Infasslu Triqatna Flimkien | Manifest Elettorali

Page 2

Merħba

Bħala student Universitarju, nafu li bħalissa int iffukat fuq is-suċċess tiegħek fl-istudji u tagħmel il-pass li jmiss - dak li tifforma l-karriera u .futur li ħaqqek Aħna nemmnu li l-esperjenza Universitarja tiegħek għandha rwol kruċjali fl-għażliet li int tagħmel għall-futur. Mill-ambjent li tiffrekwenta ta’ kuljum, għasservizzi li jiffaċilitawlek ħajtek, il-ħajja Universitarja taffettwak u tinfluwenzak b’mod tanġibbli. Aħna rridu Universita’ li tiggwidak u tixprunak, biex b’determinazzjoni tkompli tavvanza ‘l quddiem f’ħajtek. Nemmnu li Kunsill tassew rappreżentattiv u b’saħħtu jista’ jkun il-katalista sabiex din issir realta’. Dan il-programm ġie mfassal fuq dak li int issuġġerejt. Permezz ta’ dan il-manifest, qed nimmiraw li ntejbu l-esperjenza tiegħek b’mod reali, b’sett ta’ proposti konkreti li nemmnu li ser .jagħmlu d-differenza li jistħoqqlok F’isem it-team tagħna, għandi l-pjacir nistiednek tagħti ħarsa lejn il-viżjoni tagħna, u tingħaqad magħna, biex flimkien infasslu .triqatna lejn Universita’ ahjar

Matthew Zerafa President


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.