
“Dejjem kelli
ħolma li dan
l-Oratorio jerġa’ jitella’”
“L-APOTEOSI T AL-ASSUNTA”
jerġa’ jsir
wara 37 sena
– Mro. Joseph Debrincat
>> f’paġni 6 u 7


JOE BAJADA REBBIEĦ TAL-PREMJU ‘ĠIEĦ GĦAWDEX’ 2025
>> f’paġni 10 u 11
![]()

“Dejjem kelli
ħolma li dan
l-Oratorio jerġa’ jitella’”
“L-APOTEOSI T AL-ASSUNTA”
jerġa’ jsir
wara 37 sena
– Mro. Joseph Debrincat
>> f’paġni 6 u 7


JOE BAJADA REBBIEĦ TAL-PREMJU ‘ĠIEĦ GĦAWDEX’ 2025
>> f’paġni 10 u 11
Żieda rekord ta’ 81% fuq in-nefqa

Fil-Budget 2026, Gvern Laburista reġa’ kkonferma kemm Għawdex hu fċ-ċentru tal-ħidma tiegħu.
Jekk wieħed jara l-miżuri li ddaħlu favur Għawdex, malajr tasal għal konklużżjoni li f’dan il-Budget Għawdex u l-Għawdxin marru tajjeb.
L-akbar indikatur hu li fl-Budget 2026 hemm 21% fuq in-nefqa rikorrenti, minn
€77.9 miljun għal €94.5 miljun, u żieda rekord ta’ 81% fuq in-nefqa kapitali, minn €15.2 miljun għal €27.5 miljun.
>> f’paġna 3



Dan il-Budget ikompli jibni fuq il-progress tas-snin li għaddew flwaqt li jagħti l-importanza mistħoqqa lillgżira Għawdxija.
Il-Budget 2026 jinkludi żieda ta’ 21% fuq in-nefqa rikorrenti, minn €77.9 miljun għal €94.5 miljun, u żieda rekord ta’ 81% fuq innefqa kapitali, minn €15.2 miljun għal €27.5 miljun. Dan hu rekord assolut ta’ fondi diretti ddedikati għal Għawdex, li jsaħħu l-fduċja fl-potenzjal tal-gżira u r-rwol tagħha bħala kontributur ewlieni għall-ekonomija nazzjonali. Il-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex hi ċara: titjib f-infrastruttura, investiment fl-konnettività, ħarsien għall-ambjent, edukazzjoni moderna u proġetti ta’ inklużjoni u sports. F’kummenti lill-midja l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri qal li dan il-Gvern se jibqa’ jibqa’ jsaħħaħ il-konnettività ta’ Għawdex permezz ta’ servizzi moderni u efċjenti. Għalhekk mistenni jibda l-proċess tax-xiri tar-raba’ vapur ġdid għallGozo Channel, biex tissaħħaħ il-fotta b’mod permanenti. Fl-istess waqt, se titwaqqaf taskforce biex tanalizza kif il-port tal-Imġarr jista’ jintuża b’mod aktar efkaċi u sostenibbli. L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ukoll ilproġett tal-Gozo Rural Airfeld fx-Xewkija, li se jservi ta’ niċċa ġdida għat-turiżmu speċjalizzat u għal impjiegi ta’ kwalità.
Fil-Budget 2026 isemma wkoll il-proġett tant bżonnjuż dak tal-Victoria Park fejn dan se jsir b’investiment ta’ €20 miljun, u se jkun pulmun aħdar ewlieni fċ-ċentru tar-Rabat, park urban kbir għall-familji Għawdxin.
Proġett ieħor, f Pjazza l-Assedju, se jinklu-
di parkeġġ ta’ 340 karozza u ġnien ta’ rikreazzjoni fuq il-livell ta’ fuq. Barra minn hekk, ser isiru restawr u tisbiħ f’ġonna pubbliċi madwar Għawdex, fosthom fx-Xewkija, Ta’ Kerċem u l-Qala.
Miżuri oħrajn li huma meqjusin bħala ewlenin għal għawdex huma dawk fl-qasam tal-edukazzjoni. Fil-fatt f’dan il-Budget ġie msemmi li l-Gvern qed jinvesti f skejjel moderni u aċċessibbli u qal li x-xogħlijiet li għaddejjin jinkludu l-immodernizzar tal-iskejjel f’Ta’ Kerċem u fż-Żebbuġ, b’investiment ta’ €7 miljun.
Barra minn hekk, mill-2026 se tingħata allowance ta’ €280 fx-xahar lil aktar minn 800 student Għawdxi li jattendu edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja f’Malta, żieda ta’ madwar 70% fuq l-appoġġ preżenti, minbarra ż-żieda ta’ 15% f-istipendji.
Fuq livell soċjali, b’investiment ta’ €5.7 miljun, se jitwettqu inizjattivi bħal Blossom, li tifoka fuq is-saħħa mentali tat-tfal u żżgħażagħ, u l-Vajrinġa Centre for Music and the Arts, spazju għall-arti inklużiva u l-espressjoni kreattiva għal persuni b’diżabilità.
Il-Ministru Clint Camilleri f’kummenti lill-midja qal li Għawdex qed ikompli jgawdi minn tmexxija responsabbli u viżjoni ċara. Il-miżuri tal-Budget 2026 huma tanġibbli, studjati u realistici, u jirrifettu Gvern li jaħseb f’kulħadd mill-istudent sal-pensjonant, mill-ħaddiem sal-intraprenditur. Huwa temm jgħid li dan hu Gvern li jkompli jkabbar l-ekonomija biex kulħadd igawdi, li jibqa’ garanzija ta’ stabbiltà, progress u futur għal uliedna.
Il-binja tal-Qorti t’Għawdex fċ-Ċittadella se ssir
iċ-ċentru tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura

Il-binja li bħalissa se sservi bħala l-Qorti t’Għawdex fċ-Ċittadella se tinbidel f’ċentru minn fejn titmexxa l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dan wara li ġie frmat l-akkwist ta’ binja għall-Qorti ġdida t’Għawdex.
Dan ħabbru l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri f’diskors li għamel fl-Parlament waqt li kien qed jagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi fnanzjarji tad-dekasteru tiegħu kif imħabbar fl-Budget 2026.
F’dan il-kuntest, il-Ministru Camilleri żied jgħid li rridu naraw li t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura nippreparaw għalih u naraw li nagħmlu minnu suċċess biex jitħalla legat wara dak kollu li dan l-avveniment importanti se jġib miegħu.
“Kunfdenti li l-Belt Victoria u l-bqija t’Għawdex, il-Gvern se jkompli jaħdem biex fimkien nagħmlu suċċess minn din ilgżira,” tenna l-Ministru Camilleri.
il-baġit huwa wieħed soċjali imma li jkompli jinċentiva n-negozji biex jimxu
’il quddiem
– Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex
I
l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex tinnota b’sodisfazzjon li b’mod komprensiv dan il-baġit huwa wieħed soċjali imma li jkompli jinċentiva n-negozji biex jimxu ‘il quddiem. Il-Kamra temmen li miżuri soċjali bħal faxex ta’ taxxa li jaġevolaw il-familji huma miżuri tajbin li jgħinu lill-familji biex ikollhom ħajja aħjar. Ekonomija b’saħħitha timxi id f’id ma’ soċjeta b’saħħitha.
Il-Kamra tinnota wkoll il-pass meqjus li l-Gvern qed jieħu fejn jidħol il-kontribut tas-settur privat għall-pensjonjijiet okkupazzjonali, u l-maternity, paternity, u parental leave. Il-Kamra temmen li dan l-approċċ jgħin biex ikun hemm diskussjoni sħiħa, li flwaqt li jiġu deċiżi kif jiddaħħlu ċertu miżuri, ma jkunx hemm piż żejjed fuq is-settur privat, u ma jikbrux id-diskrepanzi mas-settur pubbliku.

L E A V E
T H E
L A U N C H
Saturday 29th November 2025
1 2 : 3 0 P M - 1 5 : 0 0 P M


V e n u e - M o n t e k r i s t o eve tre trat o o





“Dejjem kelli ħolma li dan l-Oratorio jerġa’ jitella’.”
Dawn kienu l-ewwel kelmiet li lissen magħna s-Surmat Joseph Debrincat hekk kif tkellimna miegħu dwar dan ilproġett tant ambizjuż li mhux biss se jerġa’ jagħti l-ħajja lil Oratorio li nkiteb snin ilu, iżda wkoll se jkompli jgħolli l-livell tal-kultura mużikali f’Għawdex.
Se jkun nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2025, li fl-Katidral ta’ Għawdex wara 37 sena se jerġa’ jitella’ l-Oratorio L-APOTEOSI TAL-ASSUNTA, versi tal-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi u mużika ta’ Joseph Sammut.
Dan se jsir f-Okażżjoni tal-50 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Katidral ta’ Għawdex u l-75 anniversarju mill-proklamazzjoni tad-domma tal-Assunzjoni.
Mro. Debrincat jgħid li l-Oratorio nkiteb f-1988 wara li ġie kkummissjonat mill-Katidral ta’ Għawdex. Kien f’Lulju tal-istess sena
meta nstema għall-ewwel darba u imbagħad f’Settembru tal-1988 kien reġa’ tella’ f’Ħaż-Żabbar... “Iżda minn dakinhar ‘l hawn qatt aktar ma reġa’ nstema,” jgħidilna Debrincat.
F’dan l-oratorio se jieħdu sehem is-sopran Nicola Said, it-tenur Alan Sciberras, il-baritonu Alfred Camilleri, il-baxx Louis A. Cassar, il-Cappella Sanctae Mariae Assumptae Junior Section (għalliema: Maureen Zerafa), l-Cappella Sanctae Mariae Assumptae (għalliema: Amy Borg), u l-Malta Philharmonic Orchestra lkoll taħt id-direzzjoni tal-maestro di cappella tal-Katidral Joseph Debrincat.
Nistaqsi lis-Surmast Debrincat għaliex dan l-Oratorio hu daqshekk għal qalbu... u mill-ewwel imur lura fżżmien fejn jgħidilna li hemm diversi raġunijiet għaliex dan hu daqshekk għal qalbu... “Dan l-Oratorio kien tagħni l-ewwel esperjenza tiegħi li nieħu sehem f’xi ħaġa mużikali daqshekk kbira...”
“Niftakar kont fs-sitt sena jew f-Ewwel Sena tas-Sekondarja meta jien kont nagħmel parti mill-kor tattfal tal-Kaditral. Niftakar li kienu qalulna li kien se jsir l-Oratorio u jien kont wieħed minn dawk it-tfal li xtaqt li nieħu sehem,” jirrakkonta Debrincat flwaqt li jgħid li jiftakar sew li hu kien ingħata solo ma’ tifa oħra f’dan l-Oratorio.
F’wiċċ is-Surmat deher li kien qiegħed jieħu gost jitkellem dwar l-ewwel esperjenza tiegħu f proġett daqshekk kbir flwaqt li jistqarr li kien baqa’ impresjonat bil-livell ta’ din il-mużika “tant li baqa’ dejjem ittimbrat f’moħħi”. Debrincat jgħidilna li maż-żmien, in-nies jinbidlu mill-amministrazzjoni tal-Parroċċa, u anke kulħadd jibda joħloq il-mużika tiegħu li jkun jixtieq li tindaqq... “iżda jien dan l-Oratorio baqa’ f’moħħi li aktar ma bdejt nikber kibret ix-xewqa li xi darba nagħmlu jien bħala surmast... Iżda f’dawn issnin kollha bħal donnu ħadd
ma nteressa ruħu fh.” Kollox inbidel waqt il-Covid-19 meta Debrincat ġie maħtur Maestro di Cappella tal-Katidrall f’Għawdex. “Għall-ewwel bdejt naħdem fuqu jien b’mod personali u nesplora l-possibilità jekk dan jistax jerġa’ jsir anke minħabba l-piż fnanzjarji li jġorr miegħu. Għamilt dan kollu qabel ma kellimt lill-Parroċċa tal-Katidral,” ikompli jgħidilna l-Maestro.
L-amministrazzjoni talKatidral qablu li dan isir b’kolloberazzjoni ma’ Ulied il-Belt il-Qadima. “Issa ninsab sodisfatt li wara tant snin ta’ ħidma dan se jsir realtà,” tenna Debrincat.
Is-Surmast Debrincat jitkellem magħna dwar l-awtur u l-kompożitur ta’ dan l-Oratorio. Jgħidilna li l-Isqof Cauchi kellu ħafna afarijiet tajbin, iżda waħda mill-aktar li spikka kien fl-pinna tiegħu. “Kien jaf jippriedka ħafna, iżda d-dona tal-kitba diretta u b’ċertu ħsibijiet inteletwali kien jaf jippreżenthom b’mod sempliċi ħafna.
Dwar is-Surmast Joseph Sammut, il-kompożitur ta’ dan l-Oratorio, Debrincat jgħid dan l-Oratorio l-kompożitur kien lestih f’April tal-1988 u sar l-ewwel darba f’Lulju tal-istess sena.
“Il-mużika li se tindaqq nhar il-Ġimgħa 28 ta’ No-
vembru hija l-istess waħda li kkompona Sammut, apparti xi ftit afarijiet żgħar li kont tkellimt miegħu qabel ma miet li kellhom jinbidlu.
“Irridu niftakru li f1988 kien hemm l-Orkestra tal-Manuel u ma kienx fha daqshekk strumenti. Jien ħallejt kollox oriġinali. Eżempju, f’dik l-orkestra ma kien hemm Arpa, allura Sammut kien uża orgni... jien ħallejt l-orgni... Kieku dak iż-żmien kien hemm l-Arpa f-orkestra, konvint li kien juża Sammut,” temm jgħidilna s-Surmast Debrincat.
Nikol Ġużeppi Cauchi twieled nhar it-2 ta’ Marzu 1929 f-Għarb, Għawdex minn Ġużeppi Cauchi u Ġużeppa mwielda Portelli. Beda l-edukazzjoni elementari tiegħu f-iskola primarja ta’ raħal twelidu u wara beda jifrekwenta l-Liceo fr-Rabat, Għawdex. Ta’ età żghira daħal abbati fl-parroċċa tal-Għarb flwaqt li ta’ erbatax –il sena kien ferm attiv fuq il-palk taċ-ċentru parrokkjali.
Fl-1946 beda il-kors tal-Letteratura, Filosofja u Teoloġija fs-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Fid-29 ta’ Marzu 1952 ġie ordnat saċerdot minn Mons. Ġużeppi


Pace, Isqof ta’ Għawdex u għamel l-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fl-Knisja Parrokkjali tal-Għarb. Fl-1952 kompla javvanza f-istudju flosofku f-Università Gregorjana mnejn kiseb id-Dottorat f-istess suġġett. Fl-1953 beda l-kors f-istess Università fejn kiseb il-Liċenzjat fx-Xjenzi Socjali.
Fl-1955 Cauchi beda jgħallem it-Taljan, il-Filosofja, l-Istorja tal-Knisja u s-Soċjoloġija fs-Seminarju Maġġuri. Mill-1958 kien membru tal-Kumitat Ċiviku ta’ Għawdex, li mbagħad beda jissejjaħ Gvern Lokali. Bejn Mejju 1956 u Frar 1963 serva bħala kappillan tal-parroċċa tal-Fontana biex imbagħad ġie maħtur Prefett tal-Istudji tas-Seminarju. Kien ukoll l-Assistent Ekkleżjastiku
Djoċesan tal-Azzjoni Kattolika u viċi president tal-Ġunta Djoċesana għall-Kordinament tal-Għaqdiet Reliġjużi. Waqqaf iċ-Circolo Sociologico u ħadem bħala ufċjal għal Għawdex f ħdan ir-Religious Broadcasting Advisory tar-Redifussion.
Fit-2 ta’ Marzu 1967, Cauchi ntagħżel bħala isqof titulari ta’ Vico d’Augusto u amministratur appostoliku għal Għawdex biex imbagħad fs-1972 ġie maħtur isqof t’Għawdex mill-Papa Pawlu VI. L-ingress fl-Katidral sar nhar l-10 ta’ Settembru 1972.
Fil-qasam letterarju, Cauchi hu l-awtur ta’ bosta kitbiet ta’ natura teoloġika, spiritwali u soċjoloġika u kotba reliġjużi. Huwa l-awtur ta’ diversi oratorji li ġew immużikati minn diversi kompożituri Maltin u Għawdxin.
Fl-2005 Cauchi ġie mogħti l-midalja “Ġieħ ir-Repubblika.” Hu temm l-episkopat tiegħu nhar il-Ħadd, 22 ta’ Jannar 2006. Bejn l-2006 u l2010 baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fuq diversi stazzjonijiet tar-radju f ħdan il-komunitajiet parrokjali kif ukoll fuq radju RTK. Huwa miet nhar it-Tnejn, 15 ta’ Novembru 2010 f-età ta’ 81 sena.
Is-Surmast Joseph Sammut
Joseph Sammut kien fgura ewlenija fx-xena tal-mużika klassika f’Malta u s-sur-

mast fundatur ta’ dik li llum hija l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Imwieled f’familja mużikali, Joseph ħa l-ewwel taħriġ mingħand missieru Vincent, vjolinċellista mal-Orkestra tal-Commander-in-Chief (C-in-C) tar-Royal Navy. Fil-bidu, ġie mħeġġeġ jistudja l-fagott biex eventwalment jieħu post zijuh Ġużepp. Joseph għamel awdizzjoni u ngħaqad mal-Orkestra tal-C-in-C ta’ 18-il sena biss, u sar il-fagottist prinċipali tagħha.
Il-pass għad-direzzjoni wasal b’mod mhux mistenni fl-bidu tas-snin ħamsin, wara l-irtirar ta’ Francis Bellizzi. Għalkemm mingħajr esperjenza preċedenti ft-tmexxija, hu ġie magħżul minn fost kandidati oħra u ngħata borża ta’ studju mill-British Council biex jistudja d-direzzjoni f’Londra taħt il-gwida ta’ Clarence Raybould u Sir Malcolm Sargent.
Ta’ 26 sena, Joseph Sammut sar is-surmast tal-orkestra tal-Commander-inChief. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-ensemble għamlet passi kbar, iddoqq f’funzjonijiet ufċjali, kunċerti u żjarat internazzjonali - inkluż quddiem il-President Taljan Giovanni Leone u r-Reġina Eliżabetta II.
Fl-1968, fost tnaqqis f-ispejjeż militari Britanniċi, l-Orkestra tal-C-in-C ġiet xolta. Joseph ġġieled b’suċċess biex il-mużiċisti jifurmaw entità ġdida - l-Orkestra tat-Teatru Manoel—u assigura l-kontinwità tax-xogħol għall-kollegi tiegħu. Mexxa din l-orkestra għal 25 sena, u b’hekk poġġa l-pedamenti għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tal-lum. Fl-1977,
huwa dderieġa l-ewwel opra li qatt ġiet preżentata f’Għawdex, Madama Butterfy. Minbarra d-direzzjoni, Joseph kien ukoll kompożitur. Ix-xogħlijiet tiegħu jinkludu mużika sinfonika u kompożizzjonijiet vokali li jirrifettu l-għaqda profonda tiegħu mal-kultura Maltija u mat-tradizzjoni klassika. Il-kompożizzjonijiet tiegħu għadhom jindaqqu u jiġu apprezzati għaċ-ċarezza lirika u l-maestrija tagħhom. Magħruf għad-dixxiplina, l-ġentilezza u d-dedikazzjoni tiegħu, Mro Sammut kien maħbub mill-mużiċisti li mexxa. Miet f-10 ta’ April 2024, u ħalla warajh wirt ta’ eċċellenza mużikali u kburija nazzjonali.
Is-Surmast Joseph Debrincat
Imwieled fl-Belt Victoria, Għawdex, Joseph Debrincat igradwa fl-mużika (BA. Hons) mill-Università ta’ Malta f-1998. Huwa studja ma’ fost l-aħjar kompożituri Maltin bħal Charles Camilleri u Joseph Vella. Barra minn hekk studja ukoll id-direzzjoni ma’ Michael Laus u ma’ Herbert Handt ġewwa Milan. Sussegwentement, f-2005, reġa’ ggradwa għat-tieni darba (M.Phil.) mill-Università ta’ Malta.
Wara li okkupa diversi pożizzjonijet ma’ diversi baned, fosthom l-ewwel surmast direttur tal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, preżentament Debrincat jokkupa l-kariga ta’ maestro di cappella tal-Katidral ta’ Għawdex u tal-Parroċċa Ta’ Sannat. Dawn il-pozizzjonijiet ippermettwelu sabiex jikkomponi
numru ta’ kompożizzjonijiet li jinkludu innijiet għallkor SATB u orchestra, innijiet għall-vuċi u orgni, marċi funebri u motetti. Fost dawn wieħed isib l-Innu Assumpta est Maria, Gradwal, Amen, Akklamazzjoni li jindaqqu ta’ kull sena matul il-festa tal-Assunta ċċelebrata fl-katidral kif ukoll l-Innu Margarita Martyrum li jindaqq matul il-festa ta’ Santa Margerita ċċelebrata f’Ta’ Sannat. Barra minn hekk, Debrincat għamel diversi arranġamenti mużikali għal diversi formazzjonijiet fosthom, banda, orkestra, kwartetti, u anke big bands. Fl-2001 Debrincat kien ilmoħħ wara t-twelid tal-Fundazzjoni Classique - l-ewwel waħda tax-xorta tagħha ġewwa Għawdex - li kienet inawgurata b’kunċert vokali u orkestrali, Verdi in concerto. Dan ġie segwit min diversi kunċerti oħra, li fl-maġġorparti tagħhom kienu bis-sehem tal-Malta Philharmonic Orchestra u kantanti ta’ fama internazzjonali. Id-debut operistiku tiegħu seħħ f’Ġunju 2002, bl-opra ta’ Puccini Le Villi (verżjoni kunċertistika) fejn fost il-mistednin distinti attendiet in-nepputija tal-kompożitur Simonetta Puccini. Sussegwentement, f’Mejju 2007, Debrincat kien magħżul mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta u t-Teatru Manoel sabiex jidderieġi lopra ta’ Charles Camilleri
Il-Wegħda. F’dan il-proġett Debrincat ma kienx inkarigat biss fd-direzzjoni mużikali, iżda ħadem id f’id mal-kompożitur fr-reviżjoni ta’ din l-opra. Fl-2016 Debrincat ġie mistieden mill-Malta Philharmonic Orchestra biex jidderieġi l-Kuncert tal-President ġewwa s-sala tal-Mediterran għall-Konferenzi flwaqt li s-sena ta’ wara, 2017, huwa għamel id-debut internazzjonali tiegħu fuq stendina tar- Radio and Television Orchestra of Albania f’kunċert ġewwa Tirana. Matul il-karriera tiegħu Debrincat ħadem u kkollabora ma’ diversi artisti ta’ fama internazzjonali bħal M. P. Ionata, N. Fantini, L. Ganci, F. Anile, W. Marshall, B. Frittoli u G. Kunde, fost l-oħrajn. Isem Debrincat huwa marbut ma’ diversi premieres bħal pereżempju il-Messa in honorem Sta. Margarita V.M. u Preghiera Semplice ta’ Charles Camilleri kif ukoll il-Missa Maria in Coelos Assumpta ta’ Ray Sciberras. Barra minn hekk Debrincat introduċa diversi xogħlijiet ta’ Puccini lill-udjenza Maltija fosthom Le Villi, Capricco Sinfonico, Preludio a orchestra (1876) u Preludio Sinfonico (1882).
Fost l-impenji importanti ta’ Debrincat fl-futur qarib insibu l-opra Turandot f-okkażjoni tal-mitt sena anniversarju minn meta dehret l-ewwel darba f-1926.


Meta nitkellmu fuq id-diskussjonijiet li jifurmaw il-politika soċjali u ekonomika ta’ Malta, ma nistgħux ma nsemmux il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Dan il-Kunsill jagħti spazju strutturat għad-djalogu bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, sabiex l-idejat u l-pożizzjonijiet ta’ diversi setturi jiġu diskussi b’mod serju u nklussiv. Fi ħdan dan il-qafas, Għawdex għandu siġġu essenzjali permezz tal-Kumitat Reġjonali Għawdex (GRC), li jġib il-vuċi tal-gżira direttament fuq il-mejda tal-MCESD. Dan jiżgura li s-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet relatati ma’ Għawdex jingħataw prijorità fl-livell nazzjonali.
X’inhu eżattament il-GRC?
Il-Kumitat Reġjonali Għawdex huwa sotto-kumitat tal-MCESD magħmul minn rappreżentanti minn diversi setturi li jirrappreżentaw il-gżira. Fih hemm in-negozju, kemm intrapriżi kbar kif ukoll negozji żgħar u medji, l-industrija tat-turiżmu li hija parti mill-identità u l-ekonomija tal-gżira, kif ukoll l-universitarji li jġibu magħhom riċerka u ħsieb strateġiku għall-futur. Hemm ukoll rappreżentanza mill-ħaddiema u l-unions, is-settur tal-volontarjat u l-NGOs li jindirizzaw sfdi soċjali ta’ kuljum, kif ukoll l-istituzzjonijiet pubbliċi bħall-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsilli Lokali. Il-preżenza tal-Knisja permezz tad-Djoċesi tofri dimensjoni morali u komunitarja li tibqa’ kruċjali fl-ħajja soċjali tal-gżira. Il-kompożizzjoni ta’ dan il-Kumitat tagħti lill-GRC il-piż meħtieġ biex il-vuċi ta’ Għawdex tkun sħiħa, matura u infuwenti quddiem l-MCESD. Għaliex hu importanti?
Il-GRC jiltaqa’ kull xahar biex jiddiskuti temi u sfdi li jolqtu direttament lill-komunità Għawdxija. Dawn il-punti jkopru mhux biss il-ħajja ta’ kuljum, iżda wkoll ir-realtajiet ft-tul li qed tifaċċja l-gżira, bħall-konnettività ma’ Malta, l-isfdi demografċi u t-tnaqqis tal-popolazzjoni żagħżugħa, l-appoġġ għan-negozji lokali u s-setturi tradizzjonali, il-bilanċ bejn tkabbir u kwalità tal-ħajja, kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli li jħares lejn il-protezzjoni tal-identità unika Għawdxija.
Minkejja li l-laqgħat isiru skont l-aġenda, il-kumitat jiġbor informazzjoni u statistika, jagħmel analiżi u jiddokumenta l-ħsibijiet tal-Għawdxin, biex fnalment iressaq il-pożizzjonijiet tiegħu quddiem l-MCESD fl-preżenza tal-Gvern u l-imsieħba soċjali kollha. B’dan il-mod, il-vuċi ta’ Għawdex tkun dejjem parti integrali mid-djalogu u mitteħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali.
Il-viżjoni
Il-viżjoni tal-GRC hija ċara: li jagħmel lil Għawdex parti attiva fl-proċessi ta’ deċiżjoni nazzjonali u mhux sempliċement osservatur minn barra. Il-kumitat ma jillimitax ruħu għal konsultazzjonijiet biss; jinġabru fimkien in-negozju, l-industrija, il-ħaddiema, il-volontarjat u l-istituzzjonijiet pubbliċi biex joħolqu djalogu miftuħ u nklussiv, jipprepara pożizzjonijiet b’saħħithom u jressaqhom fuq l-aġenda tal-MCESD.
Dawn l-inizjattivi mhux biss iħarsu ’l quddiem u jofru opportunitajiet ġodda, iżda wkoll iżommu ħaj il-karattru u l-identità Għawdxija. Il-GRC jemmen li l-progress ta’ Għawdex għandu jkun integrat mal-progress ta’ Malta, u li l-leħen tal-gżira għandu jinstema’ b’saħħtu fuq il-livell nazzjonali.





...ikompli jikseb aktar rikonoxximenti għal ħidma sportiva tiegħu
Nazzjonali u Internanzjonali ta’ iktar minn

Matul iċ-ċerimonja ta’ Jum Għawdex li saret nhar il-Ħadd li għadda, 26 ta’ Ottubru, l-Kavallier Joe Bajada KHS ingħata l-premju prestiġjuż ta’ ‘Ġieħ Għawdex’ mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta. Il-‘Ġieħ Għawdex’, imwaqqaf miċ-Circolo Gozitano f-2005, jirrikonoxxi individwi u organizzazzjonijiet li taw kontribuzzjonijiet eċċellenti għall-iżvilupp soċjo-kulturali u ekonomiku ta’ Għawdex. Il-premju jonora wkoll lil dawk li ħadmu biex jippreservaw u jippromwovu l-identità distinta ta’ Għawdex, kif ukoll Għawdxin li kisbu distinzjoni nazzjonali jew internazzjonali permezz ta’ eċċellenza f-oqsma rispettivi tagħhom.
Hekk kif irċieva l-premju,
l-Kavallier Bajada esprima li dan ir-rikonoxximent huwa unur kbir għalih personali, iżda wkoll għall-familja tiegħu, għal Għawdex, u għal Malta. Huwa stqarr li kien ta’ privileġġ li jikkontribwixxi għal diversi organizzazzjonijiet sportivi fl-Gżejjer Maltin għal aktar minn ħamsin sena, kif ukoll internazzjonalment, partikolarment permezz tal-involviment tiegħu mal-Union Cycliste Internationale (UCI) u l-Union Européenne de Cyclisme (UEC).
Il-Kavallier Joe Bajada ddedika dan l-unur prestiġjuż lill-familja tiegħu u kkonkluda r-rimarki tiegħu billi ħeġġeġ lil ħaddieħor, billi qalilna: “Kull individwu jista’ jagħmel diferenza permezz tal-potenzjal tiegħu li jikkontribwixxi lis-soċjetà u l-komunitajiet tagħna.”
Min-naħa ta’ Joseph Camilleri, Segretarju taċ-Circolo Gozitano feraħ lill-Kav. Bajada, u nnota fejn qal li; “IlKav. Joe Bajada huwa pilastru ta’ dedikazzjoni u tmexxija, li jaħdem kontinwament biex jippromwovi l-valuri tal-isport u fl-komunitajiet f’Għawdex u f’Malta. L-impenn tul ħajtu, anke fx-xena internazzjonali, jirrifettu f-essenzjal tiegħu ta’ dak li jirrappreżenta l-Premju ta’ ‘Ġieħ Għawdex’.”
Kif bdiet il-karriera sportiva tiegħek?
Sa minn meta kont ta’ età żgħira, bdejt nilgħab il-futbol ft-tim tal-minors ta’ raħal twelidi, Sannat Lions FC. Ta’ 14-il sena fimkien ma’ oħrajn konna waqqafna l-Gozo Youth Football Association li kienet torganizza kompe-
tizzjonijiet għall-plejers li ma jkunux jilagħbu f-ewwel tim afljat mal-GFA. Kien kampjonat mill-isbaħ li kien jintlagħab fuq bażi ta’ home u away fejn fl-bidu tas-snin 70 kienu bdew isiru diversi grawnds f’Għawdex. U f’dan il-perjodu wkoll bdiet il-ħajra li nibda nirrefja.
Fil-fatt kont għandni mank għalaqt is-17-il sena meta applikajt biex nieħu kors ta’ referi mal-MFA u wara kont attendejt diversi lectures fsSede tal-Banda San Ġużepp tal-Msida. Niftakar li kont għaddejt l-eżami, iżda l-MFA ma kienetx taċċetta dak iżżmien referis ta’ inqas minn 18-il sena. Madankollu peress li ma kien hemm l-ebda referi Għawdxi f’dik l-epoka, kienu għamlu eċċezzjoni miegħi u aċċettawni bħala membru sħiħ għall-fatt li f’każ li r-referis Maltin ma kinux jaqsmu lejn Għawdex minħabba lmaltemp, f’Għawdex issa kien ser ikollhom referi lest li bl-għajnuna minn ufċjali talklabbs bħala linesman seta’ jsir il-logħob.
Però wara ftit tas-snin minħabba li l-professjoni tiegħi kienet ta’ chef f’waħda mil-lukandi ewlenin Għawdxin ta’ dak iż-żmien, ma stajtx inkompli ninżel Malta biex nirrefja meta llogħob kien issir biss f tmiem il-ġimgħa, il-jiem li l-iktar konna nkunu imħabbtin il-lukanda bit-turisti Maltin. Peró, komplejt nirrefja fs-settur taż-żgħar f’Għawdex fejn ix-xogħol tiegħi kien jippermettili li nagħmel dan. Fl2009 u f-2010 ħadt sehem bħala referi fl-VIVA World Cup li nżammu f-Italja u f’Għawdex rispettivament. Maż-żmien bdejt anke l-ġurnaliżmu sportiv fejn f-
2004 ingħatajt il-Pin tad-Deheb mil-AIPS – Association Internationale De La Presse Sportive bhala rikonoxximent tal-25 sena tiegħi fl-ġurnaliżmu sportiv. Matul il-karriera tiegħi ktibt diversi kotba relatati mal-futbol Għawdxi fosthom diversi Annwali tal-Futbol Għawdxi, l-Annual tal-Għaqda Kittieba Sport, kif ukoll l-istorja ta’ Sannat Lions FC, Zebbug Rovers FC u riċentament ta’ St Lawrence Spurs FC. Matul dawn is-snin ingħatajt tliet darbiet l-unur tal-Ufċjal tas-Sena tal-GFA. Bejn l-2007-2015 servejt bħala Segretarju Ġenerali tal-Gozo Football Association u kont membru fl-Kunsill tal-MFA. Fl-2013-2014 inħtart bħala l-Kummissarju Elettorali tal-MFA fejn kont jien li ħabbart ir-rebħa ta’ Norman Darmanin Demajo bħala l-president il-ġdid tal-MFA. F’dak il-perjodu kont ukoll darbtejn UEFA Regions Cup Tournament Director.
Fl-2016 inħtart bħala Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Għal bosta snin servejt ukoll bħala Chairman u aktar tard Segretarju tal-Bord Sportiv Għawdxi. Fl-2016 u 2017 organizzajt għall-ewwel darba f’Għawdex kampjonat komplet u n-Knock Out tal-Boċċi tondi tal-petanque li jilgħabu internazzjonalment. Sfortunatament appena spiċċajt mill-Bord Sportiv Għawdxi, din l-organizzazjoni kompetittiva sfumat. Is-sena l-ohra nhtart ukoll bhala wiehed mill- Vice-President tal-N.F. Board u Direttur ghall-Europe tal-istess NFB. Din l-N.F. Board hija federazzjoni għal assoċjazzjonijiet tal-futbol magħmula minn timijiet li jirrappreżentaw

nazzjonijiet, dipendenzi, jew stati mhux rikonoxxuti jew affljati mal-FIFA.
X’tikkummenta fuq l-unur li rbaħt is-sena l-oħra, dak tal-Premju Anzjanita’ Sportiva 2024?
Għalija kienet sorpriża kif bħala l-uniku kontestant Għawdxi fs-sitt kategoriji, irnexxieli nirbaħ dan l-unur mertu kbir li għal pożizzjonijiet li għandi internazzjonalmet fejn bis-saħħa ta’ dan, irnexxieli inġib għall-ewwel darba lejn Malta diversi korsijiet tal-UCI għall-kowċis ta’ diversi livelli, mecchanics u commissiers, kollha relatati maċ-ċikliżmu u li minnu bbenefkaw bosta parteċipanti. Il-Premju Anzjanità Attiva 2024 ġie ċċelebrat b’ċerimonja li rrikonoxxiet l-impenn, id-dedikazzjoni, u l-kontribut ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jagħmlu ħidma estensiva favur l-Anzjanità Attiva f’Ottubru, ix-xahar iddedikat għall-anzjani. Preżenti għall-avveniment kien hemm il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, fejn f-indirizzi tagħhom, huma faħħru l-ħidma bla heda ta’ dawk kollha involuti biex il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tibqa’ tiġi mtejba, flwaqt li enfasizzaw l-importanza li l-anzjani jibqgħu rispettati u mogħtija l-opportunità li jagħmlu parti sħiħa mill-komunità. Fil-messaġġ tagħha l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tħossha grata, u fuq kollox, fd-dmir, li tirrikonoxxi lill-anzjani bħala forċina tagħha. “Jeħtieġ li napprezzaw id-dedikazzjoni u l-impenn attiv ta’ dawk l-anzjani fostna li, parti mill-ħin u mill-enerġija mentali u fżika tagħhom iħossu li għandhom jagħtuha lill-bqija tas-soċjetà.”
Int tokkupa karigi importanti fx-xena taċ-ċikliżmu kemm lokali kif ukoll dik Mondjali, fejn wasalt s’issa?
Fl-2017 kont ġejt elett bħala wieħed mill-Voting Delegates tal-UCI waqt l-Kungress tal-UEC f Brussles. Hawn kont wieħed mill-15 eletti
mill-Ewropa minn 29 kontestant. Fil-UCI (The Union Cycliste Internationale) mhux il-pajjiżi kollha għandhom vot bħal fl-FIFA, iżda minn 206 pajjiż afljat huwa 45 biss li għandhom il-vot u li jkunu huma biss li jivvotaw anke f-elezzjonijiet li jkun hemm saħansitra għal minn jkun elett president. Dan kien għal terminu ta’ 4 snin, liema terminu kien imġedded għal 8 snin oħra wara li kont erġajt ġejt elett f-2021 u anke f-2025. Fil-fatt f’Settembru li għadda waqt il-Kungress li sar f’Kigali, r-Rwanda kellna l-elezzjonijiet għal President u l-Eżekuttiv tal-UCI. Fl2017 kont inħtart ukoll għal terminu ta’ erba’ snin, bħala membru tal-Kummissjoni ġdida tal-UCI dik tas-Solidarjeta’ għal Pajjiżi ż-Żgħar. Fl-2021 kont erġajt ġejt ikkkonfermat għal erba’ snin f’din l-istess Kummissjoni li issa kienet bidlet isimha għal dik ta’ Solidarjeta għal Pajjizi Emerġenti. F’April 2021 kont ġejt maħtur bħala President ta’ Kummissjoni ġdida f ħdan l-Unjoni Ewropeja taċĊikliżmu (UEC), dik tal-Pajjizi ż-Żgħar għal perjodu ta’ erba’ snin. Dawn il-ħatriet hekk important mhux biss huma għalija personali, iżda wkoll għal pajjiżna għax kont l-ewwel Malti li rnexxielu jagħmel dan f-istorja ta’ iktar minn 60 sena ta’ ċikliżmu f’pajjiżna.
Inti ukoll il-President tas-Supporters tal-Inter Club Gozo. Din-sena iċċelebrajtu l-10 Anniversarju mit-twaqqif tal-klubb. Kif fakkartu din l-okkażjoni?
F’din l-okkażjoni tal-10 anniversarju tagħna, wettaqna diversi attivitajiet bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tkun il-migja fostna tal-ex plejer leġġendarju li rebaħ it-trippletta ma’ Inter FC f-20092010, Maicon Douglas Sisenando, xi haga li ma kinetx tant facli li rnexxieli ngibu mill-Brazil. Hawn kellna Gala Dinner mill-aqwa nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 2025 flGrand Hotel, l-Mġarr, Għawdex, kif ukoll sessjoni ta’ taħriġ għat-tfal Għawdxin tal-U/13 fl-Gozo Stadium li tmexxiet mill-istess Maicon bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-

Gozo Youth FA. Maicon ingħata merħba wkoll sabiħa fż-żjarat li għamel fl-klubbs tal-Inter Gozo u Inter Malta. Maicon ittieħed ukoll iżur s-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, kif ukoll kellu l-opportunita’ li joħrog fuq dgħajsa d-Dwejra u jżuru postijiet oħra ta’ interess fl-gżejjer Maltin fosthom l-Mdina u lBelt Valletta. Ta’ sodisfazzjon kien li Maicon esprima s-sorpriża tal-livell għoli ta’ organizzazjoni. L-attivitajiet tagħna komplew nhar l-Erbgħa li għaddew meta fuq il-pitch ta’ San Siro kont ippreżentat bi fokk tal-Inter bin-numru 10 qabel il-rebħa tas-Seria A 3-1 kontra l-Fiorentina. Issa lħsieb huwa li ngħallqu kollox bl-attivita’ għal-membri tagħna fl-jiem tal-Milied. Hawn nixtieq nirringrazzja mill-qalb lil Kumitat tal-Armar tal-Festi ta’ Kerċem li ofrewlna post fċ-Ċentru tagħhom fejn ikunu jistgħu niltaqgħu. Nirringrazzja lill-isponsors, Visit Gozo, Visit Malta, Gozo Youth FA, Grand Hotel, Gozo Frank Travel, u bosta sponsors oħra. Grazzi mill-ikbar lil sħabi tal-Kumitat għal ħidma kollettiva tagħhom matul dawn is-snin kollha.
Finalment għaddi messaġġ li kull min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess f-amministrazzjoni sportiva.
Jien ilni kontributur attiv
f-amministrazzjoni tal-isport fl-Gżejjer Maltin għal aktar minn ħamsin sena, fejn kellu rwoli ta’ tmexxija f’diversi korpi sportivi nazzjonali. Din il-ħidma tiegħi komplejt nestendija anke ‘il bogħod minn Malta, b’kontribuzzjonijiet sinifkanti għall-governanza internazzjonali taċ-ċikliżmu permezz tal-UCI u l-UEC. Bl-umilta’ kollha ngħid li fx-xogħol tiegħi konsistentement dejjem immirajt lejn il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-isport, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, u r-rappreżentazzjoni ta’ Għawdex u Malta fuq ix-xena Reġjonali, Nazzjonali w anke Internazzjonali. Onestament kif wieħed jista’ jinduna li biex tasal għal xi tragward importanti trid tagħmel bosta sagrifċċji personali u familjari fejn bħal fl-każ tiegħi jkolli nagħmel dawn it-traġitti kollha minn Għawdex lejn Malta għal kull attivita’ li jkollna, fejn inkun irrid nitlaq mid-dar qabel kull individwu ieħor, kif ukoll bla dubju li nkun l-aħħar wieħed li ninġabar lura d-dar. Apparti dan, ma’ kull attivita’ li jkollna, jien ikun fadalli iktar xogħol x’nagħmel bħalma huma l-minuti, korrispondenzi li jinħolqu, emails, press releases, u tant afarijiet oħra, apparti r-responsabbiltajiet mhux żgħar li trid iġġorr. Madankollu, meta tara tant rikonoxximenti internazz-
jonali, dawn ipattu b’xi mod dawn is-sagrifċċji u ngħid lil kulhadd li kif wasalt jien minn Għawdex li nokkupa dawn il-pożizzjoniet f ħdan il-UCI u l-UEC, jistgħu jaslu oħrajn dejjem jekk juru ħidma intensiva u efkaċi, konsistenza u ġenwinita’, fejn dan kollu f’xi waqt ikun innutat mill-Ufċjali u d-Delegati minn pajjiżi oħra u mbagħad jafdaw fk meta ikun hemm xi elezzjonijiet bħal ma kienu fl-każijiet tiegħi. Fuq kollox, kull individwu għandu l-qawwa li jagħmel diferenza sinifkanti permezz tal-potenzjal uniku tiegħu li jikkontribwixxi lis-soċjetà u lill-komunitajiet tiegħu.
Kull persuna ġġorr talenti, perspettivi u passjonijiet distinti li, meta jiġu applikati b’intenzjoni u kompassjoni, jistgħu joħolqu mewġ ta’ bidla pożittiva. Kemm jekk permezz ta’ atti volontarji, involviment fl-komunità, innovazzjoni jew tmexxija, anke sforzi żgħar jistgħu kollettivament isawru dinja aktar ekwa u mimlija kompassjoni. Il-progress veru ħafna drabi ma jibdiex b’ġesti kbar, iżda b’individwi li jagħżlu li jaġixxu b’mod responsabbli billi jirrikonoxxu r-responsabbiltà kondiviża w il-valur tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, billi wkoll jgħinu biex isaħħu n-nisġa sportiva li torbotna lkoll fimkien.

