Issuu on Google+

Programm Elettorali 2014

Infasslu Triqatna Flimkien


Merħba

Bħala student Universitarju, nafu li bħalissa int iffukat fuq is-suċċess tiegħek fl-istudji u tagħmel il-pass li jmiss - dak li tifforma l-karriera u .futur li ħaqqek Aħna nemmnu li l-esperjenza Universitarja tiegħek għandha rwol kruċjali fl-għażliet li int tagħmel għall-futur. Mill-ambjent li tiffrekwenta ta’ kuljum, għasservizzi li jiffaċilitawlek ħajtek, il-ħajja Universitarja taffettwak u tinfluwenzak b’mod tanġibbli. Aħna rridu Universita’ li tiggwidak u tixprunak, biex b’determinazzjoni tkompli tavvanza ‘l quddiem f’ħajtek. Nemmnu li Kunsill tassew rappreżentattiv u b’saħħtu jista’ jkun il-katalista sabiex din issir realta’. Dan il-programm ġie mfassal fuq dak li int issuġġerejt. Permezz ta’ dan il-manifest, qed nimmiraw li ntejbu l-esperjenza tiegħek b’mod reali, b’sett ta’ proposti konkreti li nemmnu li ser .jagħmlu d-differenza li jistħoqqlok F’isem it-team tagħna, għandi l-pjacir nistiednek tagħti ħarsa lejn il-viżjoni tagħna, u tingħaqad magħna, biex flimkien infasslu .triqatna lejn Universita’ ahjar

Matthew Zerafa President


Infasslu Triqatna Flimkien


Programm Elettorali 2014


Programm Elettorali 2014

Flimkien għal rappreżentanza aħjar

1. Permezz ta’ diskussjonijiet malGvern, nimmiraw li l-proġett tal-park and ride minn u lejn l-Università jiġi estiż ukoll għannaħa t’isfel ta’ Malta.

5. Nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet konċernati sabiex il-ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija jiġu estiżi għall-Ħdud u Festi Pubbliċi fi żmien l-eżamijiet.

2. B’kollaborazzjoni malAmministrazzjoni tal-Università, naħdmu għal resurfacing talparkeġġ numru 6.

6. Wara li jitħejja rapport indipendenti, nistudjaw il-possibiltà li tiġi introdotta sistema ta’ childcare għal ġenituri li jattendu kors part-time.

3. Jiġi iffinalizzat il-proġett ta’ tisbieħ ta’ Quad, u jiġi mniedi Fond ta’ Tisbieħ ta’ 10,000 Ewro, bl-ewwel proġetti iffinanzjati minnu jkunu t-Tespi Theatre u r-ristrutturar tal-imkejjen quddiem il-Librerija. 4. Intejbu s-sistema ta’ Smart Card refunds permezz ta’ introduzzjoni ta’ servizz konġunt mal-iStudent Maintenance Grants Board bilgħan li jiżdiedu l-ħinijiet allokati għall-istudenti u tiżdied l-effiċjenza.


Programm Elettorali 2014

Livell ogħla ta’ edukazzjoni 16. Jiġu installati żewġ outdoor heaters tal-gass għall-użu fix-xhur xitwin. 17. Nidħlu f’diskussjonijiet ma’ uffiċjali mill-Università u l-Gvern sabiex nippressaw għall-possibiltà li titwaqqaf Fakultà tal-Isport u l-Edukazzjoni Fiżika. 18. Intellgħu l-ewwel edizzjoni talMaratona Sportiva tal-KSU, blinklużjoni ta’ għadd ta’ dixxiplini sportivi. 14. Jiżdiedu b’mod konsiderevoli l-ammont ta’ lockers ġewwa l-librerija.

19. Nikkummissjonaw studju tekniku dwar il-WiFi fl-Università, bil-għan li jiġu identifikati postijiet fejn hemm bzonn titjib fis-servizz, filwaqt li naraw li nindirizzaw dan in-nuqqas.

15. Jiddaħħal is-servizz b’xejn ta’ espert fil-qasam tan-nutrizzjoni u s-saħħa fiżika, bil-għan li nkattru l-kultura ta’ ħajja b’saħħitha, permezz tal-iżvilupp ta’ programmi personalizzati.

20.Ninstallaw numru konsiderevoli ta’ left-handed seats fil-klassijiet, speċjalment dawk ta’ Gateway, ALT, u ċ-Ċentru Mikiel Anton Vassalli.


Kunsill ta’ opportunitajiet indaqs

7. Jiġu installati plakek tal-elettriku ġewwa Quad u l-Old Humanities Building.

8. B’kollaborazzjoni malFondazzjoni V18, jiġu offruti numru ta’ boroż ta’ studju fl-arti u l-kultura.

9. Inżidu l-ammont ta’ bankijiet fi Quad, filwaqt li ninstallaw tined temporanji (extendable tents) għall-jiem tax-Xitwa.

12. Permezz ta’ diskussjonijiet mal-operatur konċernat, nagħmlu pressjoni sabiex jiżdiedu l-ammont ta’ vending machines madwar l-Università.

10. Il-minuti approvati ta’ kull laqgħa tal-Kunsill ikunu mtella’ online fuq is-sit elettroniku tal-KSU.

13. Nimplimentaw politika transinklussiva sabiex nassiguraw li studenti trans kemm fl-Universita u kif ukoll fil-Junior College ma jsofrux pregudizzji fuq bazi amministrattiva.

11. Jinbidel il-format Week, bl-attivitajiet hinn minn Quad, fost il-Librerija u l-Old Building.

ta’ Freshers’ jestendu lil oħrajn ħdejn Humanities


Programm Elettorali 2014

Kunsill kontabbli u effiċenti

26. Nippubblikaw rapport finanzjarju u amministrattiv kull erba’ xhur, flimkien ma’ performance review pubblikat darbtejn fis-sena mill-Bord tadDixxiplina tal-Kunsill.

28. Jiġi kkummissjonat rapport ħolistiku dwar l-istat tas-sigurtà madwar il-Kampus, bil-għan li jiġu identifikati miżuri ġodda ta’ sigurtà, fosthom l-installazzjoni ta’ CCTV cameras ġodda, partikolarment filparkeġġi u qrib il-bike racks.

27. Jiġi mwaqqaf Alumni Contribution Fund, fejn eksstudenti jkunu jistgħu jagħtu donazzjoni volontarja b’riżq ilFond tal-Università għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (RIDT). Rendikont finanzjarju ta’ dan il-Fond jiġi pubblikat indipendentament minn dak tal-Kunsill.

29. Jiġi varat Fond għall-iSport li permezz tiegħu jkunu jistgħu jibbenefikaw atleti żgħażagħ, fosthom dawk li jirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn xtutna.


Komunikazzjoni effettiva - qrib l-istudent

21. Tiġi implimentata sistema li tiggwida studenti Universitarji ġodda, bil-għan li niffaċilitaw id-dħul tagħhom fl-esperjenza edukattiva ġdida.

23. Norganizzaw laqgħa ta’ konsultazzjoni f’kull Fakultà darbtejn fis-sena.

22. B’kollaborazzjoni mal-Precincts Office, jiġi varat KSU Event Planner, li fih l-għaqdiet studenteski jkunu jistgħu jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom u jirriservaw il-postijiet rikjesti madwar l-Università, inkluża l-Common Room.

24. Ninstallaw Digital Hub li toffri l-faċilità ta’ servizzi elettroniċi immedjati, filwaqt li naħdmu biex inbiddlu s-sinjali ta’ madwar l-Università b’mod li jkunu iżjed rilevanti u sensittivi għall-ambjent. 25. Intejbu l-applikazzjoni diġitali tal-KSU u ninkludu fiha servizzi ġodda fosthom mappa bir-rotot tat-trasport pubbliku minn u lejn l-Università.


Programm Elettorali 2014 30. B’kollaborazzjoni malKummissjoni Nazzjonali għallPersuni b’Diżabbiltà (KNPD), jiġi kummissjonat rapport dwar l-istat tal-aċċessibbiltà fl-Università, sabiex tinħoloq gwida li tiffaċilita l-esperjenza Universitarja ta’ persuni b’diżabbiltà.

Lejn attiviżmu iktar żagħżugħ

31. Naraw li tittella’ edizzjoni ta’ Organisations’ Days darbtejn fis-sena sabiex jiżdied l-għarfien dwar ix-xogħol imwettaq mill-korp studentesk. 32. Permezz ta’ kumitat fi ħdan il-KPS, tiġi mfassla politika talKunsill dwar il-komunità, ibbażata fuq id-drittijiet ċivili, kuxjenza ambjentali, diversità multikulturali, u l-promozzjoni tat-talenti artistiċi. 33. Tiġi identifikata kamra fi Students’ House sabiex tintuża bħala maħżen temporanju millgħaqdiet studenteski. 34. Jiġi identifikat spazju ġewwa Students’ House sabiex jibda jintuża bħala kitchenette mill-istudenti.

35. Permezz ta’ proġett pilota, Pulse fil-KSU tibda tagħti l-flus imħallsa mill-għaqdiet studenteski lill-Precincts Office lura lilhom.

36. Tiġi introdotta sistema għallgħaqdiet studenteski sabiex ikunu jistgħu jsellfu u jissellfu r-riżorsi ta’ xulxin, b’koordinament mill-Forum tal-Għaqdiet.


Niffaċilitaw l-esperjenza edukattiva

37. Naħdmu sabiex tiġi żviluppata Library of Materials fil-Fakultà talBuilt Environment għall-benefiċċju tal-istudenti tal-Arkitettura.

40. Jiġi introdott perjodu ta’ ħames minuti qabel kull eżami sabiex l-istudent ikun jista’ jevalwa l-mistoqsijiet preżentati lilu.

38. B’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise, jiġu organizzati sensiela ta’ konferenzi ma’ esponenti filqasam tan-negozju sabiex jgħinu lill-istudenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-opportunitajiet fid-dinja taxxogħol.

41. Nikkreaw applikazzjoni diġitali tal-E-Sims fuq smartphones sabiex tiffaċilita l-aċċess għarriżultati akkademiċi.

39. Permezz ta’ diskussjonijiet malFakultajiet differenti, nagħmlu pressjoni sabiex kull student ikun jista’ jibgħat kull assignment fuq Turnitin minn tal-inqas darbtejn.

42. Nidħlu f’diskussjoni malFakultajiet qabel kull sessjoni ta’ eżamijiet sabiex nassiguraw pubblikazzjoni fil-ħin tar-riżultati.


Programm Elettorali 2014 42. Bil-għan li nassiguraw l-inklussivita’ għal kull student, norganizzaw studju u konferenza dwar id-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom studenti barranin, sabiex nadottaw sistema aktar ġusta. 43. Terġa’ tibda ssir il-laqgħa għall-uffiċjali internazzjonali talgħaqdiet studenteski, sabiex flimkien jiddiskutu opportunitajiet li l-istudenti li jirrappreżentaw jistgħu jibbenefikaw minnhom lil hinn minn xtutna.

44. Tiġi żviluppata strateġija għall-proġetti taħt il-programm Erasmus+ għall-benefiċċju tal-istudenti u l-għaqdiet rappreżentattivi tagħhom. 45. Tiġi introdotta l-KSU Resource Card li permezz tagħha studenti barranin ikunu jistgħu jibbenefikaw minn offerti speċjali, b’enfasi fuq prodotti lokali.

Viżjoni usa’: Miftuħin għal opportunitajiet lil hinn minn xtutna


Livell ta’ edukazzjoni ogħla filJunior College

46. Ninstallaw solar charging docks fil-Pjazza sabiex niffaċilitaw aċċess sostenibbli għall-elettriku.

47. Nintroducu il-KSU JC App b’informazzjoni specifika ghallistudenti tal-kulleġġ, fosthom ittimetables.

48. Nidħlu f’diskussjonijiet malBord tal-MATSEC sabiex suġġetti bħall-Psikoloġija u l-Edukazzjoni Fiżika isiru disponibbli f’livell avvanzat, u sabiex jiddaħħlu suġġetti bhall-European Studies u Legal Studies. 49. Jiġi installat rain shelter quddiem il-Junior College sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jistkennu fil-ġranet xitwin. 50. Jiġi kreat spazju miftuħ għarrilassament u rikreazzjoni talistudent, fejn fost oħrajn issir installazzjoni ta’ gazebo ikbar u turf artifiċjali.


Programm Elettorali 2014 51. Tiġi introdotta strateġija dwar ilcar pooling, fost oħrajn permezz ta’ applikazzjoni li tiffaċilita s-sistema.

52. Inkattru l-kuxjenza ambjentali permezz tat-tħawwil ta’ pjanti indiġeni madwar l-Università.

53. Nikkommissjonaw rapport f’KPS, li jħares fit-tul lejn strateġija għas-separazzjoni tal-iskart, u jipprovdi miri tanġibbli dwar irriċiklaġġ u r-rispett ambjentali.

54. Ninstallaw kompressur pubbliku għall-użu tal-istudenti li jużaw ir-rota bħala mezz ta’ trasport.

Kunsill b’kuxjenza ambjentali

55. Terġa tittella’ Environmental Week sabiex, bl-involviment tal-għaqdiet studenteski u l-assoċjazzjonijiet ambjentali, jitkattar l-għarfien dwar opportunitajiet ta’ impjiegi f’dan ilqasam. 56. Jiġi żviluppat spazju miftuħ għall-istudju sabiex titnaqqas ilpressjoni fuq il-librerija fil-perjodu tal-eżamijiet.


57. Jinbdew diskussjonijiet malKunsill Malti għall-Kultura u l-Arti sabiex attivitajiet bħall-Festival talArti jinkorporaw fihom attivitajiet organizzati mill-istudenti filKampus stess. 58. Nittrasformaw Campus Fest fi pjattaforma għal talenti artistiċi ġodda. 59. Tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni tal-KSU World Cup Village, b’attivitajiet tematiċi sabiex nippromwovu d-diversità permezz tal-isport, filwaqt li nagħtu ħajja ġdida lill-Kampus fil-perjodu tassajf. 60. Inkomplu norganizzaw attivitajiet rinomati tal-Kunsill, fosthom il-Ballu tal-Gradwazzjoni, il-Car Treasure Hunt u s-Summer Bash tul is-Sajf li ġej, b’enfasi fuq l-involviment tal-għaqdiet studenteski f’kull stadju ta’ organizzazzjoni. 61. B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-V18, nippromwovu l-ħolqien ta’ art murals fil-Kampus. 62.Nidħlu f’diskussjonijiet malAmministrazzjoni tal-Università u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport sabiex jiġi installat turf artifiċjali fil-grawnd tal-11-aside. 63. Jiġi installat rubber surface filkorsa tal-Università.

Ħajja studenteska attiva


Għawdex

65. Jiġi mniedi proġett pilota għallistudenti Għawdxin, li jkollhom ilbenefiċċju ta’ Smart Card refund fuq il-biljetti tal-vapur għal vjaġġi bejn il-gżejjer.

66. Jiġi mwaqqaf sottokumitat għal Għawdex fi ħdan il-KSU sabiex jiffaċilita l-ħajja Universitarja għallistudenti Għawdxin. 67. Tiġi installata kamera tassigurtà u sistema ta’ alarm fil-kamra wżata mill-istudenti Għawdxin biex iżommu l-bagalji tagħhom. 68. Inkomplu nippressaw fuq l-estensjoni tal-eżamijiet f’Għawdex, f’emfasi partikolari fuq is-sessjonijiet tar-resits ta’ Settembru.

Programm Elettorali Pulse 2014

Infasslu Triqatna Flimkien


Infasslu Triqatna Flimkien | Manifest Elettorali