ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 12 ta' Ġunju, 2016

Page 1

6

INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju, 2016

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

L-Eġittu

Il-laqgħa bejn il-Papa u l-Gran Imam intlaqgħet tajjeb ħafna Il-laqgħa bejn il-Papa Franġisku u l-Gran Imam tas-Sunni mill-Università ta’ al-Azhar kabbret it-tama fl-Eġittu li din għad tqarreb aktar lejn xulxin il-Kristjani u l-Musulmani. Is-Saċerdot Rafic Greiche, il-kelliem ewlieni għall-Knisja Kattolika fl-Eġittu, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN): “Aħna nemmnu li dan il-pass tejjeb ir-relazzjonijiet bejn il-Vatikan u l-Università ta’ al-Azhar. Jien konvint bis-sħiħ li t-taħditiet se jkomplu”. Fr Rafic kien kuntent bir-rispons min-naħa tal-

istampa Eġizzjana kemm mit-televiżjoni kif ukoll fil-gazzetti. “Il-laqgħa dehret fl-aħbarijiet ewlenin. B’mod ġeneriku, il-kummenti kienu pożittivi ħafna”. Hu indika li l-Università ta’ al-Azhar qed tagħmel sforz biex tirriforma l-kotba wżati fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni li jaqgħu taħtha. “Huma qed jippruvaw jużaw lingwa ġdida fir-rigward tagħna l-Kristjani. Biss għad fadal ħafna xi jsir”. Fr Rafic enfasizza li l-qagħda bejn il-Kristjani fl-Eġittu hi ferm aħjar minn dik tal-2013. Ir-

relazzjonijiet bejn il-mexxejja tal-Knisja u l-aġenziji tal-Gvern huma tajbin ħafna. Għalkemm għad fadal ħafna problemi hu qal li: “IlMusulmani qed ikunu aktar konxji tas-sitwazzjoni tagħna. Aħna qatt ma kellna daqshekk membri Kristjani fil-Parlament u tant Musulmani qed jaqblu magħna. Għalhekk ninsab kunfidenti”. L-ACN ilha għal ħafna snin tappoġġja l-Knisja Kattolika fl-Eġittu. B’żieda numeruża fil-proġetti pastorali, l-ACN tippromovi wkoll il-bini ta’ knejjes.

L-Indja

Kristjani jaħarbu minn djarhom wara li rċevew theddid ta’ mewt

Klassi ta’ tfal żgħar Sirjani li ħadu sehem f’talb għall-paċi

Is-Sirja

Tfal Kattoliċi u Ortodossi jitolbu flimkien għall-paċi Fil-Jum Internazzjonali tatTfal mijiet ta’ tfal Sirjani minn denominazzjonijiet Kristjani differenti ngħaqdu flimkien biex jitolbu għall-paċi fis-Sirja. Saru wkoll purċissjonijiet f’Damasku, f’Aleppo, f’Homs, f’Tartus u f’Marmarita fejn sar talb għall-paċi. Il-pjan li kien appoġġjat millmexxejja tal-Knisja Sirjana kien deskritt fil-messaġġ flimkien bejn il-Patrijarki tal-Knisja Kattolika u dik Ortodossa tal-pajjiż: “It-tfal tas-Sirja huma l-aħwa ż-żgħar imsieħba fit-tbatija ta’ Ġesù. Għal aktar minn ħames snin dawn it-tfal kibru f’ambjent ta’ gwerra krudila fejn ġew trawmatizzati, feruti jew saħansitra maqtula. “Ħafna tilfu l-ġenituri tagħhom u dak kollu li kien għażiż għalihom. Numru kbir ta’ tfal twieldu matul

il-gwerra u qatt ma esperjenzaw ilpaċi. Id-dmugħ u t-tbatija tagħhom jitilgħu f’għajta lejn il-Ġenna”. Din il-kampanja ta’ talb bdiet b’inizjattiva organizzata mill-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali tal-Karità. L-Isqof Maronita Antoine Chbeir ta’ Lattakia qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li hu jittama li l-eżempju tat-tfal se jimmarka l-bidu ta’ inizjattiva ġdida għat-talb għasSirja. Hu qal: “Aħna qed nittamaw li din il-kampanja tkompli b’tali mod li d-dawl tal-paċi jdawwal it-triq għal tama ġdida”. L-ACN qed tħeġġeġ lit-tfal fliskejjel u l-parroċċi madwar id-dinja biex matul dax-xahar jingħaqdu flimkien mat-tfal u ż-żgħażagħ tasSirja u jitolbu huma wkoll għallpaċi.

Kristjani li jappartjenu għal sitt familji f’komunità tribali f’Katodi, mid-distrett ta’ Kanker, kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom wara li rċevew theddid minn radikali Ħindu li se joqtluhom jekk ma jikkonvertux għall-Induwiżmu. Rapporti fil-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-post isemmu li 37 persuna bħalissa jinsabu jgħixu bħala refuġjati fil-foresti tar-reġjun. Dan l-inċident hu biss l-attakk l-aktar reċenti fuq il-Kristjani fl-Istat Indjan ta’ Chattisgarh. Fr Bastjan Poomattam, il-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Raipur, ikkummenta li r-relazzjonijiet bejn l-Induwisti u l-Kristjani, li

normalment huma l-ifqar familji filkomunità tal-post, sejrin għall-agħar. Fr Poomattam qal li l-ħajja tal-Kristjani saret “miżerabbli” speċjalment minn mindu ħa l-poter federali Narendra Modi. “Rajna żieda f’daqqa fl-attakki kontra persuni Kristjani”, osserva Fr Poomattam, anzi konvint li “l-attakki kollha huma organizzati”. Fost il-komunità Kristjana qed jinħass li l-awtoritajiet u l-pulizija apposta qed jinjoraw dawn l-inċidenti u ma jaġixxux fil-ħin. Dan jista’ jfisser biss li l-vjolenza kontra l-Kristjani qed tiġi appoġġjata mill-awtoritajiet governattivi b’mod mhux uffiċjali.

Is-Sudan

Missjunarja maqtula Suor Veronika Terézia Rackova, Slovakka, tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjunarji tal-Ispirtu s-Santu, mietet fi sptar f’Nairobi, il-Kenja. Hi ntlaqtet minn tiri sparati lejha waqt li kienet qed tieħu pazjent l-isptar. B’riżultat tal-attakk hi sofriet ġrieħi serji u ttieħdet bl-ajru l-Kenja biex tiġi operata. Sfortunatament, hi ma rkupratx u mietet wara attakk tal-qalb. Il-Ministru Sudaniż għallInformazzjoni tal-Istat ta’ Yei River, Stephen Lodu Onesimo, ikkundanna l-inċident li sejjaħlu “att indixxiplinat u ta’ ħruxija” u qal li dawk responsabbli “għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja”. Rapporti fil-mezzi ta’ komunikazzjoni fis-Sudan semmew li tliet persuni suspettati ġew arrestati b’konnessjoni mal-attakk fuq Suor Veronika.

Suor Veronika Terézia Rackova

Suor Veronika kienet id-Direttur taċ-Ċentru Mediku San Bakhita, f’Yei, fis-Sudan t’Isfel. Qabel hi serviet fl-Italja, l-Olanda, ilĠermanja, l-Awstrija, l-Irlanda, irRenju Unit, l-Indoneżja u l-Ghana. Dan l-aħħar attakk juri r-riskju għoli li sorijiet reliġjużi u saċerdoti qed jgħaddu minnu waqt li jgħinu lill-poplu tas-Sudan t’Isfel.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 12 ta' Ġunju, 2016 by ACN Malta - Issuu