Kwalita’ ta’ ħajja aħjar b’aktar spazji għall-familja – Futur fis-Sod

Page 3

20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

It-Tnejn, 28 ta’ Jannar

Titkellem

F’din il-leġiżlatura l-Gvern imbarka fuq numru ta’ proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Fost l-oħrajn saru b’suċċess numru ta’ proġetti ta’ tisbiħ ta’ spazji ta’ rikreazzjoni fejn il-familja kollha tista’ tmur tistrieħ u tirrilassa

Alfred Spiteri

Carmena Zarb

San Pawl il-Baħar

Eico Gauci

Il-Furjana

L-Imġarr

Diversi benefiċċji

Sigurtà kbira

Uniku f’Malta

Kull investiment hu importanti għal Malta u kull investiment u proġett għandu diversi benefiċċji fuq aspetti soċjali fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u t-turiżmu. Proġetti nazzjonali li nsibhom ta’ utilità kbira huma l-ispazji miftuħa bħal Pjazza San Ġorġ. Postijiet hekk jgħinu biex il-lokalità tieħu imbuttatura ’l quddiem favur ir-residenti tagħha. Dan għaliex il-Kunsilli Lokali u għaqdiet oħra jużaw dan l-ispazju biex ixerrdu l-kultura u informazzjoni oħra. B’hekk, dan iservi ta’ entertainment għarresidenti u għall-pubbliku u ġeneralment dawn ikunu qrib il-pjazza u b’hekk jagħtu ħajja lill-pjazza u l-ħwienet tal-madwar. Postijiet hekk iservu ta’ vantaġġ ieħor għaliex flok jintużaw bħala parkeġġi jew jinħlew, dawn il-postijiet ikunu konvertiti fi spazji miftuħa tant li jservu ta’ pulmun ta’ arja friska għal-lokalità.

Personalment, bil-ġonna pubbliċi sibt wens kbir matul il-ġurnata, speċjalment meta jien u sħabi niftiehmu li niltaqgħu kollha flimkien fil-ġnien li hawn il-Furjana, ġnien tassew mgħammar tajjeb u sigur għal kulħadd. Mill-banda l-oħra, hemm numru ta’ bankijiet fejn wieħed jista’ jieqaf jistrieħ u jgħid kelma ma’ xi ħadd jew jaqra ktieb fil-kwiet. Tinduna li minn mindu dan il-ġnien ġie rranġat, aktar familji qegħdin jiġu jqattgħu ftit ħin għallkwiet ma’ wliedhom u ma’ sħabhom filwaqt li t-tfal jilagħbu xi logħba flimkien, mingħajr ebda periklu mill-karozzi. Naħseb li l-istess esperjenza jesperjenzawha numru kbir ta’ nies oħrajn madwar Malta u Għawdex, kull fejn dawn il-proġetti saru b’dedikazzjoni kbira. Żgur li ntlaqgħu tajjeb għax tisma’ ta’ spiss li saru diversi ġonna f’lokalitajiet differenti u xebgħa għalihom ma tinstab imkien.

M’hemmx dubju li għalija l-isbaħ proġett hu dak tal-iskates park tal-Imsida, park modern għalina t-tfal fejn nistgħu nilagħbu ma’ sħabna mingħajr ebda periklu mill-karozzi għax fih hemm sigurtà kbira minn kull naħa. Dan il-post insibu ferm interessanti għaliex hu wieħed mill-ftit postijiet, jew l-uniku post f’Malta, fejn jien, li jien dilettant tal-iskates, nista’ mmur nipprattika b’faċilità kbira. Fih ukoll, filwaqt li nitħarreġ, inkun qiegħed nistrieħ ftit minn ġurnata skola u bi ftit movimenti, u minn mindu sirt niġi hawn, wara nsibha ferm faċli li nkompli nistudja jew nagħmel ix-xogħol mogħti mill-għalliema. Permezz tal-iskates park għamilt ħbieb ġodda li għandhom il-passatemp tiegħi u filwaqt li qabel kien ferm rari biex tiltaqa’ magħhom għax ma kienx hawn post adattat, issa kulħadd qiegħed jiġi hawn u ngħinu lil xulxin fit-tricks li nagħmlu u fil-ħiliet tagħna.

Terry Zammit Il-Furjana

Jane Balzan Tal-Pietà

Kwalità ta’ ħajja aħjar L-investiment li sar mill-Gvern fl-infrastruttura fih diversità kbira, tant li wieħed jista’ jara li l-proġetti jvarjaw minn tisbiħ ta’ zoni żgħar sa bini ta’ ġonna, iżda fuq kollox, u din saret l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, hemm il-bini tal-miżbla artifiċjali u li l-miżbla l-antika qiegħda tkun mibdula f’park nazzjonali li se jingħata lill-familji Maltin. Għall-Gvern kienet tkun faċli li flok jirriabilita l-miżbla, iħalliha kif inhi, tinten u taqbad filwaqt li tkun ta’ ħsara u kruha għat-turisti li jiġu f’pajjiżna. Diġà hemm progress kbir hekk kif l-intejjen u d-dħaħen m’għadhomx problema għar-residenti. Issa wieħed irid biss jimmaġina li din il-miżbla se tinbidel f’muntanja, mhux ta’ żibel, iżda ta’ fjuri u siġar, u min jaf kemm turisti se jżuru dan il-park u x’attivitajiet se jkun hemm għat-tfal u l-ġenituri.

Ambjent għal kullħadd L-ambjent hu wieħed mill-oqsma l-aktar importanti tagħna l-Maltin, mhux biss għax hu limitat u allura rridu nibżgħu għalih ferm iktar minn ħaddieħor, iżda għax jekk nittraskurawh, jeffettwana direttament speċjalment meta niġu għall-ibħra tagħna. Il-Gvern investa bil-kbir fl-impjant tat-tisfija taddrenaġġ u l-fatt li l-ilma baħar ma jkunx imniġġes hu ta’ vantaġġ kbir għalina, speċjalment minħabba li aħna nużaw dan is-sors kemm biex ngħumu, biex nieħdu l-ikel minnu bħall-ħut u l-qarnit, iżda fuq kollox, għaliex neħduh biex insaffuh għall-ilma tax-xorb. L-ilma tat-tisfija jista’ jintrema fil-baħar iżda jista’ wkoll jintuża għax-xorb. Dan iwassal biex il-pressjoni fuq l-użu tal-ilma tal-pjan għallagrikultura tonqos bil-kbir. Is-suċċes f’dan il-qasam diġà qiegħed joffri l-vantaġġi tiegħu, speċjalment mit-testijiet li qegħdin isiru fuq l-ilma baħar, u dan irriżulta f’ilma baħar talogħla kwalità.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.