma jilħaqx il-massimu

is-sezzjoni se jieħdu sehem 7 timijiet. Minbarra Marsaskala FC, it-

biex ikollok skwadra li biha tista’ tikkompeti matul l-istaġun kollu, xi

timijiet l-oħra huma Għaxaq FC, Kalkara FC, Marsa FC, Mtarfa FC, Ta’

players ta’ taħt is-17-il sena se jkunu qegħdin jitħalltu mal-youths

Xbiex u Żurrieq FC.

għal-logħob kompetittiv.

Il-bażi tat-team tal-youths ta’ Marsaskala FC se terġa’ tkun komposta

Matul l-istaġun il-youths ta’ Marsaskala FC se jilagħbu 12-il partita,

mill-maġġoranza tal-players li rrappreżentaw lill-klabb fl-istaġun

u sakemm ġiet stampata din il-ħarġa ta’ Il-Ballun, iż-żgħażagħ Skalin

li għadda. Minbarra li dawn iż-żgħażagħ qegħdin jitħarrġu mat-

lagħbu partita kontra Marsa FC, li spiċċat fi dro ta’ 1-1.

team tal-kbar, uħud minnhom qegħdin jingħataw ċans ukoll b’mod

Il-programm kollu tal-logħob ta’ Marsaskala FC huwa kif jidher hawn

gradwali jilagħbu xi minuti fl-ogħla livell fit-Tielet Diviżjoni. Minħabba

taħt:

PROGRAMM TAL-LOGĦOB L-Erbgħa 6 ta’ Settembru

Corradino C Ground – 20.15

Marsa v Marsaskala

(1 - 1)

It-Tlieta 19 ta’ Settembru

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Għaxaq

(1 - 1)

It-Tnejn 2 ta’ Ottubru

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Mtarfa

(5 - 1)

It-Tnejn 9 ta’ Ottubru

Siġġiewi Ground – 20.15

Żurrieq v Marsaskala

L-Erbgħa 1 ta’ Novembru

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Ta’ Xbiex

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru

St. Patrick Ground – 20.15

Kalkara v Marsaskala

L-Erbgħa 10 ta’ Jannar 2018

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Marsa

Il-Ħamis 25 ta’ Jannar

Għaxaq Ground – 20.15

Għaxaq v Marsaskala

L-Erbgħa 21 ta’ Frar

Rabat Ajax Ground – 20.15

Mtarfa v Marsaskala

It-Tlieta 6 ta’ Marzu

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Żurrieq

Il-Ħamis 5 ta’ April

Pembroke Athleta Ground – 20.15 Ta’ Xbiex v Marsaskala

L-Erbgħa 25 ta’ April

St. Patrick Ground – 20.15

Marsaskala v Kalkara IL-BALLUN │ 13


IL-BENEFIĊĊJI TAL-ILMA Dr. Zaid Teebi, konsulent mediku u tabib ta’ Marsaskala F.C. - Email: zteebi@gmail.com Dawn li ġejjin huma sitt raġunijiet għaliex huwa ta’ benefiċċju li tixrob biżżejjed ilma jew fluwidi oħra ta’ kuljum: 1. L-ilma jgħin biex jinżamm il-bilanċ ta’ fluwidi fil-ġisem Il-ġisem huwa kompost minn madwar 60% ilma. Il-funzjonijiet ta’ dawn il-fluwidi fil-ġisem jinkludu d-diġestjoni, l-assorbiment, iċ-ċirkolazzjoni, il-ħolqien tal-bżieq, it-transportazzjoni tan-nutrijenti, u l-manutenzjoni tat-temperatura tal-ġisem. Għandna glandola taħt il-moħħ, magħrufa bħala l-‘posterior pituitary gland’, li permezz tagħha l-moħħ jikkomunika mal-kliewi u jgħidulu kemm ilma għandu jneħħi bħala awrina u kemm għandu jżomm bħala riżerva.

4. L-ilma jgħin il-ġilda tidher b’saħħitha

Meta l-fluwidi fil-ġisem ikunu baxxi, il-moħħ iqajjem il-mekkaniżmu

Il-ġilda fiha ħafna ilma u tiffunzjona bħala protezzjoni biex tipprevjeni

tal-għatx. Sakemm m’intix qiegħed tieħu xi medikazzjoni li tqabbdek

telf ta’ fluwidi eċċessiv. Id-deidrazzjoni tagħmel il-ġilda tidher iktar

l-għatx, għandek tisma’ minn dawn is-sinjali u tixrob ilma, frott

niexfa u mkemmxa. Din tista’ tiġi evitata permezz ta’ idratazzjoni

magħsur, ħalib, tè tal-ħxejjex – l-aqwa li mhux alkoħol għax dan

xierqa. Ladarba tkun idratat b’mod adegwat, il-kliewi jieħdu rwol

jintervjeni mal-komunikazzjoni bejn il-moħħ u l-kliewi u jikkawża

prominenti biex jeħilsu mill-fluwidi eċċessivi. Madankollu, tistenniex

eskrezzjoni eċċessiva ta’ fluwidi li tista’ twassal għad-deidrazzjoni.

li idtratazzjoni żejda se tneħħi t-tikmix u l-linji rqaq. Tista’ tgħin iżżomm l-ndewwa (moisture) ġol-ġilda billi tuża krema biex

2. L-ilma jista’ jgħin biex jikkontrolla l-kaloriji

trattab ġilda xotta, li toħloq protezzjoni li żżomm l-ndewwa ġewwa.

Għal snin, dawk li jkunu qiegħdin bid-dieta użaw l-ilma bħala mezz ta’ telf tal-piż. Filwaqt li l-ilma m’għandux xi effett maġiku fuq it-telf

5. L-ilma jgħin il-kliewi

tal-piż, jekk jiġi sostitut ma’ xorb b’aktar kaloriji, jista’ ċertament jgħin.

Il-fluwidi fil-ġisem jitrasportaw dak li hu żejjed ġewwa u barra miċ-

Jekk tagħżel l-ilma jew xarba oħra mingħajr kaloriji minflok xarba bil-

ċelloli. It-tossina prinċipali fil-ġisem hija l-urea tad-demm, li tista’

kaloriji u tiekol ikel ibbażat fuq l-ilma, li huwa aktar tajjeb għas-saħħa

tgħaddi mill-kliewi biex tiġi eliminata fl-awrina. Il-kliewi jagħmlu

u jimlewk aktar, dan jgħinek biex tnaqqas il-konsum tal-kaloriji, li jista’

xogħol eċċellenti biex isaffu l-ġisem mit-tossiċi, sakemm it-teħid tal-

jgħinek titlef il-piż.

fluwidi huwa adegwat.

Ikel li fih ammont akbar ta’ ilma għandu ħabta jidher ikbar, il-volum

Meta tkun qiegħed tikkonsma biżżejjed fluwidi, l-awrina tgħaddi

ogħla jirrekjedi li tomgħod aktar, u huwa assorbit mill-ġisem aktar

bla tbatija, tkun ta’ kulur ċar u mingħajr riħa. Meta l-ġisem ma jkunx

bil-mod. Dan jgħin biex tħossok aktar mimli. Ikel ibbażat fuq l-ilma

qiegħed jirċievi biżżejjed fluwidi, l-awrina tkun konċentrata, il-kulur

jinkludi l-frott, ħaxix, sopop/brodu, ħafur (oatmeal) u fażola.

ikun aktar skur u r-riħa tkun qawwija għax il-kliewi jerfgħu l-ilma għal funzjonijiet oħra tal-ġisem. Jekk tixrob ftit wisq ilma kronikament,

3. L-ilma jgħin biex jagħti l-enerġija lill-muskoli

tista’ tkun f’riskju ogħla ta’ ġebla fil-kliewi, speċjalment fi klimi sħan.

Ċelloli li ma jżommux il-bilanċ ta’ fluwidi u elettroliti (electrolytes) jistgħu jinxtorbu, u dan jista’ jwassal għal għejja fil-muskoli. Ftakar

6. L-ilma jgħin biex l-imsaren jiffunzjonaw kif suppost

li meta ċ-ċelloli tal-muskoli ma jkollhomx biżżejjed fluwidi, dawn ma

Idratazzjoni adegwata żżomm l-affarijiet mexjin tajjeb fis-sistema

jiffunzjonawx tajjeb. Li tixrob biżżejjed fluwidi huwa importanti meta

diġestiva (l-istonku u l-intestini) u tipprevjeni l-konstipazzjoni. Meta

tagħmel l-eżerċizzju. Imxi mal-linji gwida maħruġa mill-American

ma tkunx qiegħed tieħu biżżejjed fluwidi, il-musrana l-kbira tiġbed

College of Sports Medicine rigward il-konsum ta’ fluwidi qabel u

l-ilma mill-ippurgar biex tmantni l-idratazzjoni, fejn twassal għall-

wara l-attività fiżika. Dawn il-linji gwida jirrakkomandaw li wieħed

konstipazzjoni.

għandu jixrob nofs litru ta’ fluwidu madwar sagħtejn qabel jagħmel

Parir: Ammont ta’ fluwidu u fibra adegwat ikkonsmat regolarment

l-eżerċizzju. Waqt l-eżerċizzju, jirrakkomandaw li wieħed jibda jixrob

kuljum huwa kombinazzjoni perfetta għax il-fluwidu jneffaħ il-fibra u

il-fluwidi kmieni u f’ intervalli regolari biex jissostitwixxi l-fluwidi li

jservi bħala xkupa sabiex l-imsaren jiffunzjonaw tajjeb.

jintilfu permezz tal-għaraq. 14 │ IL-BALLUN


Health Vortex is a brand new health shop situated in the heart of Marsaskala. One can find an ample variety of healthy and natural foods that can satisfy the needs of natural health shop all those who follow a healthy diet. Also the shop is dedicated for the concept of prevention and leading a healthy life,shop so situated in the heart of Health Vortex is a brand new health you can findOne a whole of products Marsaskala. can findrange an ample variety of healthy and natural foods that can can satisfy the to needs of allyour thosewell whobefollow a healthy diet. Also the that help you sustain shop is dedicated for thesupport concept of and leading a healthy ing. These vary from to prevention your life, so you can find a whole range system of products that can help you to joints, bones, memory, digestive sustain yourhigh well energy be-ing. These to your joints, bones, and having levels.vary Ourfrom aim support is memory, digestive system and having high energy levels. Our aim is to to make people more conscious to lead a make people more conscious to lead a healthy lifestyle and feeling good. healthy lifestyle and feeling good.

Health Vortex

Address: The Health Vortex Shop. 109,St. Anne street – M’Scala.

The Health Vortex Shop – 109, St. Anne street – Marsascala | Tel. 2189 6769 Tel: 21896769 Opening Hours. Monday – Friday: 9am till 1 pm and 4pm till 7.15 pm

Opening Hours: Mon – Friday: 9am till 1 pm and 9am 4pm till pm. Saturday: till7.15 12.30pm Sat.: 9 am till 12.30pm.

CUTAJAR FUNERAL SERVICES

69, Triq Santa Liena, Bormla T. 2182 6277 Allan

99492001

Ivan

9942 3440 99424599

E. mcfunerals@gmail.com

b t t b ad

he

o

Pet Food & Accessories Professional Pet Grooming Care Garden Accessories & Live Plants

one

TRIQ TAL-GARDIEL, M’SKALA T: 2763 9979

TREATING YOUR PET WITH TENDER LOVING CARE!


THE BEGINNING OF THE BEGINNING OF A NEW ERA give usA a call on 2155 5000 NEW ERA give us a call on 2155 5000

When that moment arrives when you need to move, the knowledge and expertise of a RE/MAX sales associate is waiting for you. Finding a place for your family to grow where special memories will When that moment arrives when you need to move, the knowledge be cherished is our passion. Our aim is to make the process simple and expertise of a RE/MAX sales associate is waiting for you. and your dream home a reality. Your journey begins here. Finding a place for your family to grow where special memories will RE/MAX: A Passionate, reliable and a wise property solution for you. be cherished is our passion. Our aim is to make the process simple and your dream home a reality. Your journey begins here. www.remax-malta.com info@remax-malta.com RE/MAX: A Passionate, reliable and a wise property solution for you. RE/MAX Associates are direct contributors of the RE/MAX & Friends Foundation Fund (VO/1019) which focuses on helping children in special circumstances.

www.remax-malta.com

info@remax-malta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.