




Mario Grech, il-Kardinal Għawdxi fl-aħħar jiem kien impenjat biex jivvota sabiex jiġi elett Papa ġdid.
Dan mhux biss kien unur għal Għawdex, iżda għal gżejjer Maltin li għall-ewwel darba kien hemm Kardinal li seta’ jivvota fil-Konklavi.
Il-Kardinal Mario Grech wara l-mewt ta’ Papa Franġisku kien imsemmi mill-midja internazzjonali li jista’ jkun is-suċċessur ta’ Pietru.
Grech bħalissa qiegħed imexxi s-Sinodu tal-Isqfijiet u għalhekk għandu missjoni importanti ħafna fil-Knisja Kattolika tant li Papa Franġisku kien talbu biex jagħtih pariri dwar riformi li għandhom isiru fil-Knisja.
Fl-2024 aktar minn elf persuna kellhom il-blue badge f’Għawdex
F’Għawdex fl-2024 kien hemm 1,097 persuna li kellhom il-blue badge. Dan ifisser żieda ta’ 337 persuna meta mqabbel mal-2023. Dawn il-figuri ġew ippubblikati fil-Parlament mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julian Farrugia waqt li kienet qiegħda twieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Għawdex Chris Said. Matul is-sena li għaddiet
fil-fatt kien hemm 574 raġel u 523 mara li kellhom il-blue badge li biha jkunu jistgħu jipparkjaw f’postijiet riservati għall-persuni b’diżabbilità. Il-Ministru Julia Farrugia fil-Parlamenta tat rendikont ukoll mis-sena 2013 sas-sena li għaddiet.
Ta’ min jinnota li fl-2013 kien hemm 27 persuna biss f’Għawdex li kellhom il-blue badge, 14-il raġel u 13-il mara.
Joar Are Lyngaas, Norveġiż ta’ 35 sena, iżda residenti Għajnsielem wieġeb mhux ħati li pprova joqtol lil Richard Debrincat ta’ 43 sena f’Għajnsielem. Huwa kien mixli li kkaġunalu ġrieħi ta’ natura gravi, liema ġrieħi ġew kkawżati b’arma li taqta’ u bil-ponta.
L-allegat każ seħħ fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Mejju 2025 fi Triq Fuq il-Għajn. Lygnas kien mixli wkoll li fl-istess lejl ipprova jikkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna oħra. Akkużi oħra jgħidu li l-imputat allegatament daħal f’residenza f’Għajnsielem li fiha wettaq xi ħsarat u li wettaq dawn ir-reati waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, l-imputat deher kalm ħafna, filwaqt li wieġeb għal kull mistoqsija li saritlu. Fil-Qorti qal li hu jaħdem bħala ‘content writer’.
Id-difiża li kienet immexija mill-Avukat tal-Għajnuna
Legali Dr Maria Bartolo Dimech qalet li mhux se tkun qiegħda tikkontesta l-arrest
tal-klijent tagħha, u lanqas kienet se titlob għall-ħelsien mill-arrest.
Bil-Maġistrat Sultana, kontinwament tgħid lill-imputat jekk hux qiegħed jifhem dak li qiegħed isir fil-Qorti, id-difiża qalet li kienet qiegħda titlob li hekk kif jasal fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiġi eżaminat minn Psikjatra biex jiġi stabbilit jekk għandux jinżamm hemm jew inkella jittieħed fis-sezzjoni tal-forensika.
Għal din it-talba l-Uffiċjal Prosekutur, l-Ispettur Keith Xerri qal li mhux qiegħed isib oġġezzjoni. Kien għalhekk li l-Qorti laqgħet it-talba u ordnat lid-direttur tal-ħabs biex jara xi bżonnijiet għandu l-imputat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Xerri, filwaqt li għall-imputat dehret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Dr Maria Bartolo Dimech, u l-Avukat Jonathan Mintoff għall-parti civile.
John Buttigieg ta’ 31 sena residenti l-Qala nstab ħati li waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena tal-2023 ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor fi Pjazza Indipendenza.
Il-każ instema quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech fejn wara li sema l-partijiet u l-provi mressaq mill-Prosekuzzjoni sab lil Buttigieg ħati u kkundannat sentenza ta’ ħabs sospiża.
Waqt dan il-każ, il-vittma kien ittieħed lIsptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-vittma kien mar l-Għassa tar-Rabat fejn għamel rapport. Fih kien allega li Buttigieg kien mar minn warajh u ah daqqa ta’ ponn fuq spalltu u meta qallu biex ikompli sejjer u jħallih bi kwietu l-akkużat tefagħlu tazza bix-xorb u tah daqqa ta’ ponn, din id-darba f’wiċċu.
Fir-rapport il-vittma allega wkoll li l-akkużat waqqgħu mal-art u kien hawn li ħass lil xi ħadd jaqbdu minn għonqu u jipprova jifgah. Wara sar jaf li kienet it-tfajla ta’ Buttigieg li pprovat tagħmel dan.
Meta Buttigieg ġie mitkellem mill-Pulizija qal li fir-rassa li kien hemm xi ħadd kien imbuttah fuq il-vittma u anke xi ħadd kien tefa’ xi xorb lejh. Waqt li kkonferma li ma kienx il-vittma li għamel dan, l-akkużat qal li xehet ix-xorb fit-tazza li kellu lejn il-vittma.
L-akkużat qal lill-Pulizija li hu spiċċa waqa’ u miegħu ġibed lill-vittma, iżda baqa’ jinsisti li dak li seħħ ma kienx intenzjonat u anke skuża ruħu mill-ewwel għal dak li kien seħħ.
Iżda l-Maġistrat Jean Paul Grech wara li sema’ ż-żewġ verżjonijiet qal li qiegħed jemmen aktar il-verżjoni tal-vittma.
Għalkemm din hija l-ewwel darba li Buttigieg instab ħati ta’ reat, il-Qorti qalet li ma setax jinjora d-dinamika ta’ kif seħħ l-inċident fejn bl-aġir irresponsabbli tiegħu kabbar l-inċident u dan f’okkażjoni li kellha tkun ta’ ferħ u divertiment.
Apparti s-sentenza sospiża ta’ ħabs, il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal 3 snin favur il-vittma.
Raġel ta’ 34 sena tressaq fil-Qorti t’Għawdex mixli li wettaq abbuż fuq bintu meta kienet taħt il-ħarsien tiegħu. L-allegat każ seħħ madwar erba’ ġimgħat ilu f’Għawdex.
Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Hekk kif bdiet tinstema’ l-preżentata, id-Difiża talbet għal divjett fuq l-ismijiet tal-akkużat u anke tal-minuri filwaqt li talbet ukoll divjett fuq il-mertu tal-każ.
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li ma kinitx qiegħda toġġezzjona li jkun hemm divjett fuq l-ismijiet, iżda oġġezzjonat li jkun hemm divjett fuq il-mertu tal-każ.
Wara li semgħet liż-żewġ naħat, il-Maġistrat Sultana laqgħet it-talba tad-divjett fuq l-ismijiet iżda ċaħdet it-talba għal divjett f’dak li jirrigwardja l-mertu tal-każ.
Id-Difiża mbagħad għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat fejn argumentat li l-allegata vittma hi bintu u mhux terzi persuni.
Intqal li waqt l-investigazzjonijiet diġà ttieħdu l-verżjonijiet tal-akkużat, tal-allegata vittma u anke ta’ ommha.
Qalet li dan l-allegat każ seħħ aktar minn erba’ ġimgħat ilu u tant kemm għadda żmien li lanqas kien hemm lok għal inkjesta maġisterjali biex jiġu priservati l-provi.
Id-Difiża argumentat li t-testijiet mediċi kollha li kien hemm bżonn isiru, saru. Barra minn hekk, id-Difiża qalet biex il-Qorti jkollha moħħha mistrieħ, l-akkużat lest li jibqa’ jgħix f’Għawdex stess u hemm persuna li lesta żommu magħha. Argumenta li b’dan il-mod jista’ jkun hemm serħan il-moħħ minħabba li l-allegat vittma u ommha jgħixu f’Malta.
L-avukat Difensur tenna li l-akkużat ma kellux aċċess regolari ma’ bintu u kien fil-
bidu ta’ din is-sena li reġa’ beda jaraha f’ħinijiet limitati. Il-Qorti staqsiet lid-difiża dwar l-impjieg tal-imputat, bid-Difiża tgħid li l-klijent tagħha għandu żewġ impjiegi, wieħed full time u l-ieħor part time għal rasu. Qal li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest u jgħix Għawdex, ix-xogħol full time jista’ jieħu leave bla ħlas filwaqt li jaħdem ix-xogħol part time f’Għawdex stess.
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li kienet qiegħda toġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest sakemm tinstema’ x-xhieda tal-allegata vittma u ta’ ommha. Biex tiribatti dwar l-argument li l-allegat każ seħħ erba’ ġimgħat ilu, il-Prosekuzzjoni qalet li t-tifla fetħet qalba mal-guidance teacher li min-naħa tagħha ħeġġitha biex tgħid lil ommha jew lil xi ħadd li tafda. Dakinhar stess, qalet il-Prosekuzzjoni, it-tifla marret tgħid kollox lil ommha u mill-ewwel marru jagħmlu rapport l-għassa fejn skattat l-investigazzjoni.
Dwar l-argument tad-difiża li l-akkużat kellu ftit kuntatt ma’ bintu, il-Prosekuzzjoni qalet li hu kien iżomm kuntatt sew magħha u dan jixhdu numru ta’ messaġġi li l-imputat bagħat lil bintu fuq whatsapp.
Aktar minn hekk, il-Prosekuzzjoni qalet li fil-passat l-imputat kellu diversi każi ta’ vjolenza domestika li anke kien tressaq il-Qorti fuqhom. Hawn id-Difiża argumentat li fl-ebda wieħed minn dawn ilkaż, l-imputat qatt ma nstab ħati.
Wara li semgħet liż-żewġ partijiet, il-Qorti ordnat li l-imputat jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin.
L-Ispettur Mario Xiberras flimkien mal-Avukat Ramon Bonett Sladden mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt li għall-imputat deher l-Avukat Jonathan Mintoff.
b'sempliċi filtru
Grazzi għall-investiment mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-ilma tal-vit illum huwa aktar sigur u b’togħma aħjar minn qatt qabel. Huwa konformi ukoll mal-istandards tas-saħħa pubblika u tal-UE.
GĦALIEX GĦANDEK TIXROB MILL-ILMA TAL-VIT?
•Disponibbli 24/7
•Konvenjenti u ta’ kwalità
•Tnaqqas il-plastik u l-ħela
•Għażla sostenibbli u tajba għall-ambjent
60% LURA FUQ IX-XIRI TA’ FILTRU SA €100 RIFUŻJONI PERMEZZ TA’ REWS.ORG.MT
Il-filtru tal-karbonju:
•Itejjeb it-togħma
•Inaqqas il-klorin
•Faċli biex tinstalla
Għal aktar informazzjoni żur waw.com.mt
Kulutrali li b’mod kontinwu jaraw ix-xogħol li qed isir.
Ir-rettur jidħol ħafna fd-dettall tar-restawr li sar fl-knisja tant għażiża għalih u li jieħu ħsieb b’tant għożża. Fost l-eżempji li jagħti, Mons. Vella Gauci jgħidilna li fejn qabel is-saqaf kellu t-tikħil tal-fli jidhru qalb id-disinn skulturali, issa did-darba l-fli m’għadhomx jidhru u għalhekk il-ħaġa hija aktar unita.
Is-saqaf hu wieħed uniku
“Is-saqaf tal-Knisja ta’ Savina hu wieħed uniku. Is-saqaf mhux ħnejja, imma hu travi tal-ħadid imlibbsin il-ġebel bla ma jidhru t-travi. Ridna naraw ukoll l-istat tat-travi fex inhu, iżda jidhru li huma f stat tajjeb ħafna...” ikompli Vella Gauci flwaqt li jirrakkonta minn fejn inġabu t-travi.
“Jingħad li dawn it-travi li hemm fs-saqaf tal-Knisja ta’ Savina kienu nġiebu minn Malta wara li ġew żarmati l-linji tal-ferrovija li kien hemm f’Malta. Dawn inġabu Għawdex f-1902,” ikompli jgħidilna Vella Gauci.
L-inkwadru u ‘Knejjes ta’ Savina’
L-inkwadru ta’ Savina li hu wieħed storiku ħafna u bħalissa jinsab għar-restawr fl-KonKatidral ta’ San Ġwann.
Mons. Vella Gauci jgħid li l-artist mhuwiex magħruf iżda huwa magħruf min ikkummissjonah. Dan kien il-Gvernatur ta’ Għawdex li kien ukoll responsabbli millproġett ta’ riabilizzazzjoni taċ-Ċittadella t’Għawdex. Kien f-1622 li dan l-istess Gvernatur ħaseb li jsir dan l-inkwadru.
Jingħad li l-ewwel knisja ta’ Savina kienet tħares lejn il-Mandraġġ tar-Rabat Għawdex. “Filfatt jekk tara l-ispazju miftuħ tal-pjazetta li hemm quddiem il-Knisja għada turi li l-Knisja kienet lejn il-Mandraġġ eżatt lejn it-Triq Strada Santa Marija... dwar din it-triq hemm min jgħidlek – iżda ma nistax ngħidlek b’ċertezza – li dik it-triq mhix imsemmija għal Santa Mari-
ja li aħna nqisu bħala Omm
Alla... imma Santa Marija ta’ Savina u dan minħabba l-inkwadru fejn hemm Santa Marija ta’ Savina li qiegħda tikkontempla l-misteru tat-twelid tal-Verġni Marija. Fl-isfond imbgħad għandek tieqa ta’ kif ġiet rinovata f1621,” jirrakkonta Mons. Vella Gauci.
Il-proċess tar-restawr tal-inkwadru kien jinkludi studju u scanning u issa “wasalna biex niddeċiedu dwar il-proposti dwar x’għandu jsir u ma jsirx... Ninsabu f’salib it-toroq jekk hux se morru għall-istat oriġinali tiegħu jew inkella nħalluh biż-żieda li kienet saritlu minn Ġanni Vella.”
Meta nbniet it-tielet knisja li kien bena Mons. Lwiġi Vella, din ġiet imkabbra, fuq disinn ta’ Mons. Farrugia talVers. Dakinhar l-inkwadru żidulu biċċa n-naħa ta’ fuq –“dakinhar hekk ħasbu li kien l-aħjar għal dak l-inkwadru,” flwaqt li ma jiħux pożizzjoni jekk kinitx deċiżjoni tajba jew le.
“Issa qed isir ir-rapport fejn se jsiru diversi rakkomondazzjonijiet u l-istess studju jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni tal-Wirt Kulturali tal-Knisja u dawn
issa jridu jiddeċiedu jekk imorrux għall-oriġinal jew inkella jibqa’ kif inhu.”
Waqt l-istess intervista Mons. Vella Gauci tana d-dettall ta’ kif inhu l-kwadru, u kif waqt ir-restawr li qiegħed isir sabu li fuq in-naħa ta’ fuq kien hemm it-tpinġija tal-Missier Etern, li Ġanni Vella “ħassara, żebagħ fuqha u l-Missier Etern tellgħu aktar ‘l fuq...”.
Mons. Vella Gauci qal li kulħadd jirrikonoxxi l-fatt li dan l-inkwadru hu l-aqwa dokument awtentiku taċ-Ċittadella minħabba li fh hemm impittra l-istess fortifkazzjoni kif kienet dawk iż-żminijiet. “Anke jekk tara l-Matriċi – dik li hija l-Katidral tallum – tara li l-Matriċi kellha s-saqaf diferenti miżbugħ aħmar u flfatt studju li kien sar minn Mons. Bezzina jgħid eżatt li s-saqaf kien kif inhu fl-kwadru ta’ Savina”. Jgħid li miegħu bħal donnu hemm ġrajja li seħħet f-istess fortifkazzjoni li s’issa għad irid studju kbir biex jiġi stabbilit x’kienet il-ġrajja. Dan għaliex f-inkwadru jidhru stakkamenti ta’ suldati, u kien żgur li Għawdex ma kellux dawk l-ammonti ta’ suldati. “Wisq probabbli kien hemm xi attività li nġiebu suldati minn
Malta u dawn kollha jinsabu mpittra fuq l-inkwadru.
“Jista’ jkun kien hemm attività li għaliha attenda l-Gran Mastru ta’ dak iż-żmien u ġiet impittra b’dan il-mod. Tara l-bandiera mtellgħa fuq iċ-Ċittadella eċċ eċċ... iżda dwar dan irid isir studju... jien qiegħed biss nispekola x’setgħet kienet dik il-ġrajja li hemm impittra fuq l-inkwadru...”
Mistoqsi dwar jekk dan il-kwadru għandux jitieqes bħala parti mill-Wirt Nazzjonali, Mons. Vella Gauci qal li bħalissa l-Gvern qed
jaħdem biex iċ-Ċittadella t’Għawdex u anke l-Imdina jiġu rikonoxxuti bħala Wirt Dinji. “Sintendi meta wieħed ikun qed jaħdem fuq rapporti daqshekk kbar biex jiġu ppreżentati fl-fora internazzjonali, kull ħaġa żgħira li hija relatata ma’ dawn iż-żewġ siti tittieħed nota tagħha... u allura ċertament kull skoperta li jista’ jkun hemm b’rabta ma’ dan l-inkwadru tista’ tgħin fl-valorizzazzjoni taċ-Ċittadella,” itenni r-Rettur.
(It-tieni parti ta’ din l-intervista tiġi ppublikata flħarġa li jmiss.)
Sal-aħħar ta’ Awwissu li ġej fl-portijiet tal-Imġarr f’Għawdex u ċ-Ċirkewwa se tkun tlestiet is-sistema tal-e-ticketing u dan ifsser inqas ħin biex wieħed jaqta’ l-biljetti tiegħu biex ikun jista’ juża s-servizzi tal-Gozo Channel.
Kien il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri li fl-Parlament ħabbar li qed issir kostruzzjoni, xogħlijiet ta’ fnishing u kummissjonar ta’ proġett tal-e-ticketing ft-terminal taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr. Hu kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Għawdxi Chris Said.
Aktar minn hekk, il-Ministru Camilleri qal li bħalissa wkoll qegħdin isiru xogħlijiet ft-terminal taċ-Ċirkew-
wa li fost l-orħajn jinkludi l-provvista u l-installazzjoni ta’ membrane tal-waterproof
tat-terminal; liema xogħol huwa mistenni li jitlesta salaħħar ta’ Mejju.
Meta l-Ministru Clint Camilleri kien mistoqsi mid-Deputat Chris Said wara kemm se jkunu qegħdin jiswew dawn iż-żewġ proġetti li għaddejjin bħalissa, fl-Parlament wieħed li Ddawn iżżewġ proġetti qed isiru minn GM Developments Ltd, blispiża mistennija tammonta għal € 166,303.00 (VAT eskluż) u € 472,137.52 (VAT eskluż), rispettivament. Is-sejħiet ġew ippubblikati nhar it-18 ta’ Jannar u nhar id-29 ta’ Settembru tal-2022, rispettivament, fuq l-e tenders epps.” B’dawn il-proġetti l-klijenti tal-Gozo Channel b’mod speċjali l-ħaddiema Għawdxin li jaqsmu lejn Malta se jkunu moqdija aħjar.
– Josline Camilleri, minn Big Brother Malta
Ħafna minna kien
ikollhom jibqgħu mqajmin sa tard billejl biex jaraw kif se jiżvolġi l-programm u kif ser jiżviluppaw ir-relazzjonijiet li ġew mibnija, jew inqas mibnija minħabba kunflitti fil-programm Big Brother Malta. Big Brother Malta huwa reality show li tqiegħed grupp ta’ nies minn sfond differenti u li ma jafux lil xulxin u jridu jgħixu flimkien f’dar għal perjodu twil, taħt sorveljanza kontinwa minn kamera u jkun imxandar live fuq it-televiżjoni. Il-programm huwa bbażat fuq il-format internazzjonali ta’ “Big Brother”, iżda adattat għall-kultura u l-pubbliku Malti. Il-kontestanti mhumiex permessi
jkollhom kuntatt mad-dinja ta’ barra, u jiġu eliminati wieħed wieħed permezz ta’ votazzjoni pubblika. Il-werrejja jsegwu l-avvenimenti tad-dar, id-drama, il-ħbiberiji u l-kunflitti, u fl-aħħar jivvutaw lil min iridu bħala r-rebbieħ, li f’dan l-ewwel staġun kien Jay.
Dan ir-reality show kien għal ħafna spettaklu, li mhux biss jipprovdi divertiment, imma wkoll joffri ħarsa lejn il-mod kif nies differenti jirrelataw bejniethom taħt pressjoni u taħt l-għajn publika. Ħafna kienu jkunu qed jistennew bi ħġarhom il-programm kuljum, u ħafna kienu jiddiskutuh fuq il-post tax-xogħol l-ewwel ħaġa filgħodu, jew id-dar
mal-familja. Fost id-diskussjoni żgur li kien jitqajjem il-punt dwar il-karattri differenti tal-parteċipanti, ta’ min ferrieħi, min aktar serju, min strett, min dejjem bi tbissima u min iddejqu l-inqas ħaġa. Karattru ferrieħi żgur li nistgħu nsemmu l-parteċipanta Josline, tfajla Għawdxija li tista’ tgħid qatt ma rajnieha targumenta jew f’xi kunflitt ma’ xi ħadd.
Kellna x-xorti wkoll li niltaqgħu ma’ dan il-karattru ħelu li seraq ħafna qlub ta’ Maltin u Għawdxin u kienet ukoll waħda mill-favoriti tal-pubbliku, u li minn kliemha stess meta tlabnieha biex tiddeskrivi din l-esperjenza ftakret meta “fil-passat kelli sitwazzjoni fejn