The Island Is What The Sea Surrounds

Page 1

DALTHE ISLAND

BAĦAR IS WHAT

MADWARHA THE SEA SURROUNDS

25 TA’ MARZU – 1 TA’ LULJU 2018 // 25 MARCH – 1 JULY 2018 ĦINIJIET TAL-FTUĦ: MIT-TLIETA SAL-ĦADD (11AM – 7PM)

OPENING HOURS: TUESDAY – SUNDAY (11AM – 7PM)

DIVERSI SITI FIL-BELT VALLETTA U Ż-ŻONI TAL-MADWAR

SEVERAL SITES IN VALLETTA & ITS SURROUNDING AREAS

BILJETTI // TICKETS WWW.VALLETTA2018.ORG

€5 ADULTI // ADULTS €3 TFAL TA’ TNAX-IL SENA JEW INQAS // CHILDREN UNDER 12


Valletta 2018 Foundation Exchange Buildings Republic Street Valletta VLT 1117 Malta www.valletta2018.org


DAL-BAĦAR MADWARHA

Werrej

WERREJ // CONTENTS IL-ĦAJJA FUQ GŻIRA // OF ISLANDS AND “ISLANDNESS”

1

ATTRAZZJONIJIET MILL-PROGRAMM // PROGRAMME HIGHLIGHTS

3

STRUTTURI FUQ SKALA KBIRA U INTERVENTI // LARGE-SCALE STRUCTURES AND INTERVENTIONS

5

INSTALLAZZJONIJIET AKUSTIĊI U TAL-VIDJO // SOUND AND VIDEO INSTALLATIONS

8

WIRJA TAL-ARTI KOLLETTIVA // MAJOR GROUP EXHIBITION

14

NIDĦLU AKTAR FIL-FOND… // DELVE DEEPER…

21

TIM DAL-BAĦAR MADWARHA // THE ISLAND IS WHAT THE SEA SURROUNDS TEAM

22

RINGRAZZJAMENTI // ACKNOWLEDGEMENTS

23


DAL-BAĦAR MADWARHA

IL-ĦAJJA FUQ GŻIRA Dal-Baħar Madwarha hija l-esibizzjoni tal-arti kontemporanja ewlenija ta’ Valletta 2018 li tesplora l-identità tal-abitanti tal-gżejjer, il-Gżejjer Maltin u l-Baħar Mediterran. Il-viżitaturi huma mistiedna jwettqu vjaġġ fir-realtajiet soċjali u politiċi kontemporanji tal-Mediterran u l-Gżejjer Maltin, bl-ispirtu tal-ħajja fuq gżira bħala gwida. L-idea tal-“gżira” hija antika, iżda waħda li dejjem tiġi aġġornata permezz tal-ħin, post, storja u kultura. U għalhekk, hija wkoll mingħajr żmien, dejjem ġdida. Din hija esibizzjoni mingħajr post fiss ħlief għall-idea tal-“gżira” stess; vjaġġ kulturali madwar dak li hu fluwidu u mibni, storja ffurmata minn ħafna stejjer. 22 artisti rinomati u emerġenti – kemm internazzjonali kif ukoll Maltin – jippreżentawna b’xogħlijiet kontemporanji li jitkellmu dwar l-identità Mediterranja. Il-Belt Valletta u ż-żoni tal-madwar tagħha jospitaw dawn ix-xogħlijiet artistiċi, li kull wieħed minnhom jisfida u jilgħab bir-realtajiet soċjali, politiċi u kulturali tal-Gżejjer. Il-Gżejjer Maltin u l-mitoloġija tagħhom, il-Baħar Mediterran u l-identità talabitanti tal-gżejjer kollha jsiru s-suġġetti tax-xogħol artistiku. Il-blata stess, minnaħa tagħha, issir oġġett ta’ kunflitt, tikxef narrattivi ta’ taqbid, punti ta’ mistrieħ u ta’ inkwiet. Id f’id mal-komunitajiet tal-gżejjer, ix-xogħlijiet multidixxiplinarji tal-esibizzjoni jitfgħu dawl fuq il-kuntest storiku tal-art u l-baħar, fuq l-istorja ta’ dan l-arċipelagu uniku u narrattiva usa’ tal-ħajja fuq gżira. Minn immaġni u tessuti li għandhom x’jaqsmu mal-preżenza kontra l-inviżibbiltà, għal installazzjonijiet li jikxfu l-konsegwenzi tad-dinja reali ta’ oġġetti li ma jiġux indirizzati u xogħlijiet ta’ konverżazzjoni li jiżvelaw konnessjonijiet kemm fil-fond kif ukoll arbitrarji bejn oġġetti u kunċetti kulturali – din hija storja li qiegħda dejjem tinkiteb u terġa’ tinkiteb mill-ġdid, mittiekla sew mill-melħ u l-baħar.

1


Introduzzjoni

// OF ISLANDS AND “ISLANDNESS” The Island is What the Sea Surrounds is Valletta 2018’s major contemporary art exhibition that explores the identity of islanders, the Maltese Islands, and the Mediterranean Sea. Visitors are invited to embark on this journey through the contemporary social and political realities of the Mediterranean and the Maltese Islands, with the spirit of “islandness” as a guide. The idea of ‘the island’ is an old thing, but one that’s constantly sloughed by the turning tides – of time, place, history, and culture. And so, it is also timeless, always new. This is an exhibition with no place to call home except the idea of the “island” itself; a cultural journey through the fluid and the built, a story formed of many stories. 22 renowned and emerging artists – both international and Maltese – present us with contemporary works that speak of Mediterranean identity. Valletta and its surrounding areas host these artworks, each of which challenges and plays with the social, political, and cultural realities of the Islands. The Maltese Islands and their mythos, the Mediterranean Sea and the identity of islanders all become the subjects of the work of art. The rock itself, in turn, becomes an object of conflict, revealing narratives of struggle, loci of rest and unrest. Hand in hand with the islands’ communities, the exhibition’s multi-textured works shed light on the historical context of the land and the sea, on the story of this unique archipelago and wider narratives of “islandness”. From images and textures that deal with presence versus invisibility, to installations that reveal the real-world consequences of things left unaddressed, and conversational pieces that unveil both deep-seated and whimsical connections between objects and cultural constructs – this is a story that’s always being written and rewritten, well-worn by salt and sea.

2


DAL-BAĦAR MADWARHA

ATTRAZZJONIJIET MILLPROGRAMM // PROGRAMME HIGHLIGHTS

TNEDIJA TAL-PROGRAMM TAL-ESIBIZZJONI EWLENIJA // LAUNCH OF MAJOR EXHIBITION PROGRAMME

25 TA’ MARZU 2018 // 25 MARCH 2018

Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

DATI TAL-ESIBIZZJONI EWLENIJA // MAJOR EXHIBITION DATES Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

INSTALLAZZJONIJIET FIL-PIXKERIJA U Ċ-ĊISTERNI TA’ TAĦT L-ART // INSTALLATIONS AT IL-PIXKERIJA AND THE UNDERGROUND CISTERNS Il-Belt Valletta // Valletta ARTISTI // ARTISTS: Susan Philipsz, Ibrahim Mahama

3

25 TA’ MARZU – 27 TA’ MEJJU 2018 // 25 MARCH – 27 MAY 2018

25 TA’ MARZU – 1 TA’ LULJU 2018 // 25 MARCH – 1 JULY 2018


Attrazzjonijiet mill-Programm

PROGRAMM PERFORMATTIV U AVVENIMENTI PUBBLIĊI // PERFORMATIVE PROGRAMME AND PUBLIC EVENTS

25 TA’ MARZU – 1 TA’ LULJU 2018 // 25 MARCH – 1 JULY 2018

Diversi siti fil-Belt Valletta u ż-żoni tal-madwar // Various sites in Valletta and its surrounding areas ARTISTI // ARTISTS: Lida Abdul [l-Afganistan // Afghanistan], Heba Y Amin [l-Eġittu // Egypt], Hela Ammar [it-Tuneżija // Tunisia], Aaron Bezzina [Malta] Kristina Borg [Malta], Gilbert Calleja [Malta], Aidan Celeste [Malta], Antoine Cassar [Malta], Fernando Sánchez Castillo [Spanja // Spain], Center for Political Beauty [il-Ġermanja // Germany], Embassy for the Displaced/Scan Lab [tim internazzjonali// international team], Fleeting Territories [l-Awstrija/l-Iżvezja // Austria/Sweden], Manaf Halbouni [il-Ġermanja/is-Sirja // Germany/Syria], James Micallef Grimaud [Malta] Bettina Hutschek [il-Ġermanja/Malta // Germany/Malta], Tania El Khoury [il-Lebanon // Lebanon], Susan Philipsz [l-Iskozja // Scotland], Adrian Paci [l-Albanija // Albania], Ibrahim Mahama [Il-Ghana // Ghana], Wael Shawky [l-Eġittu/l-Istati Uniti // Egypt/USA], transparadiso [l-Awstrija // Austria], Raphael Vella [Malta].

4


DAL-BAĦAR MADWARHA

STRUTTURI FUQ SKALA KBIRA U INTERVENTI // LARGE-SCALE STRUCTURES AND INTERVENTIONS Siti varji f’Malta u Għawdex // Various sites in Malta and Gozo

XOGĦLIJIET ARTISTIĊI // ARTWORKS: Uprooted; Ġiraffa; Arċipelagu; What Will Fall Ippreżentati f’uħud mill-aktar spazji ikoniċi tal-Belt Valletta u żoni madwar il-kapitali, dawn l-installazzjonijiet sorprendenti jesprimu wħud mill-aktar kwistjonijiet urbani u soċjali urġenti li qed jaffaċċjaw il-Gżejjer Maltin illum. Il-konġestjoni tat-traffiku u l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-proprjetà huma tradotti fi djar improvizzati; krejn tal-kostruzzjoni ssirlu trasformazzjoni; xbieki tas-sajd irkuprati jġibu t-tniġġis marittimu fuq l-art; u artisti mill-Mediterran jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Dawn l-interventi jistiednu lil nies minn kull qasam tal-ħajja biex ikunu involuti mill-qrib mal-belt, u biex jirrikonoxxu l-isfidi ta’ għajxien fi spazju limitat imdawwar mill-baħar bla limitu. Staged in some of Valletta’s most iconic spaces and areas surrounding the capital, these surprising installations express some of the most pressing urban and social issues facing the Maltese Islands today. Traffic congestion and inflated real estate prices are translated into makeshift homes; a construction crane gets a makeover; recovered fishing nets bring marine pollution to land; and creatives from the Mediterranean share their experiences. These interventions invite people from all walks of life to engage with the fabric of the city, and to recognize the challenges of living in a limited space surrounded by the unlimited sea.

5


Strutturi Fuq Skala Kbira u Interventi

UPROOTED Skultura Interattiva minn Manaf Halbouni (Il-Ġermanja/Is-Sirja) // An Interactive Sculpture by Manaf Halbouni (Germany/Syria) Il-Belt Valletta // Valletta: Triq il-Lanċa, Marsamxett Harbour & St Elmo Examination Centre Birżebbugia: Pretty Bay | Għawdex // Gozo: Ħondoq ir-Rummien, Qala

Miftuħa mill-10 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 10 March to

1 July 2018

Ir-relazzjoni kontroversjali ta’ Malta mal-konġestjoni tattraffiku, l-iżvilupp tal-proprjetà u l-ġentrifikazzjoni huma inkorporati f’karozzi nomadiċi li jokkupaw spazji pubbliċi fil-Belt Valletta, li joffru “akkomodazzjoni għal ġurnata” li tista’ tkun riżervata minn qabel. Malta’s controversial relationship with traffic congestion, real estate development, and gentrification are embodied in nomadic cars that occupy public spaces in Valletta, offering ‘one-day-accomodation’ that can be booked in advance.

ĠIRAFFA Intervent Urban minn James Micallef Grimaud [Malta] // An Urban Intervention by James Micallef Grimaud [Malta] Marsa u l-Port il-Kbir, il-baċiri // Marsa and Grand Harbour, Dock 1

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018

Dan l-intervent ipoġġi suġġett “aljen” fi spazju familjari. Hawnhekk, il-krejn ġgantesk fuq il-Port il-Kbir huwa ttrasformat f’ġiraffa tirgħa, filwaqt li jenfasizza tħassib f’waqtu dwar fruntieri u migrazzjoni. This intervention places an ‘alien’ subject in a familiar space. Here, the towering crane over the Grand Harbour is transformed into a grazing giraffe, highlighting timely concerns about borders and migration.

6


DAL-BAĦAR MADWARHA

Strutturi Fuq Skala Kbira u Interventi

ARĊIPELAGU Installazzjoni minn Raphael Vella [Malta] // An Installation by Raphael Vella [Malta] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018

“Gżira hija post li taħrab lejh jew taħrab minnu?” Vella jistieden artisti emerġenti minn Gżejjer Mediterranji sabiex jaqsmu esperjenzi dwar il-ħajja fuq gżira b’collage li jinkludi tpinġijiet, kitba u xogħlijiet bil-vidjo. ‘Is an island a place one escapes to or escapes from?’ Vella invites emerging artists from different Mediterranean Islands to share experiences about island life with a collage that incorporates drawings, writing, and video works.

WHAT WILL FALL Installazzjoni Skulturali minn Aidan Celeste [Malta] // A Sculptural Installation by Aidan Celeste [Malta] Taħt Fort Santi Iermu, Triq il-Lanċa, il-Belt Valletta // Below Fort St Elmo, Triq il-Lanċa, Valletta

Skultura mibnija minn xibka tas-sajd industrijali rkuprata riċentament tixħet dawl fuq “Sajd Fantażma”, fenomenu dejjem jikber li wassal għal żieda fit-tniġġis marittimu u tnaqqis tar-riżorsi naturali tal-baħar. A sculpture constructed from a recently recovered industrial fishing net sheds light on ‘Ghost Fishing’, a growing phenomenon that has led to an increase in marine pollution and a depletion of the sea’s natural resources.

7

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018


DAL-BAĦAR MADWARHA

InstallazzInstallazzjonijiet Akustiċi u tal-Vidjo

INSTALLAZZJONIJIET AKUSTIĊI U TAL-VIDJO // SOUND AND VIDEO INSTALLATIONS Siti varji f’Malta u Għawdex // Various sites in Malta and Gozo

XOGĦLIJIET ARTISTIĊI // ARTWORKS: Who by Fire; Lampara; Why Do You Ask?; Aljotta; What We Have Overlooked; The Column; Al Araba Al Madfuna III; The Bridge; Where Land Meets Sea L-arti viżiva u dik akustika jistgħu jqanqlu l-memorja u l-assoċjazzjoni. Se jirnexxilhom dawn l-elementi jiffjorixxu f’viżjonijiet nostalġiċi, skoperta mill-ġdid ta’ oġġetti midfuna żmien ilu jew il-ħolqien ta’ forom ġodda? Eki tal-istorja jiġru fl-installazzjonijiet akustiċi u tal-vidjo, filwaqt li jimxu bil-mod għal ġol-preżent. Is-siti taċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu u ċ-Ċisterni ta’ Taħt l-Art, li xi darba kienu jintużaw bħala xelters tal-gwerra, joffru taħlita ta’ ansjetà u nostalġija. Il-programm tal-arti tal-vidjo jittratta temi diversi bħar-romantiċiżmu, provvista u domanda moderni, vjaġġ u spostament, konfini marittimi, nazzjonalità, qawwa anċestrali u kontroll tal-fruntieri. U fil-fond ġewwa ċ-ċisterni, installazzjoni akustika emozzjonali tistieden lil dak li jkun biex jieqaf u jisma’ t-traċċi tal-ħin. Sight and sound art can jog memory and association. Will these elements flower into nostalgic visions, a re-discovery of things long-buried, or the creation of new shapes? Echoes of history run through the exhibition’s sound and video installations, bleeding into the present. Set inside the St Elmo Examination Centre and the underground cisterns that were once used as war shelters, the sites themselves are charged with a mix of anxiety and nostalgia. The video art programme deals with themes as varied as romanticism, modern supply and demand, voyage and displacement, marine boundaries, nationality, ancestral power, and border control. And deep inside the cisterns, a poignant sound installation invites one to stop and listen to the traces of time.

8


DAL-BAĦAR MADWARHA

WHO BY FIRE Installazzjoni Akustika Speċifika għas-Sit minn Susan Philipsz [l-Iskozja] // A Site-Specific Sound Installation by Susan Philipsz [Scotland] Ċisterni ta’ Taħt l-Art, il-Belt Valletta (Quddiem il-Qorti, Triq irRepubblika) // Underground Cisterns, Valletta (In front of the Law Courts, Republic Street)

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Traċċi tal-istorja jidwu ġewwa ċisterni xi darba użati bħala xelters tal-gwerra, waqt li reġistrazzjonijiet ta’ qanpiena mġarrfa mill-gwerra mill-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, tasSliema, jevokaw l-air raids tat-Tieni Gwerra Dinjija. Traces of history resound inside cisterns once used as a war shelter, as recordings of a war damaged bell from Jesus of Nazareth Church, Sliema, hark back to the air raids of World War II.

LAMPARA Installazzjoni Akustika minn Gilbert Calleja [Malta] // A Sound Installation by Gilbert Calleja [Malta]

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal27 ta’ Mejju 2018

Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

// Open from 25 March to 27 May 2018

Agħmel vjaġġ mad-direttur tal-films ma’ sajjieda minn Marsaxlokk, fejn esperjenzi diffiċli kif ukoll mumenti ta’ pjaċir jiżviluppaw fuq il-’Joan of Arc’, dgħajsa tal-familja fejn il-passiġġieri jgħixu permezz tal-metodu tas-sajd billampara f’ilmijiet internazzjonali. Undertake a voyage with the filmmaker and Marsaxlokk fishermen, where trials, joys and tribulations play out on the ‘Joan of Arc’, a family boat where passengers live by the ‘lampara’ fishing method in international waters.

WHY DO YOU ASK?

9


InstallazzInstallazzjonijiet Akustiċi u tal-Vidjo

Installazzjoni bil-Vidjo minn Héla Ammar [it-Tuneżija] // A Video Installation by Héla Ammar [Tunisia] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Ammar qattgħet sitt xhur taħdem ma’ żgħażagħ f’Tuneż li m’għandhomx passaporti, tistaqsi mistoqsijiet li ħadd qatt ma jistaqsi u tesplora l-immaġni/suġġett assenti bħala sit ta’ politika u trawma. Ammar spent six months working with young men in Tunis, who do not have passports, asking questions that no one ever asks, and exploring the absent image/subject as site of politics and trauma.

ALJOTTA (2018) Projezzjoni ta’ Vidjo minn Bettina Hutschek [il-Ġermanja/Malta] // Video Projection by Bettina Hutschek [Germany/Malta] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Rutina mħeddla ta’ gżira hija mkissra meta s-soppa talħut tradizzjonali tal-abitanti, jew “Aljotta”, f’daqqa waħda ġġegħelhom jagħmlu u jgħidu affarijiet mhux mistennija, filwaqt li jinkixef proċess surreali ta’ trasferiment tal-memorja. An island’s sleepy routine is ruptured when the inhabitants’ traditional fish soup, or ‘Aljotta’, suddenly causes them to do and say unexpected things, uncovering a surreal process of memory transfer.

10


DAL-BAĦAR MADWARHA

WHAT WE HAVE OVERLOOKED Projezzjoni ta’ Vidjo minn Lida Abdul [l-Afganistan] // Video Projection by Lida Abdul [Afghanistan] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Miġbud fil-pajjiż ta’ Abdul, l-Afganistan, l-immaġni jsegwu l-waqgħa ta’ raġel dejjem nieżel aktar fil-fond flilma, meditazzjoni emozzjonali dwar l-identità, il-patrija, l-eżilju u r-reżistenza politika. Filmed in Abdul’s home country of Afghanistan, the images follow the descent of a man slipping deeper into a body of water; a poignant meditation on identity, homeland, exile, and political resistance.

THE COLUMN (2013) Projezzjoni ta’ Vidjo minn Adrian Paci [l-Albanija] // Video Projection by Adrian Paci [Albania] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Skuża għal vjaġġ poetiku bejn il-Lvant u l-Punent, il-vidjo jsegwi t-transformazzjoni mġarrba minn biċċa rħam, millestrazzjoni tagħha f’barriera għall-ġimgħat twal ta’ trasport. A pretext for a poetic voyage between East and West, the video follows the transformation undergone by a piece of marble from its extraction at a quarry to the long weeks of transport.

11

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal27 ta’ Mejju 2018 // Open from 25 March to 27 May 2018


InstallazzInstallazzjonijiet Akustiċi u tal-Vidjo

AL ARABA AL MADFUNA III Installazzjoni bil-Vidjo u Tpinġijiet fuq Skala Kbira minn Wael Shawky [l-Eġittu/l-Istati Uniti] // A Large Scale Video Installation and Drawings by Wael Shawky [Egypt/USA] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Ispirata miż-żjara ta’ Shawky stess fil-villaġġ ta’ Al Araba Al Madfuna, tfal jaħdmu mill-ġdid is-sejba ta’ sit arkeoloġiku filwaqt li jgħidu l-parabboli tal-kittieb Eġizzjan Mohamed Mustagab’ Dayrut al-Shareif. Inspired by Shawky’s own visit to the village of Al Araba Al Madfuna, children reenact the unearthing of an archaeological site while speaking the parables of Egyptian writer Mohamed Mustagab’ Dayrut al-Shareif.

THE BRIDGE (2015) Vidjo minn Centre for Political Beauty [il-Ġermanja] // A Video by Centre for Political Beauty [Germany] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018

Din il-kampanja ta’ infrastruttura fittizja tipproponi li tibni struttura msemmija l-Pont Jean Monnet, konnessjoni bejn it-Tuneżija u Sqallija li tippermetti lil refuġjati mill-Afrika ta’ Fuq sabiex jidħlu b’mod sikur fl-Unjoni Ewropea. This fictional infrastructure campaign proposes to build a structure called the Jean Monnet Bridge, a link between Tunisia and Sicily that would allow refugees from North Africa to safely enter the European Union.

12


DAL-BAĦAR MADWARHA

Installazzjonijiet Akustiċi u tal-Vidjo

WHERE LAND MEETS SEA Vidjo minn Embassy for the Displaced, Scan Lab, u Stevanos [Internazzjonali] // A Video by Embassy for the Displaced, Scan Lab, and Stevanos [International] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Investigazzjoni tal-fenomenu tal-“kanal ta’ migrazzjoni” tal-Gżejjer Griegi, li saru x-“xatba” mhux uffiċjali għal refuġjati li jaqsmu lejn l-Ewropa, u fejn spazji fiżiċi u soċjali qegħdin f’negozjati kostanti. An investigation into the phenomenon of the ‘migrant corridor’ of the Greek Islands, which have become the unofficial ‘gate’ for refugees crossing into Europe, and where physical and social space are under constant negotiation.

13

Miftuħa mill25 ta’ Marzu sal1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to 1 July 2018


DAL-BAĦAR MADWARHA

Wirja tal-Arti Kollettiva

WIRJA TAL-ARTI KOLLETTIVA // MAJOR GROUP EXHIBITION Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta u diversi siti f’Malta u Għawdex // St Elmo Examination Centre & other sites in Malta and Gozo

XOGĦLIJIET ARTISTIĊI // ARTWORKS: Fleeting Territories: Mapping Malta (Part 1); A Straight Line Through the Carcass of History; [OPERATION SUNKEN SEA]; No Man’s Land; Monument; Map of the Mediterranean; Caput; Times of Dilemma; Sejjaħ lil Malta (Call Malta) Kulħadd huwa mistieden jipparteċipa f’dawn l-eskursjonijiet interattivi li jinvestigaw in-nisġa tal-ħajja Maltija kontemporanja. Il-persuni li jkunu għaddejjin se jsibu ħafna ma’ xiex jinvolvu ruħhom, jisfidaw u jiddibattu waqt li jesploraw dawn ix-xogħlijiet differenti u kurjużi: investigazzjoni fil-politika tal-mapep u x-xewqa; esibizzjoni li tislet paralleli bejn xbieki tas-sajd u t-tlugħ ta’ ċnut tal-kosta lokali; mawra ggwidata permezz ta’ pjan ewlieni assurd li (kważi) qered il-Baħar Mediterran; mixjiet fil-kampanja li jagħtu s-setgħa li jitolbu lura art ta’ ħadd; u attivitajiet ferrieħa li jesploraw il-kant folkloristiku, il-konfini marittimi, il-monumenti, il-poeżija u l-gwerra. Everyone is invited to take part in these interactive excursions that investigate the textures of contemporary Maltese life. Passersby will find much to engage with, challenge, and debate as they explore these diverse and curious works: an investigation into the politics of maps and desire; an exhibition that draws parallels between fishing nets and the fencing off of the local coast; a guided tour through a ludicrous master plan that (almost) wiped out the Mediterranean Sea; empowering country walks that re-claim no man’s land; and playful activities that explore folk singing, marine boundaries, monuments, poetry, and war.

14


DAL-BAĦAR MADWARHA

FLEETING TERRITORIES: MAPPING MALTA (PART 1) Posters mill-kollettiva tal-arti, Fleeting Territories [l-Awstrija/l-Iżvezja] // Posters by the art collective, Fleeting Territories [Austria/Sweden] Iġbor poster (sakemm ikun fadal) // Pick up a poster (while stocks last)

10 ta’ Marzu - 1 Lulju 2018 // 10 March - 1 July 2018

Id-Dwana, il-Belt Valletta // Customs House, Valletta Wirjiet tal-Posters // Poster Exhibits:

10 ta’ Marzu - 1 Lulju 2018

Spazji pubbliċi madwar Malta // Public spaces across Malta

// 10 March - 1 July 2018

Tliet mapep differenti jitfgħu dawl fuq kif is-soċjetà Maltija tgħix fi spazji liminali u immaġinarji, jiġifieri l-ispazju talajru, l-ispazju marittimu u l-ispazju terrestri. Three different maps shed light on how Maltese society inhabits liminal and imaginary spaces, namely Maltese airspace, maritime space, and terrestrial space.

A STRAIGHT LINE THROUGH THE CARCASS OF HISTORY Intervent Speċifiku għas-Sit minn Ibrahim Mahama [il-Ghana] // A Site-Specific Intervention by Ibrahim Mahama [Ghana] Il-Pixkerija, il-Belt Valletta // Il-Pixkerija, Valletta

Fis-suq tal-ħut l-antik ta’ Malta, jew il-Pixkerija, ċint magħmul minn malji ta’ xibka jenfasizza l-istorja ta’ kummerċ tal-post bejn l-Afrika u l-Ewropa, filwaqt li jirrifletti l-ġlidiet kontemporanji tal-Gżira ma’ spazju pubbliku magħluq. At Malta’s old fish market, or il-Pixkerija, a fence made of meshes highlights the site’s trading history between Africa and Europe, while reflecting the Island’s contemporary struggles with ‘fenced off’ public space.

15

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018


Wirja tal-Arti Kollettiva

[OPERATION SUNKEN SEA] Installazzjoni u Intervent Parteċipatorju minn Heba Y Amin [EG], f’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Istudji Mediterranji fl-Università ta’ Malta // An Installation and Participatory Intervention by Heba Y Amin [EG], in collaboration with the Institute for Mediterranean Studies at the University of Malta 25 ta’ Marzu 1 Lulju 2018

Installazzjoni // Installation:

Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo // From 25 March - 1 July 2018 Examination Centre, Valletta Seminar:

10 ta’ Marzu - 1 Lulju 2018

Università ta’ Malta, tal-Qroqq // University of Malta, tal-Qroqq

// 10 March - 1 July 2018

Uffiċċju fittizju li jesplora l-omnipotenza kolonjali billi jagħti bidu għal intervent infrastrutturali fuq skala kbira permezz tat-tbattil u tbiddil tar-rotta tal-Baħar Mediterran biex jgħaqqad l-Afrika u l-Ewropa f’superkontinent wieħed. A fictive office that explores colonial omnipotentia by initiating a large-scale infrastructural intervention through the draining and rerouting of the Mediterranean Sea to converge Africa and Europe into one supercontinent.

16


DAL-BAĦAR MADWARHA

NO MAN’S LAND Eskursjoni Parteċipatorja minn Kristina Borg [Malta] // A Participatory Excursion by Kristina Borg [Malta] L-eskursjonijiet jibdew fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta // Excursions begin at the Grand Harbour, Valletta

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018

Mixjiet interattivi mfassla minn qabel jistiednu lillparteċipanti sabiex iħarsu mill-baħar lejn “art ta’ ħadd” (no man’s land), sabiex jiskopru forom ġodda ta’ territorju matul il-veduti magħrufin sew tal-kosta ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir. Pre-designed, interactive walks invite participants to look from the sea towards ‘no man’s land’, to discover new forms of territory along the well-known sights of the Marsamxett coast and the Grand Harbour.

MONUMENT Installazzjoni minn Fernando Sánchez Castillo [Spanja] // An Installation by Fernando Sánchez Castillo [Spain] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Permezz ta’ tpinġijiet u maquette dan il-proġett jesplora l-memorja kollettiva filwaqt li jistieden il-komunitajiet jiddiskutu dak li monument f’Malta għandu jirrappreżenta u jikkommemora fil-mument attwali. Through drawings and a maquette, this project explores collective memory, inviting communities to discuss what a monument for Malta should represent and memorialise in the present moment.

17

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018


Wirja tal-Arti Kollettiva

MAP OF THE MEDITERRANEAN Test ma’ Ħajt minn Antoine Cassar [Malta] // Wall text by Antoine Cassar [Malta] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018

Poeżija mill-pubblikazzjoni ta’ Cassar, Map of the Mediterranean (Għaqda tal-Malti, 2013), tiddeskrivi l-forom tal-Baħar Mediterran kif jidher mill-erba’ direzzjonijiet kardinali, b’rabta mal-istorja tal-popli tiegħu. A poem from Cassar’s publication, Map of the Mediterranean (Għaqda tal-Malti, 2013), describes the shapes of the Mediterranean Sea as seen from all four cardinal directions, in relation to the history of its peoples.

CAPUT Installazzjoni Skulturali minn Aaron Bezzina [Malta] // A Sculptural Installation by Aaron Bezzina [Malta] Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // St Elmo Examination Centre, Valletta

Miftuħa mill-25 ta’ Marzu sal-

1 ta’ Lulju 2018 // Open from 25 March to

1 July 2018

Munzelli strambi ta’ rjus tat-tafal jistrieħu fuq xulxin f’din l-installazzjoni speċifika għas-sit; kummentarju fuq ir-“riżultati” qattiela tal-konfoffi politiċi tal-gwerra u l-anonimità ta’ persuni ċċelebrati bħala eroj. Curious piles of clay heads rest on top of each other in this site-specific installation; a commentary on the deadly ‘results’ of the political machinations of war and the anonymity of people erected as heroes.

18


DAL-BAĦAR MADWARHA

TIMES OF DILEMMA Proġett ta’ Installazzjoni Parteċipatorja minn transparadiso [l-Awstrija] // A Participatory Installation Project by transparadiso [Austria] Rappreżentazzjonijiet // Performances: Kappella ta’ Santu Rokku, il-Belt Valletta & Manoel Island, il-Gżira // St Roque Chapel, Valletta & Manoel Island, Gżira (open to the public 24/7)

Bejn port u ieħor, żewġ megafowns jippermettu lil għannejja, jew kantanti folkloristiċi, u persuni minn kull qasam tal-ħajja sabiex ikunu involuti f’sessjonijiet ta’ għana ta’ kull xahar li jindirizzaw kwistjonijiet soċjali attwali marbutin mal-Gżejjer. Between one harbour and another, two megaphones allow għana singers, or folk singers, and people from all walks of life to engage in monthly għana sessions that addresses current social issues related to the Islands.

19

25 ta’ Marzu, 27 ta’ Mejju, 1 ta’ Lulju 2018 // 25th March, 27th May, 1 July 2018


Wirja tal-Arti Kollettiva

SEJJAĦ LIL MALTA (CALL MALTA) Installazzjoni Akustika Speċifika għas-Sit minn Tania El Khoury [ilLebanon] // A Site-Specific Sound Installation by Tania El Khoury [Lebanon] Installazzjoni // Installation:

6, 7, 8 ta’ April 2018

Il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta // Grand Harbour, Valletta

// 6, 7, 8 April 2018

Rappreżentazzjoni inizjali // Kick off performance:

6 ta’ April 2018

Il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta // Grand Harbour, Valletta

// 6 April 2018

Vjaġġi bid-dgħajjes // Water taxi boat rides: Il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta // Grand Harbour, Valletta

Kull tmiem il-ġimgħa sal-1 ta’ Lulju 2018 // Every weekend until 1 July 2018

Vjaġġ immersiv li jiggwida l-perċezzjoni li qed tinbidel tagħna tal-Baħar Mediterran, fejn vjaġġaturi jivvjaġġaw fuq dgħajjes Maltin tradizzjonali filwaqt li jagħfsu arzell miġbur mill-bajjiet ta’ Sousse, it-Tuneżija, ma’ widnejhom. An immersive journey that channels our changing perception of the Mediterranean Sea, where visitors travel on traditional Maltese water taxi boats while pressing seashells collected from the shores of Sousse, Tunisia, to their ears.

20


DAL-BAĦAR MADWARHA

Nidħlu Aktar fil-Fond…

NIDĦLU AKTAR FIL-FOND… // DELVE DEEPER… 25 TA’ MARZU – 27 TA’ MEJJU 2018

// 25 MARCH – 27 MAY 2018

Spazju tal-Gallerija, Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta // Gallery Space, St Elmo Examination Centre, Valletta

ESIBIZZJONIJIET // EXHIBITIONS: No Man’s Land minn Kristina Borg [Malta]; Times of Dilemma minn transparadiso [l-Awstrija // Austria]; Fleeting Territories_Mapping Malta (Part 2) minn Fleeting Territories collective [l-Awstrija/l-Iżvezja // Austria/Sweden]; Sejjaħ lil Malta (Call Malta) minn Tania El Khoury [il-Lebanon // Lebanon]; Uprooted minn Manaf Halbouni [il-Ġermanja/is-Sirja // Germany/Syria) L-esibizzjonijiet fil-gallerija joffru daqqa t’għajn lejn il-proċessi ta’ ħsieb wara xi wħud mix-xogħlijiet artistiċi li qed jiġu ppreżentati fil-Gżejjer Maltin. Minn materjal ta’ riċerka għal artefatti diversi marbutin mal-installazzjonijiet oriġinali, dawn il-wirjiet jistiednu lill-viżitaturi biex ikomplu jesploraw il-varji temi involuti f’Dal-Baħar Madwarha (The Island is What the Sea Surrounds). The exhibits in the gallery offer a glimpse into the thought processes behind some of the artworks that are being staged across the Maltese Islands. From research material, to diverse artefacts related to the original installations, these displays invite visitors to keep exploring the diverse themes at play in The Island is What the Sea Surrounds (Dal-Baħar Madwarha).

21


DAL-BAĦAR MADWARHA

Tim Dal-Baħar Madwarha

TIM DAL-BAĦAR MADWARHA // THE ISLAND IS WHAT THE SEA SURROUNDS TEAM KURATRIĊI // CURATOR Maren Richter KAP TAL-PRODUZZJONI // HEAD OF PRODUCTION Sandra Zaffarese IMMANIĠĠJAR TAL-ESIBIZZJONI // EXHIBITION MANAGEMENT Ambra Anselmo IMMANIĠĠJAR TAL-PROĠETT // PROJECT MANAGEMENT Sarah Mallia, Lyanne Mifsud, Andrea Pullicino INSTALLAZZJONI TAL-ESIBIZZJONI // EXHIBITION INSTALLATION Jon Banthorpe

22


DAL-BAĦAR MADWARHA

Ringrazzjamenti

RINGRAZZJAMENTI // ACKNOWLEDGEMENTS Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tixtieq tirringrazzja lill-entitajiet t’hawn taħt għallappoġġ fil-proġetti li ġejjin: // The Valletta 2018 Foundation would like to thank the entities below for supporting the following projects: ĠIRAFFA James Micallef Grimaud [Malta] F’kollaborazzjoni ma’ // In collaboration with: Palumbo Shipyard WHO BY FIRE Susan Philipsz [l-Iskozja // Scotland] Appoġġjata minn // Supported by: The British Council, ECA Consultants Ltd., il-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu, tas-Sliema (Jesus of Nazareth Church, Sliema), Alberta Group Malta, The Grand Harbour Regeneration Corporation plc (GHRC) UPROOTED Manaf Halbouni (il-Ġermanja/is-Sirja // Germany/Syria) Appoġġjat minn // Supported by: Transport Malta, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta (the Valletta Local Council), il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa (the

Birżebugga Local Council), il-Kunsill Lokali tal-Qala (the Qala Local Council), Tar-Robba Ltd. FLEETING TERRITORIES: MAPPING MALTA (PART 1) Fleeting Territories art collective [l-Awstrija/l-Iżvezja // Austria/Sweden] Appoġġjat minn // Supported by: Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) (The Armed Forces of Malta (AFM)), Din l-Art Ħelwa - National Trust of Malta A STRAIGHT LINE THROUGH THE CARCASS OF HISTORY Ibrahim Mahama [il-Ghana // Ghana] Appoġġjat minn // Supported by: APALAZZO Contemporary Art Gallery, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura (the Department of Fisheries and Aquaculture)

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tixtieq tirringrazzja wkoll lill-entitajiet li ġejjin għall-appoġġ tagħhom matul il-produzzjoni ta’ Dal-Baħar Madwarha (The Island is What the Sea Surrounds) // The Valletta 2018 Foundation would also like to thank the following entities for their support throughout the production of The Island is What the Sea Surrounds (Dal-Baħar Madwarha):

23


Meta ġie stampat dan il-ktejjeb l-informazzjoni kienet korretta. Valletta 2018 tirriżerva d-dritt li fi kwalunkwe ħin temenda d-dati u dettalji oħra dwar l-avvenimenti. The information in this pamphlet was correct at the time of going to print. Valletta 2018 reserves the right to amend dates and other event details at any time.


Valletta 2018 Foundation Exchange Buildings Republic Street Valletta VLT 1117 Malta Email: info@valletta2018.org Telephone: (+356) 2124 2018 www.valletta2018.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.