Skip to main content

Ekonomija April 25

Page 1

#34

April 2025

EKONOMIJA LI DEJJEM QIEGĦDA TIKBER N … id-defiċit ta’ Malta jonqos b’mod sinifikanti

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

istgħu ngħidu li ma jaqtgħu xejn l-argumenti dwar l-ekonomija jew aħjar, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Tkabbir li bqajna narawh għaddej b’domanda domestika dejjem b’saħħitha. Li l-ekonomija mistennija tkompli tikber b’mod b’saħħtu ġie kkonfermat riċentament hekk kif b’sodisfazzjon id-defiċit ta’ Malta naqas b’mod sinifikanti aktar milli kien mistenni. Dan b’tali mod li qabżet kemm it-tbassir tad-defiċit kif ukoll dak tad-dejn għall-2024. Dan għandu għax iqawwilna qalbna għall-ġejjieni ekonomiku biex tattira aktar investiment barrani lejn pajjiżna li joffri impjiegi ta’ kwalità. Irrispettivament minn liema ħsieb ekonomiku wieħed jista’ jkollu, żgur naqblu li s-sisien ekonomiċi ta’ pajjiżna huma b’saħħithom. Premessa li fuqha l-Gvern għandu jkompli jibni biex ikompli jkun jista’ jilqa’ għall-isfidi tal-futur. Quddiem dan kollu, nemmnu li għandha tissokta l-ħidma biex l-ekonomija tagħna mhux biss tibqa’ l-aqwa iżda wkoll toħloq l-aqwa opportunitajiet u pagi għall-ħaddiema. Inħarsu ’l quddiem biex ikompli jinħoloq il-ġid, l-opportunitajiet u l-prosperità għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-miżuri mħabbra fil-Baġit 2025 li bosta minnhom diġa daħlu fis-seħħ u oħrajn se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li ġej, fosthom it-tnaqqis sostanzjali fit-taxxa, se jitfgħu aktar flus fil-bwiet tan-nies u b’hekk tkompli tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Prova oħra li f’dawn l-aħħar snin l-ekonomijakienet għall-ġid tan-nies u mhux in-nies għall-ekonomija. Pajjiżna huwa determinat li jkompli jappoġġja bis-sħiħ l-ekonomija u jħarisha mill-isfidi li jistgħu jfeġġu minn żmien għall-ieħor, kemm lokali u anke dawk internazzjonali. Dan se jwettqu f’kuntest li l-ekonomija tkun hemm għan-nies u mhux in-nies għall-ekonomija.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Ekonomija April 25 by Union Print - Issuu