Serħan tal-moħħ għaż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Serħan tal-moħħ għaż-żgħażagħ Żmien iż-żgħożija hu żmien mill-isbaħ u mill-aktar eċċitanti. Aktar u aktar jekk iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ li jkunu jridu u x-xogħol li jixtiequ... u wkoll l-attivitajiet tad-divertiment

Imma lil hinn mill-istudju, it-taħriġ u x-xogħol iżżgħażagħ għandhom ukoll il-ħajja privata tagħhom, il-ħin tal-mistrieħ u l-ħin għaddivertiment. U fl-aħħar snin iż-żgħażagħ jafu tajjeb kemm il-Gvern investa bis-sħiħ biex anki f’dan ir-rigward ħajjet iż-żgħażagħ tkun waħda mħawra fejn ikunu jistgħu jgawdu l-mistrieħ tagħhom bl-aqwa mod possibbli.

ii

Għal sena waħda wara l-oħra l-Gvern attira lejn pajjiżna l-kunċert kbir l-Isle of MTV li ġibed lejh folol ta’ eluf ta’ żgħażagħ Maltin u barranin. Żgħażagħ li ddevertew u ħadu gost f’atmosfera mill-isbaħ flisfond ta’ ambjent tipiku Malti u f’ambjent sajfi li flimkien joffru l-aqwa ingredjenti għal spettakli ta’ dan it-tip. F’dawn il-kunċerti ħadu sehem uħud mill-aqwa

Fatti u Ċifri 25,000 job ġdid għaż-żgħażagħ fil-ħames snin li ġejjin

kantanti u mużiċisti fl-Ewropa u fid-dinja. Il-lista hi twila u l-line up għal kull kunċert dejjem kienet magħmula minn kantanti u mużiċisti mill-aqwa. Insemmu biss lillfamuża Lady Gaga, il-kantant Enrique Iglesias u lill-grupp Black Eyed Peas li kulħadd jaf kemm huma popolari fix-xena internazzjonali. Il-kunċerti tal-Isle of MTV finalment servew ukoll biex għamlu reklam stupend

iii

lill-gżejjer Maltin għax wara ġew murija fuq stazzjonijiet internazzjonali segwiti minn miljuni ta’ telespettaturi. Imma lil hinn mill-kunċerti tal-Isle of MTV matul dawn l-aħħar snin iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jattendu għadd kbir ieħor ta’ kunċerti tal-aqwa kwalità minn kantanti ta’ fama internazzjonali miġjuba Malta mis-settur privat – Claudio Baglioni, Gianni Morandi,

titkellem int Aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin f’Għawdex stess

vi

Riccardo Cocciante, Zucchero, Marco Masini, Laura Pausini, Antonello Venditti, Lucio Dalla u ħafna oħrajn. Protagonista ieħor ta’ tant u tant kunċerti mill-aqwa f’Malta jibqa’ l-bravu Malti Joseph Calleja li ta’ kull sena ta kunċerti brillanti liż-żgħażagħ u lill-udjenza Maltija u barranija li ġiet apposta Malta għal dawn il-kunċerti li fihom Joseph Calleja dejjem kellu mistieden barrani biex jakkumpanjah.

muscat jagħżel ħażin Muscat jagħżel ħażin, jigdeb u jaħbi fl-aktar deċiżjonijiet importanti


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

20,000

job ġdid fl-aħħar ħames snin li ħafna minnhom imtlew miż-żgħażagħ

25,000

job ġdid fil-ħames snin li ġejjin biex iż-żgħażagħ igawdu opportunitajiet ġodda

MILL- PROGRAMM

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL

83%

taż-żgħażagħ jibqgħu jistudjaw jew jitħarġu wara l-livell tas-sekondarja

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

153,000 Skema oħra li tgħin lill-bdiewa u lir-raħħala jinvestu fl-intrapriża u l-irziezet tagħhom persuni jaħdmu full time bi qligħ - rekord assolut f’pajjiżna li eluf minnhom huma żgħażagħ

2,000

scholarship ingħataw f’suġġetti varji fil-ħames snin li għaddew

Liż-żgħażagħ nagħtuhom l-aqwa; fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fix-xogħol, fl-opportunitajiet u anki fid-divertiment għall-ħin ta’ rikreazzjoni tagħhom

18. Bdiewa, Raħħala u Sajjieda vii. Titwettaq politika ta’ rilokazzjoni ta’ rziezet mill-abitat f’zona li dalwaqt jinħarġu l-permessi għaliha. viii. Nagħtu għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u r-raħħala biex itejbu t-trejqiet u s-sqaqien li jwasslu għall-għelieqi tagħhom. ix. Nagħtu għajnuna finanzjarja u taħriġ biex il-bdiewa u r-raħħala jieħdu ħsieb il-ħitan tas-sejjieħ tal-għelieqi tagħhom. x. Issir skema li tgħin lill-bdiewa u lirraħħala jinvestu fl-intrapriża u l-irziezet tagħhom biex ikunu jistgħu jilqgħu kemm lit-turisti kif ukoll lill-pubbliku Malti għal zjarat. L-iskema tinċentiva inizjattivi bħal informazzjoni u esperjenza tal-proċess agrikolu, tastings, bejgħ dirett u passiġġati fiz-zona rurali.

xi. Jinbeda proġett tal-bini ta’ breakwater f’Marsaxlokk, li permezz tiegħu noffru protezzjoni u kenn lis-sajjieda li jużaw dan il-port u rmiġġi ġodda għas-sajjieda. xii. Il-Gvern, flimkien mal-Koperattivi tas-Sajd, iħejji skemi biex is-sajjied jiddiversifika billi jitħajjar jinvolvi ruħu fl-industrija talakwakultura. xiii. Tkun introdotta skema ta’ assigurazzjoni lis-sajjieda biex ir-riskji marbuta malbastimenti tagħhom ikunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni. Issir ukoll skema li permezz tagħha s-sajjieda li jaħdmu għal rashom ikunu jistgħu jiġu megħjuna finanzjarjament meta l-istaġun tas-sajd ikun magħluq. xiv. Jitkompla l-proġett tal-Pixkerija l-ġdida u jibda x-xogħol fuq il-hatchery l-ġdida għall-akwakultura filwaqt li tibda tiġi implimentata l-Istrateġija fuq l-Akwakultura.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

Titkellem

Għawdex jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern Nazzjonalista li matul din il-leġiżlatura imbarka fuq diversi inizjattivi li l-iskop tagħhom kien li jġib ‘il quddiem l-interessi ta’ Għawdex u tal-Għawdxin, fosthom iż-żgħażagħ. Il-Gvern hu determinat li matul il-ħames snin li ġejjin ikompli jibni fuq dak li għamel fis-snin li għaddew

Grace cassar

ĠUŻA CAMILLERI

Għawdex hu riżorsa turistika li tattira Maltin u barranin

Gvern Nazzjonalista b’għajnuniet kbar għal Għawdex

Inizjattivi oriġinali biex aktar turisti jmorru Għawdex

Għalkemm Għawdex hu gżira żgħira ftit metri ’l bogħod minn Malta, għandu l-istess u anke aktar sfidi minn dawk li naffrontaw aħna l-Maltin. Iżda fl-istess ħin, din hi gżira b’riżorsi varji tant li eluf ta’ turisti li jżuru pajjiżna jagħżlu li jqattgħu ġurnata jew aktar fiha. Dan kollu jgħin biex jistimula l-ekonomija Għawdxija, li hi ferm importanti għax twassal għall-iżvilupp ta’ aktar impjiegi li huma l-għajxien ta’ mijiet ta’ familji f’Għawdex.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ra u għamel ħiltu biex ikattar il-ġid f’Għawdex. Dan il-ġid jiġi b’forom differenti fosthom bit-turiżmu, blimpjiegi u mitt ħaġa oħra. Il-Gvern għen lil diversi negozji Għawdxin biex ikomplu jikbru u jitkattru, u bħala proposta elettorali hemm dik li l-Għawdxin li jixtiequ jiftħu n-negozju tagħhom, il-Gvern mhux biss se jgħinhom b’mod finanzjarju iżda wkoll permezz tal-inċentivi fl-income tax u l-bolla.

Il-Gvern hu impenjat biex Għawdex ikun fi stat ekonomiku aħjar billi fih ikunu kapaċi jinħolqu għexieren ta’ impjiegi oħra minbarra dawk li hemm bħalissa. Dan għamlu permezz tad-diversi inizjattivi filqasam turistiku fosthom bir-restawr li sar f’diversi siti storiċi bħaċ-Ċittadella, biex hekk aktar nies iżuru dawn is-siti iżda fuq kollox, permezz ta’ baga fejn jistgħu jieqfu l-cruise liners biex ikun iġġenerat aktar turiżmu.

ĦaŻ-Żabbar

jacqueline sapiano in-naxxar

Investiment qawwi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex L-Għawdxin sa ftit żmien ilu kellhom jittieħdu Malta għal ċertu tip ta’ kura għax l-Isptar ta’ Għawdex ma kienx daqshekk speċjalizzat. Permezz ta’ ħidma mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, dan m’għadux il-każ għax issa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għandu l-aqwa apparat fil-qasam mediku. Dan ifisser aktar serħan il-moħħ għall-Għawdxin li jkollhom ikunu rikoverati kif ukoll għall-qraba tagħhom. Min-naħa l-oħra, dan kompla joħloq aktar postijiet tax-xogħol għall-Għawdxin stess li jispeċjalizzaw f’dan il-qasam. Wieħed għandu japprezza l-impenn tal-Gvern li jagħmel dak kollu li jista’ biex iġib ‘il quddiem l-interessi ta’ Għawdex u tal-Għawdxin.

ignes saliba

in-naxxar

san Ġiljan

ingrid webb il-gżira

Malta ħadet baġit aħjar mill-pajjiżi Ewropej Permezz ta’ xogħol siewi li għamel il-Gvern matul din il-leġiżlatura, bħax-xogħol f’diversi oqsma, f’dak ambjentali u fl-infrastruttura, Għawdex u l-Għawdxin diġà għamlu l-qabża ta’ kwalità li dejjem kienet filviżjoni tal-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi. Permezz tal-proġetti fosthom dawk tattoroq, tar-restawr u r-riforma fit-trasport, l-Għawdxin qed igawdu minn ħajja ta’ kwalità aħjar. Barra minn hekk, dawn ilproġetti kollha wasslu biex għexieren ta’ kumpaniji kif ukoll mijiet ta’ ħaddiema jaħdmu f’Għawdex stess, b’riżultat ta’ aktar flus fil-but.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn Fis-snin li għaddew il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista attira lejn pajjiżna l-avveniment ta’ importanza internazzjonali fix-xena tal-mużika - l-Isle of MTV li jsir Fuq il-Fosos tal-Furjana u li għalih jattendu eluf kbar ta’ żgħażagħ Maltin u barranin. Dan ikun okkażjoni ta’ divertiment mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin li jkollhom l-opportunità li jaraw mill-qrib uħud mill-aqwa talent mużikali internazzjonali

Iż-żgħażagħ Maltin b’moħħhom mistrieħ fix-xogħol, fl-istipendji, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u anki fl-opportunitajiet ta’ divertiment

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

20 13


20 13

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

www.mychoice.pn Ta’ kull sena, partikularment fix-xhur tas-sajf, pajjiżna jospita għadd ġmielu ta’ kantanti u bands barranin ta’ fama internazzjonali biex jagħtu kunċerti mill-aqwa fostna. Iż-żgħażagħ ikollhom kull opportunità li jattendu għal dawn l-avvenimenti u l-Gvern hu impenjat li jkompli jxettel u jkabbar din il-kultura biex hekk iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin igawdu huma wkoll minn dawn l-avvenimenti sbieħ li fihom infushom jiġġeneraw ukoll kummerċ kbir bi qligħ għal diversi setturi

Kull sajf iż-żgħażagħ Maltin u dawk kollha li jħobbu l-mużika qiegħed ikollhom l-opportunità li jsegwu millqrib kunċerti mill-aqwa mill-bravu Joseph Calleja li flimkien ma’ mistednin li jkollu jwassal serata indimentikabbli ta’ mużika u talent Malti u internazzjonali. Dawn l-avvenimenti jittellgħu mill-privat u jinżlu tajjeb ħafna maż-żgħażagħ li jkollhom iċ-ċans li jgawdu kunċerti tal-aqwa livell. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jħeġġeġ biex jittellgħu aktar attivitajiet nazzjonali ta’ dan it-tip

f’din l-Elezzjoni – v


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

Muscat jagħżel ħażin... Ġimagħtejn oħra, jekk Muscat jirbaħ l-elezzjoni, jagħmel lil Edward Scicluna Ministru tal-Finanzi

Edward Scicluna f’artiklu fit-Times fil-25 ta’ Awwissu li għadda faħħar l-ekonomija Mintoffjana u qal li fil-Greċja, Spanja, il-Portugall, l-Italja u Spanja, l-awsterità hi ferm agħar minn dak li batejna f’Malta bilMintoffianomics meta ma kellniex toothpaste ta’ barra, ċikkulata ta’ barra u televisions tal-kulur.

...u tbati int

Edward Scicluna nesa li l-ekonomija Mintoffjana kienet ukoll il-friża fil-pagi, il-korpi militari, l-MCAST magħluq, l-Università b’700 student biss u l-qgħad għoli ta’ 10% jirreġistraw Mintoff fil-Konferenza Ġenerali tal-Labour Party f’Ottubru 1983 iddikjara: “Nixtieq jien kapaċi nġib ix-xogħol daqs kemm jien kapaċi nġib il-flus.” Lawrence Gonzi ħeles lil Malta mill-awsterità ta’ Mintoff, mill-awsterità tal-bqija tal-Ewropa llum, kien kapaċi jġib ix-xogħol u kien kapaċi jġib il-flus b’€1,128 miljun mill-Ewropa Ġimagħtejn oħra jista’ jkollna Ministru talFinanzi jemmen fl-ekonomija Mintoffjana

EDWARD SCICLUNA JEMMEN FL-EKONOMIJA MINTOFFJANA... LI TAGĦTINA L-ISTESS FROTT TA’ QGĦAD U NUQQAS TA’ OPPORTUNITAJIET (dehret għall-ewwel darba: il-mument 09.09.12)

20 13


20 13

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

f’din l-Elezzjoni – vii

Muscat jiddeċiedi ħażin, jaħbi u jigdeb mhux biss fuq il-każ tad-droga f’każin tiegħu F’elezzjoni ġenerali, dak li jgħid li se jagħmel filħames snin ta’ wara l-partit fil-gvern jiġi bil-garanzija ta’ dak li għamel fil-ħames snin ta’ qabel. Kemm tista’ toqgħod fuq il-partit fil-gvern juruh il-fatti li jkun wettaq qabel hu u jiggverna. Imma kemm tista’ toqgħod fuq il-partit fl-oppożizzjoni hu differenti ħafna. Min ikun fl-oppożizzjoni tista’ tkejlu biss b’dak li jgħid. U l-paroli fl-oppożizzjoni huma rħas u faċli. Każ li juri l-fatti Il-Labour Party u l-leader tiegħu Muscat parlaw u jparlaw ħafna. Imma minn każ fil-Qorti aktar kmieni dan ix-xahar stess ħarġu fatti tul din l-aħħar parti tal-kampanja elettorali li bihom nistgħu niġġudikaw ukoll lil Muscat fuq il-fatti li għamel u li huma differenti ħafna mill-paroli sbieħ, irħas u faċli tiegħu. Il-każ li ħareġ mill-Qorti Il-każ li ħareġ minn kawża fil-Qorti u mbagħad minn tapes imxandrin fuq l-internet hu każ ta’ traffikar ta’ droga f’każin tal-Labour Party f’Ħal Safi. Il-każ sar magħruf lid-deputy leader ta’ Muscat u direttament lil Muscat malli seħħ fl-2009 u diversi drabi wara. Muscat għażel li konxjament li ma jirrapporta xejn u li jaħbi l-każ mill-Pulizija. Meta ħareġ il-każ fil-media, Muscat gideb lill-ġurnalisti ripetutament u b’mod ċar ħafna. Deċiżjoni ħażina, ħabi, gideb... Mela għandna tliet fatti ċari. L-ewwel: deċiżjoni ħażina ħafna ta’ Muscat għax Muscat kien jaf li quddiemu kellu reat gravi ta’ traffikar ta’ droga u ddeċieda ħażin ħafna li jaħbih. It-tieni: Muscat ħeba. Kien jaf li messu rrapporta, imma kines kollox taħt it-tapit.

It-tielet: Muscat gideb meta qal li ma jafx u qal li kieku kien jaf kien jirrapporta lill-Pulizija. Illum nafu sewwa li kien jaf. U nafu wkoll li allavolja kien xorta ma rrappurtax lillPulizija. U tista’ tibqa’ sejjer hekk, għax Muscat qed ikompli jigdeb. Issa qed jiċħad li gideb. Gidba fiha nnifisha li biha Muscat qed imeri s-sewwa magħruf. … fuq dak li jinteressa lilek X’ifisser dan kollu? nn Ifisser li Muscat jiddeċiedi ħażin. Ilbieraħ fuq l-Ewropa. Illum fuq traffikar ta’ droga. Ġimagħtejn oħra fuq ixxogħol, fuq is-saħħa, fuq l-edukazzjoni. nn Ifisser li Muscat jaħbi. Ma tafx x’għandu lest għallpajjiż fil-kaxxa mgeżwra f’karta tlellex. Taf li qed jaħbi minnek dak li verament għandu lest għalik. nn Ifisser li jigdeb. Ma tista’ toqgħod xejn fuq dak li jgħid. Jagħmel il-maqlub ta’ dak li jgħid. U meta jinqabad jigdeb bil-provi, xorta jkompli jigdeb. Fuq l-Ewropa... Id-deċiżjonijiet ħżiena ta’ Muscat, il-ħabi tiegħu u l-gideb bil-provi ta’ Muscat mhumiex fuq xi ħaġa ‘l bogħod. Huma fuq l-Ewropa li stinka biex iċaħħadna millopportunitajiet tagħha, mill-ftuħ li ġabet għallġenerazzjoni ta’ żgħażagħ u minn €2,500 miljun fi flus millEwropa mis-sħubija sal-2020. … fuq iż-żgħażagħ u fuq l-opportunitajiet Id-deċiżjonijiet ħżiena ta’ Muscat, il-ħabi u l-gideb tiegħu huma fuq id-droga li hi l-qerda ta’ ħajjiet żgħażagħ u li l-Labour Party tant għamel plejtu fuqha kull meta jsibha

x’imkien ieħor. Id-deċiżjonijiet ħżiena ta’ Muscat, il-ħabi u l-gideb tiegħu huma fuq l-impjiegi speċjalment għaż-żgħażagħ li jidħlu għall-ewwel darba fis-suq tax-xogħol u li l-ħolqien taxxogħol hu kruċjali għalihom. Huma fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ tant importanti biex iż-żgħażagħ ikollhom impjiegi speċjalizzati li jħallsu tajjeb. Huma fuq l-istipendji li jagħtu opportunità lill-istudenti kollha biex javvanzaw imma li Muscat dawwar lilu nnifsu b’nies li neħħew l-istipendji u li huma kontrihom. Dan hu Muscat. Nagħrfuh mil-fatti.

Issa ddeċieda ħażin fuq reat gravi ta’ traffikar ta’ droga, ħbieh u gideb dwaru... ġimagħtejn oħra jista’ jkun qed jiddeċiedi ħażin, jaħbi u jigdeb fuq ix-xogħol għaż-żgħażagħ, l-opportunitajiet fl-Ewropa u l-istipendji tal-istudenti


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Il-Ħamis, 28 ta’ Frar

20 13

“Iż-żgħażagħ huma fiċ-ċentru tal-politika mmexxija mill-Gvern Nazzjonalista li tul is-snin li għaddew kompla jinvesti bil-kbir fiż-żgħażagħ – fit-tagħlim u fit-taħriġ u fil-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol – iżda lil hinn minn hekk pajjiżna fil-ħames snin li għaddew kompla joffri liż-żgħażagħ divertiment u ħin ta’ rikreazzjoni tal-aqwa kwalità. Insemmi biss l-għadd kbir ta’ kunċerti li kienu organizzati għaż-żgħażagħ li attendew għalihom bi ħġarhom f’atmosfera mill-aqwa u mill-aktar pjaċevoli. Din il-ħidma se tissokta fis-snin li ġejjin għax liż-żgħażagħ iridu nassigurawlhom futur fis-sod u tal-aqwa kwalità.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.