

Intervista ma’ Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Għawdxin
“5
5% tan-negozji Għawdex rrappurtaw li jridu jżidu l-inves żieda ta’ 7 punti perċentwali meta kkumparat ma’ Settembru tas-sena l-oħra,” hekk stqarr magħna Daniel Borg, Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber meta ġie mistoqsi dwar l-andament tan-negozji f’Għawdex u anke dwar l-aħħar stħarriġ li sar li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu.
Borg beda jitkellem magħna dwar ir-reġjonalità u għalhekk mill-ewwel staqsejna imma xi tfsser eżatt reġjonalità?
“F’kull kuntest ir-reġjonalità tfsser fl-każ ta’ Għawdex li aħna ma npoġġux kollox f’kefa waħda imma nieħdu l-perspettiva u f’kull każ nistudjaw dak li qed jiġri f’Għawdex. Dan iwassal biex noħorġu bi proposti li verament ikunu jgħoddu u jsolvi l-problemi li jafaċċjaw >> ikompli f’paġni 4 u 5
in-negozji Għawdxin, flwaqt li nofru wkoll proposti li jistgħu itejbu l-ekonomija Għawdxija,” stqarr magħna Borg.
Nitkellmu dwar l-istħarriġ li ġie ppubblikat fejn is-Sur Borg jgħidilna li “dan huwa l-ħsieb wara dan l-eżerċizzju li jsir kull sitt xhur talGozo Business Sentiment Survey, eżerċizzju konġunt bejn l-Awtorita’ għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex, u l-Gozo Business Chamber. F’dan l-eżerċizzju 80 intrapriża u kumpanija jiġu kkuntatjati biex jofru l-perspettiva tagħhom fuq kif inhu sejjer in-negozju tagħhom. Il-mod kif jiġu magħżula huwa wieħed li verament jir-
>> minn paġna 1 rapreżenta l-frxa tan-negozji Għawdxin. Il-mistoqsijiiet jibqgħu l-istess minn servej għall-ieħor. Madanakollu ma’ kull servej jiġu deċisi numru żgħir ta’ mistoqsijiet li jitrattaw suġġetti speċifċi. Din id-darba is-suġġett itratta l-wellbeing fuq il-post tax-xogħol
L-aħħar stħarriġ li sar f’Marzu ta’ din is-sena u li r-riżultati tiegħu ġew ippublikati f’dawn l-aħħar ġimgħat juri riżultati tajbin. Madanakollu dawn iridu jiġu studjati fl-kuntest tagħhom.”
Andament tan-negozju pożittiv
Il-kundizzjonijiet tan-negozju f’Għawdex baqgħu
pożittivi b’mod ġenerali matul dawn l-aħħar sitt xhur. Bejn Settembru 2024 u Marzu 2025, 30% tan-negozji indikaw li l-kundizzjonijiet tagħhom tjiebu, meta mqabbla ma’ 20% fl-perjodu ta’ qabel. Fl-istess ħin, dawk li qalu li l-kundizzjonijiet marru għall-agħar naqsu għal 16% minn 20% (kif kien irrappurtat f’ Settembru 2024)
Is-settur sekondarju (manifattura u kostruzzjoni) u s-settur tas-servizzi (b’mod partikolari dawk relatati mattrasport u storage) rreġistraw bilanċi netti pożittivi ta’ 17% u 15% rispettivament. Madanakollu, dan is-sentiment ġenerali pożittiv fs-servizzi ma rrifettiex ruħu fs-settur tal-akkomodazzjoni u l-ikel,
fejn 22% qalu li l-kundizzjonijiet tjiebu, imma 33% qalu li marru għall-agħar – bilanċ nett negattiv ta’ 11%.
“Hawnhekk huwa mportanti li wieħed jagħmel ftit rifessjonijiet. Is-settur tat-turiżmu huwa settur li f’dawn l-aħħar snin sar investiment sinifkattiv mis-settur privat f’Għawdex. Billi dan huwa settur li fuqu Għawdex jiddependi b’mod qawwi u li kompla u għadu jmexxi l-ekonomija Għawdxija, kien attrajenti għal numru ta’ nies u intrapriżi biex jinvestu fh.
“Madanakollu dan wassal għal-kompetizzjoni kbira bejn min qed jofri dawn is-servizzi. F’Għawdex din il-problema tista’ tinħass iktar meta wieħed jikkunsidra
li l-biċċa l-kbira tal-akkommodazzjoni f’Għawdex hija self catering u għalhekk anki persuna li ma għandhiex negozju tista’ tiddeċiedi li titfa l-propjeta tagħha għax-short lets,” kompla jgħidilna l-Kap Eżekuttiv.
Is-suq tal-proprjetà
Staqsejna wkoll lil Borg dwar is-suq tal-proprjetà u anke l-andament tiegħu flgżira Għawdxija.
“L-andament fs-suq tal-proprjetà f’dawn l-aħħar snin juri li din hi xejra li tista’ tkompli tikber hekk kif kien hemm ħafna nies minn Malta li xtraw it-tieni proprjetà tagħhom f’Għawdex u dan jista’ jwassal ukoll li
jiddeċiedu li jikru l-proprjetà tagħhom għal dan issuq. L-istess jista’ japplika għall-Għawdxin li f’dawn l-aħħar snin investew b’mod konsistenti fl-proprjetà. Meta wieħed jikkunsidra wkoll iż-żjieda fl-pjattaformi li fuqhom wieħed jista’ jikri l-proprjetà tiegħu, dan juri li f’kuntest fejn l-ispejjez huma telgħin (għalkemm laħħar servej wera li dan qed juri tnaqqis) u d-difkultà biex wieħed isib il-ħaddiema adattati, huwa normali li dan is-settur qed ikollu pressjonijiet sinifkattivi,” ikompli jistqarr magħna Daniel Borg. Jgħid li għalhekk forsi dan għandu jwassal għal ċertu rifessjonijiet ta’ regolamentazzjoni ikbar ta’ dan is-suq li tassigura kemm il-kwalità tal-akkommodazzjoni li qed tiġi ofruta u kemm in-numru.
“Ta’ min jgħid li ż-żieda ta’ self catering units għal short term lets f’ pajjiżi oħra kien sinonimu ma’ pressjoni ikbar
fuq il-prezzijiet tal-proprjetà.
F’kuntest fejn il-koppji tagħna qed isibu iktar difkulta biex jixtru l-proprjetà tagħhhom dan huwa fattur li jrid jiġi kkunsidrat. F’kull sitwazzjoni dan huwa bilanċ li jrid jinstab, li mhux faċli, imma li bil-kontribut ta’ kulħadd dan huwa possibli.
L-istess diskors japplika għas-settur tal-ikel jew ristoranti.
F’kuntesti ta’ kompetizzjoni ikbar, ta’ spejjeż jogħlew u ta’ difkultajiet biex wieħed isib il-ħaddiema, wieħed irid jikkunsidra kemm il-gżira tagħna kapaċi tassorbi attività f’dan is-sens. Il-liċenzjar u
l-permessi jridu jimxu id’ f’id ma’ dak li hu possibli jsir u dak li verament tifaħ il-gżira tagħna,” jgħid il-Kap Eżekuttiv.
“Dan l-andament pożittiv in ġenerali wera ruħu kemm f-istennija ta’ prezzijiiet ogħla għall-prodotti tagħhom (li għalkemm għoli) kompla
jonqos, impjiegi (f’terminu li ħafna negozji qed jistennew li jimpjegaw iktar nies). Fuq kollox iktar negozji rrappurtaw li jridu jżidu l-investiment (55%), żieda ta’ 7 punti perċentwali meta kkumparat ma’ Settembru tas-sena loħra,” itemm jgħid Borg ma’ dan il-ġurnal.
JULY - SEPTEMBER ‘25
Fit-tieni parti tal-intervista li saret lil Mons. Joe Vella Gauci, Rettur tal-Knisja ta’ Savina, kompla jitkellem fd-dettall dwar ir-restawr li qiegħed isir f-istess knisja, u anki dwar stejjer oħrajn interessanti.
Biex intrama l-ħadid fl-knisja ġiet imqabbda l-kumpanija Makaw Ltd. Il-ħadid intrama b’erba’ livelli, madwar il-knisja kollha, u kien kollu free-standing biex hekk ma kien hemm ebda ħadida ma tmiss mal-ġebel tal-knisja. Dan għen ħafna sabiex ix-xogħol seta’ jsir b’mod professjonali, sikur u komdu. Ġiet anki mgħottija l-art biex jitħares l-irħam mill-ħsara li tista’ ssirlu b’tant nies, materjal u apparat. Ma ninsewx li l-knisja saret proprja lant tax-xogħol.
Sadanittant, kompla Mons. Vella Gauci, sar ir-restawr tal-ġebla fuq ġewwa, u bdiet tiġi mgħoddija s-sistema l-ġdida tad-dawl. “Fiddawl, sar xogħol bil-għaqal ħafna. Ma ċarratna l-ebda ġebla...” Barra minn hekk, ma xgħelniex bl-addoċċ. Xgħelna l-postijiet l-aktar importanti għal-liturġija, bħalma huma l-artal, l-ambone u l-ġilandra tal-Adorazzjoni, iżda wżajna wkoll dawl ornamentali li joħroġ is-sbuħija tad-dekorazzjoni skulturali tal-knisja. Ma ninsewx li l-Knisja ta’ Savina tesebixxi xogħol mill-aktar fn fl-ġebla Maltija.
Ir-Rettur tal-Knisja Savina qalilna wkoll li issa ġiet ukoll imqiegħda sistema ta’ arja kondizzjonata. Din saret b’tali mod li ma tkunx viżibbli minn ġewwa u ma tagħmilx ħsara lill-ġebla. L-arja kondizzjonata mhux biss tagħmilha faċli u komda għall-kongregazzjoni fl-jiem tas-sajf, iżda wkoll toħloq klima aktar stabbli li tgħin fl-ħarsien tal-ġebla u l-opri tal-arti miżmuma fl-knisja.
Mons. Vella Gauci tkellem
ukoll dwar ir-restawr li sar fistained glass li hemm fl-kopletta. Jgħid li din hija unika għax jekk mhux l-ewwel kopletta li qatt saret bl-istained glass f’Għawdex żgur li hija t-tieni waħda. Ix-xbieha ċentrali għadha dik oriġinali; ostensorju b’żewġ anġli adoraturi bil-kliem Venite Adoremus Dominum – Ejjew Naduraw lill-Mulej. Kemm f-istil u kemm f-ikonografja din hija kkunsidrata bħala biċċa xogħol tal-arti li tirrifetti lil żmienha. L-istained glass jiżżarma biċċa biċċa u biex reġa’ ngħaqad, ġew użati mas-66 metru ta’ ram.
“Hemmhekk kellu jsir xogħol kbir biex nassiguraw li l-ventilazzjoni tibqa’ għaddejja fl-knisja... Stajna nissiġillawha biex ma jidħolx ilma, iżda imbagħad konna no]olqu problema li ma jkunx hemm ċirkolazzjoni tal-arja”
kompla jgħidilna r-Rettur. Imbagħad kien hemm ix-xogħol fuq it-travi. Waqt li t-travi tal-korsija huma mgħottija u mlibbsa l-ġebel, dawk ta’ fuq il-presbiterju huma mgħottija bl-injam, fh innifsu msammar fl-ġebla.
“Li ġara kien li l-injam baqa’ tajjeb, iżda l-imsiemer bdew isaddu u kienu qegħdin jagħmlu ħsara lill-ġebla.” B’għaqal kbir, irnexxielna niġbdu dawn l-imsiemer, nittrattaw it-travi u nsibu sistema li permezz tagħha, dan l-injam ġie marbut b’viti biex b’hekk ma ssirx ħsara. Għal dan ix-xogħol segwejna ħafna l-pariri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Il-ħidma ta’ restawr kienet tinkludi wkoll restawr fuq l-induratura. Mons. Vella Gauci kompla jgħid: “Rajna li kollox isir skont il-pjani li kellu Mons. Farrugia li ddisinja l-knisja, biex b’hekk
il-knisja toqrob kemm jista’ jkun għall-istat oriġinali tagħha.”
Imbagħad il-gallerija tal-orgni, minbarra r-restawr tal-injam tagħha, ingħatat il-kulur u ġiet indurata minn Joseph Calleja. Hawnhekk ħareġ ċar kemm Farrugia, anke l-gallerija tal-orgni riedha tikkumplimenta l-binja.
Xħin ġejna għar-restawr tan-niċeċ li hemm fl-knisja, kellu jinġab ġebel mis-Siġġiewi biex ikun jaqbel fl-lewn. Dan għaliex il-ġebla Għawdxija tkanġi f’tonalità diferenti. F’dan ir-rigward, iż-żebgħa wżata hija kollha poruża biex ma tagħmilx ħsara. Mons. Vella Gauci kompla jagħti dettalji dwar opri oħrajn li saru fl-knisja u jgħid li fadal ħafna xi jsir. Dan isir bis-sehem ta’ bosta voluntiera, li r-Rettur irringrazzja-
hom; mhux biss il-voluntiera li għenu f-okkażjoni straordinarja tar-restawr imma anki lil dawk li jgħinu b’mod regolari.
L-1 ta’ Ġunju... ġurnata importanti għal Savina
Fi kliem Mons. Vella Gauci, l-1 ta’ Ġunju hija ġurnata importanti ħafna għall-Knisja ta’ Savina għax din is-sena tfakkar il-121 sena mit-twaqqif tal-Adorazzjoni Perpetwa, inizjattiva ta’ Mons. Lwiġi Vella. Huwa jgħid li għalkemm kien hemm min kien baqa’ jaqta’ qalb Dun Alwiġ rigward din l-inizjattiva qaddisa hu kien stqarr hekk: “Jien nibda ġurnata. Jekk Ġesù jkun irid issir ittieni darba u tissokta, jekk ma jkunx irid, issir ġurnata darba biss. Ma hix ħaġa tajba wkoll li ssir darba ġurnata espożizzjoni bil-Gwardji?
Aħna nibdew, u jagħmel Hu... jekk ikun irid hu, din il-ġurnata tkun bħal żerriegħa. Hu jaf inibbitha, ikabbarha u jagħmilha siġra wkoll...” Huwa fatt magħruf li hemm rabta sħiħa bejn il-familja Gauci tar-Rabat u l-Knisja ta’ Savina. Mons. Vella Gauci qalilna li l-istorja kienet bdiet f-1901 meta l-Kapitlu tal-Katidral kien innomina lil Dun Awliġ biex jieħu ħsieb il-bini tal-knisja l-ġdida. Jgħid li “Dakinhar kienu tawh ammont ta’ fus biex jibni din il-knisja. Dun Alwiġ kien jagħti s-salarju kollu tiegħu fl-fond imwaqqaf apposta biex tinbena l-knisja l-ġdida ta’ Savina... inġabu wkoll ħafna għotjiet u ħafna jgħidu li l-għotjiet bdew jingħataw kemm minn Għawdex u anke minn Malta.”
Wara Dun Alwiġ ġie maħtur Dun Pawl Cauchi bħala rettur, u warajh Dun Giovanni Bosco Gauci li dam ħafna rettur. Warajh ġiet fdata lil ħu Dun Ġwann, Dun Ġużepp Gauci megħjun minn neputih. Fl-aħħar, kienet daqsxejn ta’ sorpriża għal Mons. Vella Gauci li l-Isqof Anton Teuma talbu biex jieħu l-knisja f’idejh u jkompli fuq il-linja taz-zijiet tiegħu.
“Iva, hemm rabta lejn il-Knisja ta’ Savina... hemm imħabba kbira lejn din il-knisja u dħalt għal din il-kariga bi mħabba u entużjażmu. Il-Knisja hija marbuta ma’ għeruq qalbna,” jgħidilna Mons. Vella Gauci.
Ir-Rettur jirrakkonta kif
Dun Alwiġ Vella kien beda jikteb poeżiji biex jingħadu bħala talb min-nies. Qabel dawn, il-fdili kienu jmorru jitolbu fl-knejjes u jgħidu dak li jħossu. Grazzi għal Dun Alwiġ il-fdili bdew jgħidu dan it-talb li għadu jingħad sal-lum. F’dawn iż-żminijiet kien ta’ għajnuna kbira l-Isqof Giovanni Maria Camilleri li “dejjem kien japprova dak kollu li kien hemm bżonn isir biex il-Knisja ta’ Savina tkun verament il-pulmun tad-djoċesi... Il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-adorazzjoni perpetwa kienet ġrajja li timmerita’ li tiġi mfakkra u ċċelebrata. Tant kienet ġrajja sinifkanti għall-Għawdxin u l-Maltin li l-Gvern saħansitra
ta festa pubblika. Dakinhar
Dun Alwiġ kien diġà miet...”
Issa li r-restawr wasal biex jitlesta minn ġewwa u jdur għall-faċċata u l-ħitan ta’ barra, Mons. Vella Gauci jgħid li rridu naħdmu biex il-ġenerazzjoni tal-lum u dik li ġejja tgawdi u tgħix l-imħabba ta’ Kristu f-ewkaristija. Staqsejnieh jekk wara dan ix-xogħol kollu, il-Knisja ta’ Savina hix se tkun mużew. Ir-risposta skjetta kienet: “Jekk il-Knisja ta’ Savina se tkun mużew allura se nkunu fallejna... Irridu naħdmu biex niġbdu ħafna aktar nies lejn il-Knisja ta’ Savina biex jitolbu quddiem Ġesù Sagramentat li jkun espost il-ġurnata kollha kuljum!”
Madwar erba’ snin ilu twaqfet l-Victim Support Agency sabiex taġixxi bħala punt ta’ riferenza għall-vittmi tal-kriminalita. Il-bidu kien iebes u forsi kien hemm min saqsa dwar il-ħtieġa tagħha. Illum inħarsu lura lejn erba’ snin ta’ ħidma fejn l-Agenzija u n-nies kapaċi u ħabbrieka tagħha ħadmu bis-sħiħ biex tingħata l-importanza li jixirqilhom l-vittmi tal-kriminalità. Illum l-Agenzija diġà assistiet iktar minn erbat elef persuna.
L-inkarigu ewlieni tal-Agenzija hija li tagħti appoġġ u sostenn lil Vittmi tal-Kriminalita flwaqt li toħloq għarfen fl-komunita dwar id-drittijiet tal-vittmi
tal-kriminalità. Bħala Agenzija nazzjonali s-serizzi tagħha ma jieqfux saċ-Ċirkewwa, imma jiġu ofruti f’Għawdex ukoll.
Il-vittma hija dik il-persuna, dak iċ-ċittadin, dik l-omm jew bint li tkun għaddejja b’ħajjitha b’mod normali u f’daqqa waħda jiġi xi ħadd, iwettaq reat u jħarbat ilħajja ta’ dak li jkun b’dak li jkun għamel. Xi ħadd li ma għandu x’jaqsam xejn ma ħajtek imma li jidirlu li jrid jaġixxi b’ċertu mod għallraġuni li forsi ħadd ma jkun jaf u jkissirlek ħajtek sew saħansittra joħodhielek jew ta’ xi ħadd għażiż għalik. Imbagħad b’xi mod trid tara kif tibqa’ għaddej b’ħajtek.
Is-Servizzi professjonali
ta’ l-Aġenzija huma fnanzjati minn fondi pubbliċi sabiex jkunu jistgħu jingħataw bla ħlas u pprovduti minn professjonisti fs-settur bl-aktar mod kunfdenzjali.
L-Victim Support Agency temmen f’servizz ħolistiku għal utenti tas-servizz u dan twettqu permezz tas-servizzi interni, kif ukoll servizzi esterni li huma konnessi permezz ta’ kollaborazzjoni millqrib ma’ numru ta’ entitajiet pubbliċi, kif ukoll oħrajn mhux governattivi. F’Għawdex per eżempju l-Agenzija għandha ftehim mal-Fundazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-OASI, Kunsill Lokali Għarb u taħdem mill-qrib malpulizija, Djoċesi ta’ Għaw-
dex, kunsilli lokali u diversi għaqdiet mhux governattivi.
Il-maġġoranza tar-reati rreġistrati kienu dawk relatati ma’ Vjolenza Domestika. Pero’ ma kienux dawn biss, għaliex magħhom rajna reati oħra relatati ma’ frodi u serq, insulti u thedid, ħsarat fuq propjeta, swat u vjolenza oħra ta’ natura psikologika. Qed naraw bixriet li qed jinbiddlu anki f’Għawdex stess fejn għandna soċjeta’ iktar kosmopolita u diversa li ovvjament qed iġġib magħha biddliet kbar u diversi sfdi.
Għamilna studju biex ngħarfu r-realtajiet u x’hemm bżonn biex nindirizzaw dawn l-isfdi li jiltaqu magħhom il-Vittmi. Fl-istess ħin għaddejjin f’kuntatt kontinwu man-nies fs-settur soċjali f’Għawdex biex inkomplu nkabbru l-għarfen u nestendu s-servizzi tal-Agenzija biex jintużaw mill-vittmi Għawdxin f’Għawdex stess. Nafu wkoll li r-realta’ Għawdxija sfortunatament hija iktar magħluqa fejn għad fadal ħafna ressitenza biex il-vittmi jirrpurtaw u jfttxu l-għajnuna.
L-esperjenza sa issa għallmitna ħafna u rridu nkomplu nitgħallmu u naħdmu iktar. Fil-fatt is-servizzi dejjem qed jiżdiedu u għadna kemm nedejna żewġ servizz ġodda għall-vittmi li permezz tagħhom nofru child care b’xejn u servizz ta’ carer b’xejn lil dawk il-vittmi li jkunu jridu jmorru l-Qorti jixhdu. Danw is-servizz huma mmirati għal dawk il-vittmi li jkunu jridu jattendu l-qorti biex jagħtu x-xhieda tagħhom imma li jkollhom ulied li ma jkollhomx ma min iħalluhom jew ikollhom persuni vulnerabbli dipendenti fuqhom u li allura ma jistgħux iħalluhom waħedhom. Permezz ta’ dawn is-servizzi qed nagħtu l-appoġġ lill-vittmi biex inkomplu ninkoraġġuhom jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Din is-sena stess ukoll ser inkunu qed inniedu wkoll servizz
JUSTYNE CARUANA Mill-Victim Support Agency
ta’ trasport b’xejn għall-vittmi mir-residenza tagħhom sal-bini tal-Qorti. Dawn is-servizzi jingħataw f’Għawdex ukoll u jista’ jintalab direttament mingħand l-Agenzija. Ta’ min isemmi l-linja nazzjonali ta’ appogg għall-vittmi li hija n-numru 116006. Dan huwa numru li jaħdem erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u fejn il-vittmi għandhom aċċess għall-Aġenzija f’kull ħin taljum u lejl u kull ġurnata talġimgħa nklużi ħdud u festi. Il-flosofja tal-Aġenzija hi li tpoġġi l-utent tas-servizz fċ-ċentru ta’ l-attenzjoni u l-ħidma u ‘l bogħod mill-possibilita’ ta’ vittimizazzjoni doppja jew saħansitra multipla u dan jeħtieġ servizz iktar victim oriented – fejn aħna nduru mal-vittma u l-bżonnijiet tagħha.
Nemmnu li f’pajjiżna u mhux b’inqas f’Għawdex hawn ħafna tbagħtija u vittimiżżazzjoni u allura għaddejjin b’ħidma sfeqa biex inkomplu nifxru u nsaħħu s-servizzi. Aħna noperaw f’kunfdenzalita’ sħih, b’servizzi professjonali u b’xejn.
Għal iktar informazzjoni fuq l-Aġenzija https:// victimsupportagency.com/ jew inkella permezz tal-linja 116006.
Kollox jinsab f-aħħar perparamenti hekk kif bejn il-21 u l-Ħadd 22 ta’ Ġunju terġa’ titella’ l-wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat fn-Nadur Għawdex.
Dan il-ġurnal għamel kuntatt mas-Sindku tan-Nadur Edward Said fejn qalilna li din hija t-30 sena li se tkun qiegħda titella l-wirja.
“Wirja stabbilità b’aktar minn tliet deċennji ta’ storja fn-Nadur li ssur kull sena f żmien il-festa tant popolari tal-Imnarja. Għal din is-sena qegħdin nistennew aktar minn 200 esebitur li se jieħdu sehem,” stqarr magħna s-Sindku tan-Nadur.
Hu kompla jgħidilna li r-raħel tan-Nadur hu magħruf ukoll għaċ-ċitru u għal din is-sena hemm stennija akbar minħabba l-anniversarju li qiegħed jitfakkar.
Staqsejna lis-Sindku dwar x’se jkun jinkludi l-programm ta’ din is-sena. “Agrikultura u apikultura (għasel), fost wirjiet oħra relatati mal-produzzjoni agrarja lokali. Snajja’ u artiġjanat: bi prodotti magħmulin bl-idejn, arti
lokali, u aktar.Tradizzjonijiet u kultura Għawdxija: esebizzjonijiet ta’ għodda antika u metodi tradizzjonali ta’ ħidma,” jgħidilna s-Sindku.
Minkejja li kull sena jkun hemm diversi bhejjem u tjur, is-Sindku jgħidilna li din is-sena mhux se jkun posibbli mminħabba restrizzjonijiet li saru minħabba l-mard.
Iżda kif jistqarr hu stess l-organizzaturi ħasbu biex jagħmlu estensjonijiet ta’ wirjiet oħrajn fosthom, wirja bil-ħut, wirjiet ta’ fniek, klieb, żwiemel, ħmir u anke ponijiet.
Ifakkar li l-Ħadd 22 ta’ Ġunju flgħodu ssir ċerimonja sabiħa li fha jieħdu sehem it-tfal u l-familja kollha. Fost l-oħrajn waqt dan il-ħin isir ittberik tal-annimali.
Is-Sindku temm jgħidilna li din hija opportunità unika biex tesperjenza l-ħajja rurali Għawdxija b’mod dirett.
Il-wirja tiftaħ is-Sibt 21 ta’ Ġunju għall-ħabta tat-8.00pm, flwaqt li l-għada l-Ħadd tkun miftuħa mit-8.00am sa nofsinhar.
Il-mużika klassika hija ġeneru mużikali rikka fl-varjetà u f-espressjoni, li żviluppat fuq medda ta’ sekli u li għadha sal-lum apprezzata madwar id-dinja. Hija tispikka għall-kumplessità tagħha, l-użu sofstikat tal-armonija, u t-teknika rafnata li teħtieġ kemm mill-kompożituri kif ukoll mill-interpreti. Kompożituri bħal Bach, Mozart, Beethoven u Verdi taw kontribut kbir lill-iżvilupp tagħha matul is-snin, u l-opra kienet, u għadha waħda mill-forom ewlenin tagħha.
F’dan il-kuntest, ir-rwol tal-baritonu huwa kruċjali. Il-baritonu huwa tip ta’ vuċi maskili li tinsab bejn il-baxx u t-tenur. Din il-vuċi għandha karattru sħiħ, b’tonalità għanja u fessibbli, li tagħmilha adattata għal frxa wiesgħa ta’ rwoli dramattiċi. Fil-ħafna opri klassiċi, il-baritonu spiss jilgħab ir-rwol tal-antieroj, il-missier awtoritarju, jew il-karattru b’kunfitti interni. Karattri bħal Rigoletto ta’ Verdi u Don Giovanni ta’ Mozart huma eżempji ċari ta’ kemm il-baritonu jista’ jkun espressiv u emozzjonanti.
Tkellimnu mal-Baritonu ewlieni Għawdxi, Charles Buttigieg,li huwa baritonu żagħżugħ Malti li kiseb suċċess internazzjonali grazzi għall-vuċi impressjonanti u l-preżenza impekkabbli tiegħu fuq il-palk. Huwa għamel suċċess fx-xena tal-opra u ċerti li ser jibqa’ jagħmel ħafna suċċessi u isem sabiħ għal Malta tagħna. Buttigieg għandu timbru vokali profond u espressiv, li jagħmlu addattat għal repertorju klassiku u kontemporanju. Huwa ġie mfaħħar ħafna għal interpretazzjonijiet tiegħu f’xogħlijiet ta’ kompożituri bħal Mozart u Verdi. Charles Buttigieg huwa eżempju brillanti ta’ talent Malti li qed jispikka fuq liv-
ell globali.
Semmejna l-unur li dejjem għamel lil Malta anke barra minn xtutna, u aħna għamilna intervista miegħu biex naraw x’hemm lest għalih flġejjieni u huwa qal li “ft-12 ta’Ġunju li għadda kelli produzzjoni hekk kif ġejt mistieden għax intgħażilt biex nagħmel id-Don Pasquale u l-Cose Far Tutte. Dan flwaqt li proprju f-20 ta’ Ġunju mal-orkestra ta’ Bolonja għandi kunċert privat f-Awstrija bl-isem ta’ Alphabach, u mbagħad nerġa’ ninżel lura Firenze u nipprepara kunċert ta’ erbat iljieli li jwassal sa Lulju ġewwa l-arena ta’ Heidelberg mal-orkestra ta’ Heidelberg.”
Iżda għalkemm għandu ħafna impenji huwa wara dan kollu ma jiqafx hawn, għax hekk kif jasal lura Malta, ikompli jgħidilna Charles Buttigieg, “nibqa’ sejjer biex nagħmel l-ewwel performance tiegħi ġewwa teatru u nibda r-rehearsels ft-8 ta’ Settembru. Imbagħad wara dan kollu nerġa’ mmur f’Heidelberg u għandi rwol diferenti.”
Iżda forsi dan is-suċċess hemm għalih imkewwes xi sigriet partikolari, jew hija ħidma kontinwa ta’ Charles u ħafna nies oħra bħalu li jibqgħu jaħdmu sakemm jirnexxu fl-kamp li jkun tassew għal qalbhom, li f’dan ilkaż huwa l-mużika? Charles wieġeb li “m’hemm xejn li hu sigriet, imma aktar hemm bżonn xogħol iebes, ħafna auditions, u ntgħażilt u anke applikajt il-Ġermanja, kont ma’ 20 baritonu ieħor u għażlu lili, jiġiferi m’hemmx sigriet ħlief ħidma, u għandi wkoll it-tim tiegħi li hu Masquerade Opera, li naħdem ħafna magħhom ġewwa Firenze, u li fimkien nagħmlu l-lezzjonijiet, u jgħinuni ħafna.”
Il-baritonu Charles qasam magħna kif jipprepara qabel
xi opra, fosthom kemm minn aspett tal-vuċi u anke minn aspett psikoloġiku, u hu qal li “permezz tal-meditazzjoni, jiena nħobb ħafna li waqt li qed naħdem nissepara l-ħajja pubblika u l-ħajja tal-mużika.
Jiena nipprova li mmur il-ġim, nagħmel sports, meditazzjoni u ħafna studju. Trid tqassam, u tagħmel time table, skeda biex tara kif ser tqassam il-ħin. Anke mill-feedbacks li nirċievi, dawn il-feedbacks mingħand in-nies jgħinuk biex inti titla’ t-tieni skaluna.”
Allura, ladarba Charles kiseb suċċess, u għadu qed jikseb suċċess f’din il-karriera, tlabnieh jagħti messaġġ għal min bħalu jixtieq jagħmel suċċess fl-qasam tal-mużika, iżda ċerti li tap-
plika għal kull passjoni, xogħol u ħolma, meta wieġeb li “ma trid taqta’ qalbek qatt, il-messaġġ tiegħi u hu li jekk għandek vuċi trid tibqa’ taħdem, iżda trid tirringrazzja lil Alla kuljum.” Dan kien il-messaġġ li Charles wassal għal min jixtieq jibda karriera fl-kant jew f-opera, għalkemm hu jħoss li f’Malta u bħala Maltin għadna ftit lura fejn tidħol il-mużika klassika, u jkollok toħroġ barra minn Malta “biex tagħmel suċċess hawn Malta biss mhux ser jirnexxielek u għalhekk ikollok toħroġ barra minn Malta.”
Il-mużika klassika hija ġeneru li jofri ġmiel, emozzjoni u profondità li ftit nies jistgħu jilħqu l-ogħla livell fha. Hija magħrufa għall-armoniji sofstikati, il-kump-
lessità strutturali, u l-espressjoni artistika li tgħaddi minn ġenerazzjonijiet u wieħed bilfors li jkun jaf kompożituri popolari bħalma huma Beethoven, Mozart u Tchaikovsky, li ħolqu xogħlijiet li għadhom iqanqlu l-qalb sallum. F’dinja moderna mimlija stimulazzjoni rapida, il-mużika klassika tofri mument ta’ rifessjoni u serħan. Iżda huwa importanti li wieħed jagħti kas u jifhem din l-arti nobbli, mhux biss bħala passatemp, imma bħala mod ta’ tkabbir kulturali u emozzjonali.
L-apprezzament tagħha jwassal għal għarfen aktar profond tal-bniedem u tas-sbuħija, kif qed jagħmel ukoll il-baritonu Għawdxi u tassew bravu Charles Buttigieg.