

2024 Nominazzjonijiet Nominations


Introduzzjoni
Merħba għall-Għaxar Avveniment Annwali, Tas-Sliema, Wirt u Niesha / Premju ‘Ġieħ tas-Sliema’ 2024
Għeżież Residenti,
Mill-ġdid reġgħet waslet attività oħra fejn aħna, bħala Kunsill Lokali, qed nirrikonoxxu persuni li fil-fehma tagħna jistħoqqilhom dan il-ġieħ.
Din is-sena, l-attività se tkun qed issir nhar il-Ġimgħa, it-29 ta’ Novembru 2024 ġewwa t-Teatru Salejsan fis-7pm.
Se tixxandar dirett ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Kunsill.
Kif tafu, fis-sena 2015, il-Kunsill Lokali Tas-Sliema nieda l-attività ‘Tas-Sliema, Wirt u Niesha’, bil-ħsieb li l-lokalità jkollha serata u avvenimenti li jikkommemoraw individwi li ġabu ġieħ lil din il-lokalità.
Bħalissa, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qiegħed għaddej bil-preparamenti għall-għaxar edizzjoni ta’ din l-attività. Nirrakkomandaw li tiċċekkjaw il-paġna tagħna fuq Facebook għal aktar informazzjoni.
Min se jattendi għal dan l-avveniment annwali, għandu jiġbor biljett mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema. Id-Dħul huwa b’xejn. Attivita’ li tkun imżewqa b’mużika, kant u rikkonoxximenti. Għalhekk żgur ħadd m’għandu jitlef dan l-avveniment.

Insellu għalikom,
John Pillow | Sindku
David Muscat | Kunsillier u Koordinatur tal-attività
Pierre Portelli | Segretarju Eżekuttiv 21337633 sliema.lc@gov.mt Depiro Street, Sliema

Introduction

Welcome to the 10th edition of Tas-Sliema, Wirt u Niesha/Premju ‘Ġieħ tas-Sliema’ 2024
Dear residents,
Once again we are approaching our annual event in which we reward persons who have contributed positively to the locality.
In 2015, the Local Council of Sliema launched the activity ‘Tas-Sliema, Wirt u Niesha’, with the idea that the locality celebrates an activity commemorating individuals who brought honour to the locality.
The Local Council is currently working on preparations for the tenth edition of this activity which, for this year, will be held at the Salesian Theatre, as well as on the local council social media platforms, on Friday 29th November 2024 at 7pm.
We recommend that you check our Facebook page for more information.
Those who wish to attend this annual event, must collect a ticket from the Sliema Local Council. Admission is free. An activity that is accompanied by music, singing and recognition. So definitely no one should miss this event.
Thank you,
John Pillow | Mayor
David Muscat | Councillor - Event Coordinator
Pierre Portelli | Executive Secretary sliema.support@gov.mt
21337633
Depiro Street, Sliema

Regolamenti

B’deċiżjoni unanima tal-Kunsill Lokali, meħuda fl-2015, il-Kunsill iddeċieda li ta’ kull sena jirrikonoxxi pubblikament dawk il-persuni, ħajjin jew mejtin, li b’dak li jkunu wettqu f’kull żmien u f’kull qasam tal-ħajja, ikunu ġabu ġieħ lil Tas-Sliema.
Il-Kunsill iddeċieda li dawn il-persuni jiġu mogħtija Premju msejjaħ ‘Ġieħ TasSliema’. Dan il-Premju ġie mogħti għall-ewwel darba fl-2015. Il-Kunsill iddeċieda li għal din is-sena, bħas-snin preċedenti, dan il-Premju jiġi mogħti lil mhux aktar minn erba’ persuni ħajjin u persuna waħda mejta. Il-Kunsill qiegħed jilqa’ wkoll nominazzjonijiet u jħeġġeġ aktar persuni biex jinnominaw żgħażagħ għallPremju Żagħżugħ/a tas-sena, li jkollhom rabta mal-lokalità u li jkunu ddistingwew ruħhom fil-qasam tal-isport, tal-volontarjat jew tal-kultura.
Għall-iskop tal-għażla ta’ dawn il-persuni għas-sena 2024, il-Kunsill ħatar Kumitat Indipendenti sabiex jirċievi n-nominazzjonijiet mir-residenti ta’ TasSliema, u biex jipproponi lill-Kunsill l-ismijiet ta’ dawk li jkun jistħoqqilhom dan il-Premju.
Kull waħda minn dawn il-persuni nominati għandha tkun, jew f’ħajjitha kienet, residenti ta’ Tas-Sliema. Biss, f’każ li l-Kunsill jikkunsidra bħala straordinarju, ilPremju jista’ jiġi mogħti anki lil persuna li qatt ma għexet Tas-Sliema, iżda li b’xi mod, din il-persuna tkun għamlet xi ħaġa straordinarja f’Tas-Sliema.



Regolamenti
1. Dawn il-persuni mhumiex eliġibbli għar-rikonoxximent:
a) Il-membri tal-Kunsill preżenti;
b) Il-membri tal-Kumitat tan-Nominazzjonijiet;
c) Il-membri tal-Kamra tad-Deputati u tal-Parlament Ewropew. (Eks Membri jikkwalifikaw biss wara li jkunu għaddew mill-inqas ħames snin mill-aħħar rappreżentanza tagħhom flimsemmijin Kamra jew Parlament).
d) Is-Sinjuri li jkun ingħatalhom dan il-Ġieħ / Premju fis-snin preċedenti.
2. Kull resident Slimiż jew ġej minn xi lokalita’ oħra, huwa mistieden jinnomina / jissekonda persuna jew persuni li jidhirlu li jistħoqqilhom ir-rikonoxximent imsemmi. Kull nominazzjoni u sekondament għandhom isiru minn persuni li isimhom ikun jidher fl-aħħar pubblikazzjoni tarReġistru Elettorali tal-Kunsill Lokali.
3. Kull nominazzjoni għandha ssir permezz ta’ formola li tinsab mehmuża ma’ dan il-fuljett jew li tista’ tinkiseb ukoll mill-Kunsill Lokali, mill-Knejjes kollha Parrokkjali f’Tas-Sliema, u missit web jew mill-paġna ta’ Facebook tal-Kunsill.
4. Malli l-formola timtela, din għandha tiġi ‘ssiġillata’ u indirizzata lill-Kumitat tanNominazzjonijiet, Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, Triq Depiro, Tas-Sliema SLM 2037, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru 2024, f’nofsinhar
5. Persuna waħda tista’ tagħmel aktar minn nominazzjoni waħda, u persuna waħda tista’ tissekonda aktar minn nominazzjoni waħda, iżda għal kull persuna nominata għall-Premju għandha ssir nominazzjoni fuq formola separata.
6. Fil-Formola:
a) Għandu jiġi muri l-indirizz tal-persuna nominata, jew jekk din tkun mejta, possibbilment tal-familjari tagħha.
b) Għandha tiġi spjegata b’mod ċar u preċiż ir-raġuni li għaliha jkun mistħoqq ir-rikonoxximent.
(Tajjeb li jiġu msemmija wkoll nies li jkunu jistgħu jagħtu informazzjoni dwar il-persuna nominata).

21337633
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema

Regolamenti

7. L-informazzjoni mogħtija f’kull waħda mill-formoli tkun kunfidenzjali u ma tkun magħrufa minn ħadd ħlief mill-membri tal-Kumitat tan-Nominazzjonijiet, u eventwalment mill-membri tal-Kunsill. Dawn jintrabtu li din l-informazzjoni ma jgħadduha lil ħadd. Dan ma jgħoddx għarreferenza dwar il-merti ta’ dawk rikonoxxuti.
8. Il-Formola għandha tkun iffirmata mill-proponent u mis-sekondant, u għandu jkun fiha ċar l-isem, in-numru tal-karta tal-identità u l-indirizz tagħhom it-tnejn.
9. Fejn jiġu sottomessi dati u/jew avvenimenti, dawn iridu jkunu preċiżi.
10. Kull min jipproponi jew jissekonda m’għandux ikun membru tal-familja tal-persuna nominata.
11. Il-Kunsill ikun liberu li jitlob aktar informazzjoni dwar kull dettall sottomess finnominazzjoni.
12. Id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Kunsill permezz ta’ riżoluzzjoni mgħoddija b’maġġoranza assoluta, waqt seduta normali. Din l-istess deċizjoni tittieħed wara li l-Kumitat tanNominazzjonijiet jgħaddi r-rapport tiegħu dwar in-nominazzjonijiet li jkunu daħlu u li ġew mgħarbula skont ir-regolamenti msemmija. Kull deċiżjoni tal-Kunsill tkun finali u inappellabbli.
13. In-nominazzjonijiet li jidħlu u li ma jkunux intgħażlu f’dik is-sena, jistgħu jerġgħu jiġu riveduti fis-snin ta’ wara.
IMPORTANTI li n-nominazzjonijiet jaslu fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Novembru 2024, f’nofsinhar.
21337633
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema

By unanimous decision, in 2015, the Local Council decided to publicly reward those people, living or who have passed on, for their endeavours throughout all times, and in all fields, which brought honour to the locality of Sliema.
The Council decided to award a prize called ‘Ġieħ Tas-Sliema’ to such persons. This honour was first awarded in 2015. The Council decided that, for the year 2024 this award is to be provided to 4 people who are alive, and one person who is no longer with us.
As with previous editions, this year, the Council is accepting nominations for the Youth Award of the year, for persons who have a link to the locality and who have distinguished themselves in the fields of sport, voluntary work or culture.
The Council has chosen an independent committee to receive nominations sent by Sliema residents, and to propose the names of those who they believe deserve this award to the Local Council. All persons nominated are to be Sliema residents, past or present.
The Council reserves the right to give the award to a person who has never resided in Sliema in extraordinary cases. However, in such a case, the person must have brought honour to, or within, the locality of Sliema.




Regulations
1.
These people are not eligible for the Award:
Current members of the Local Council
Members of the Nominations Board
Members of Parliament and of the European Parliament [ex-members qualify solely if they have vacated their seat no less than five years prior]
Previous winners of the award.
2. Sliema residents are encouraged to nominate a person/persons whom they feel deserve this award. Every nomination and secondment are to be received only from those Sliema residents whose names are published on the latest Local Council’s Electoral Registry.
3. Every nomination is to be received through the form distributed by the Sliema Local Council. Such forms are available at the Sliema Local Council office, the parishes within the locality, and the Local Council Facebook page.
4. Once a form is filled in, this is to be sealed and addressed to: Nominations Committee, Sliema Local Council, Depiro Street, Sliema, SLM 2037 by not later than Friday, 1st November 2024, at noon.
5. Each person may nominate more than one person, and each person may also second more than one nomination. However, each nomination is to be provided on a separate form.
6. In each form one must provide:
a) the address of the person nominated, or in case this person is no longer with us, possibly that of a family member; and
b) the precise reasons why this person is being nominated and why this person deserves this award (it would be beneficial if we received names of other people who may provide more information regarding the nominee).

21337633
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema

Regulations

7. All the information in each form will remain confidential and will be used solely by the Nominations Committee, and eventually the Local Council members. All individuals within these groups are bound to keep such information to themselves. This does not apply to the merits of those awarded.
8. The Form is to be signed by the person proposing the nomination, and the one seconding it, and it must clearly contain the name, I.D. number and address of the two persons.
9. Where dates and events are submitted, these are to be precise.
10. Every person who proposes and seconds a nomination must not be a family member of the nominee.
11. The Council is free to request more information regarding any detail submitted with the nomination.
12. The final decision is made by the Local Council through a resolution which is approved by the absolute majority during a normal Council meeting. This decision is made after the Nomination Committee sends a report regarding the nominations received which are compliant with the above-mentioned regulations. Any decision by the Council is final and cannot be appealed.
13. Nominations received which are not chosen for this year could be revised upon a new application in the following years.
IT IS IMPORTANT THAT NOMINATIONS REACH THE LOCAL COUNCIL OFFICES BY NOT LATER THAN FRIDAY, 1st NOVEMBER 2024, AT NOON.
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema

Formola / Form
Formola għan-Nominazzjoni / Nomination Form − Premju ‘Ġieħ Tas-Sliema’ 2024 / ‘Ġieħ TasSliema’ 2024 Award.
Min se jinnomina lil min / (Who is nominating whom):
Jien / (I) ................................................ proponent, bin-numru tal-karta tal-identità / (nominator, with ID number) ........................................ li noqgħod (residing at)

Tel. / Mob. ................................................. , hawn taħt iffirmat, ninnomina lis-Sr jew lis-Sa / (the undersigned, nominate hereunder, Mr or Ms) ... għall-Premju ‘Ġieħ Tas-Sliema’ 2024 / (for the ‘Ġieħ Tas-Sliema’ 2024 Award).
*li joqgħod / toqgħod / (residing at)
*(mejjet/mejta) li kien/kienet j/toqgħod / (deceased) who resided at ...................................................................................... u li j/tiġi minn / (and is related to)
.....................................................li j/toqgħod / (residing at)
.....................................................................................................
U dan għar-raġunijiet imsemmijin fil-kummenti hawn annessi. / (And this for the reasons mentioned in the comments attached hereto)
Data / (Date) .............................................
Firma / (Signature) ...................................................................
21337633
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema

Formola / Form
Min se jissekonda / (Seconder):
Jien / (I) ................................................................sekondant, bin-numru tal-karta tal-identità / (seconder, with ID number) ..................... li noqgħod / (residing at)

Tel. / Mob. ......................................, hawn taħt iffirmat, nissekonda n-nominazzjoni tal-imsemmi
Sr jew Sa / (the undersigned, second hereunder the nomination of Mr or Ms) .................................................................... għar-raġunijiet imsemmijin fil-kummenti hawn annessi /
(for the reasons mentioned in the comments attached hereto).
Data / (Date) ..............................................................
Firma / (Signature).............................................................
(Ehmeż ma’ din il-formola, fuq karta separata, l-informazzjoni / bijografija meħtieġa fuq il-persuna li se tinnomina).
(On a separate sheet of paper, attach the required information/biography of the person you are nominating to this form)
21337633
sliema.support@gov.mt
Depiro Street, Sliema


Premju Ġieħ Tas-Sliema 2024
Premju Ġieħ Tas-Sliema 2024

MARA u NOVA STUDIOS





