Infasslu Triqatna Flimkien | Manifest Elettorali

Page 12

Programm Elettorali 2014 30. B’kollaborazzjoni malKummissjoni Nazzjonali għallPersuni b’Diżabbiltà (KNPD), jiġi kummissjonat rapport dwar l-istat tal-aċċessibbiltà fl-Università, sabiex tinħoloq gwida li tiffaċilita l-esperjenza Universitarja ta’ persuni b’diżabbiltà.

Lejn attiviżmu iktar żagħżugħ

31. Naraw li tittella’ edizzjoni ta’ Organisations’ Days darbtejn fis-sena sabiex jiżdied l-għarfien dwar ix-xogħol imwettaq mill-korp studentesk. 32. Permezz ta’ kumitat fi ħdan il-KPS, tiġi mfassla politika talKunsill dwar il-komunità, ibbażata fuq id-drittijiet ċivili, kuxjenza ambjentali, diversità multikulturali, u l-promozzjoni tat-talenti artistiċi. 33. Tiġi identifikata kamra fi Students’ House sabiex tintuża bħala maħżen temporanju millgħaqdiet studenteski. 34. Jiġi identifikat spazju ġewwa Students’ House sabiex jibda jintuża bħala kitchenette mill-istudenti.

35. Permezz ta’ proġett pilota, Pulse fil-KSU tibda tagħti l-flus imħallsa mill-għaqdiet studenteski lill-Precincts Office lura lilhom.

36. Tiġi introdotta sistema għallgħaqdiet studenteski sabiex ikunu jistgħu jsellfu u jissellfu r-riżorsi ta’ xulxin, b’koordinament mill-Forum tal-Għaqdiet.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.