The Valletta 2018 Cultural Programme

Page 100

VALLETTA 2018

EUROPEAN CAPITAL OF CULTURE

THE STRANGE TRAVELS OF SEÑOR TONET 28 March - 1 April 2018 Esplanade, Esplora Interactive Science Centre, Bighi, Kalkara 4 April - 8 April 2018 Valletta

c. Tombs Creatius

During Spring 2018, a curiosity fair full of fun, interactive mechanical installations designed by Barcelona-based artists Tombs Creatius lands in Malta. At the fair we meet Señor Tonet, a peculiar character who introduces us to the many creatures encountered on his strange and wondrous journeys by means of individual installations set inside a box, each one reflecting a different story. During their stay, Tombs Creatius is also teaming up with Esplora and technical students to create a new mechanical installation tailored specifically for Valletta 2018. The two-week festival starts at the inspiring Esplora Interactive Science Centre and moves into Valletta during its second week; throughout, interactive games provide a highly creative storytelling experience that is sure to appeal to the young and the young at heart. Created by // Maħluq minn: Tombs Creatius Organised by // Organizzat minn: Valletta 2018 In Collaboration with // Bil-Kollaborazzjoni taċ-: Esplora Interactive Science Centre // Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, L-Esplora

THE STRANGE TRAVELS OF SEÑOR TONET Mit-28 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2018 L-Esplanade, Fiċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, L-Esplora, Bighi, Il-Kalkara 4 - 8 ta’ April 2018 Il-Belt Valletta

Tul ir-rebbiegħa 2018, se jkun hawn Malta fiera li tqanqal kurżità, mimlija divertiment fejn se jkun hemm installazzjonijiet interattivi ddisinjati minn artisti ta’ Tombs Creatius ibbażati f’Barċellona. Fil-fiera niltaqgħu ma’ Señor Tonet, karattru partikolari, mhux tas-soltu, li jintroduċina ma’ ħafna kreaturi li ltaqa’ magħhom matul il-vjaġġi strambi iżda meraviljużi li għamel. Dan se jsir permezz ta’ installazzjonijiet li se jitwaqqfu ġo kaxxa apposta, fejn kull waħda se tkun qed tirrifletti storja differenti.

Sakemm idumu Malta, Tombs Creatius se jingħaqdu mal-Esplora u l-istudenti tekniċi biex jibnu installazzjoni mekanika ġdida mfassla apposta għal Valletta 2018. Dan il-festival mifrux fuq ġimagħtejn se jibda fiċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora, u fit-tieni ġimgħa tiegħu jissokta fil-Belt Valletta; fejn permezz ta’ logħob interattiv ikun hemm esperjenzi ta’ qari ta’ stejjer mill-aktar kreattivi li żgur se jappella liż-żgħar u lil dawk li għadhom iħossuhom żgħażagħ.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.