0806 - Manifest Elettorali għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 2024

Page 1

GĦALL-ELEZZJONIJIET

EWROPEW

1 manifest elettorali
TAL-PARLAMENT
2O24
PARTIT LABURISTA

F’dawn l-aħħar snin, kull sfida li kellna quddiemna, flimkien

irnexxielna ndawruha f’opportunità.

Stajna nagħmlu dan għax konna

magħqudin bħala poplu.

Ħdimna bħala tim wieħed: tim malta - biex nissalvagwardjaw l-interessi tal-Għawdxin u l-Maltin kollha.

3

Dan għamilnieh kemm f’pajjiżna u anke lil hinn minn xtutna. B’mod speċjali fil-laqgħat f’istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fejn spalla ma’ spalla, il-Gvern u l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista dejjem ħadmu biex l-interessi ta’ pajjiżna jiġu qabel kollox. Għaliex sodi ma’ dak li nemmnu fih, konna dejjem konsistenti f’dak li ħdimna għalih – politika li tpoġġi fiċ-ċentru tagħha lin-nies u li tagħti sostenn liċ-ċittadini. Eżempju ċar ta’ dan hi l-politika tagħna tal-enerġija li nżommu l-prezzijiet stabbli – għaliex nemmnu li din hi miżura ġusta soċjalment u li qed trendilna ekonomikament.

Aħna sodi wkoll dwar il-valuri tagħna. Nemmnu li l-promozzjoni

tal-paċi bid-djalogu u d-diplomazija hi

ċ-ċavetta għall-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-popli tagħna.

4

Fis-snin li ġejjin ser inkomplu nibnu fuq dak li ksibna diġà. Ser naħdmu biex ikollna konnettività aktar b’saħħitha – għaliex din tgħaqqadna mal-kontinent u tiftħilna opportunitajiet ġodda kummerċjali u għan-nies tagħna. Bl-istess mod ser naraw li Malta tkun aktar kompetittiva, u li s-suq tal-Unjoni Ewropea jkun wieħed li jagħmel ġustizzja ma’ kulħadd.

Irridu wkoll nassiguraw li l-Unjoni Ewropea ta’ għada, li possibbilment tkun Unjoni akbar minn dik kif nafuha sal-lum, tkun waħda li tirrifletti verament dak li jridu n-nies. Unjoni li tipproteġi l-interessi ta’ kulħadd u li ma tingħalaqx fiha nnifisha, iżda li tkun ukoll preparata għall-isfidi preżenti u futuri – b’investimenti biex niġġieldu t-tibdil fil-klima mingħajr ma ngħabbu piżijiet ġodda fuq in-nies.

L-għan tagħna u tal-kandidati li qed inressqu ‘l quddiem bħala Partit Laburista hu li nibqgħu naħdmu biex Malta tkompli miexja ‘l quddiem, li nsostnu s-suċċess li qed jagħmel pajjiżna mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Li naħdmu biex nagħtu

s-Saħħa lill-Għawdxin u s-Saħħa lill-Maltin.

Robert Abela Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista

5

malta l-eWWel

soDi ma’ DaK li nemmnU fiH

Ewropej u konvinti: naħdmu favur Ewropa li tħares il-ġustizzja soċjali, Ewropa dejjem aktar solidali iżda dejjem bl-interessi ta’ pajjiżna fuq quddiem nett. Għalina Għawdex u Malta l-Ewwel.

Qatt daqs dawn is-snin ma ħarġet biċ-ċar l-importanza li Malta jkollha rappreżentanti li jġibu l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin l-ewwel u qabel kollox.

Malta żammet sod meta iffaċċjata bi pressjonijiet internazzjonali biex inbiddlu l-mudell soċjo-ekonomiku tagħna li joffri stabbiltà, prosperità u li jsostni l-familji u n-negozji.

Eżempju ċar ta’ dan kien fejn jidħlu l-prezzijiet tal-enerġija. Għamilna dan għax nemmnu li din hija miżura ekonomika daqskemm hi soċjali.

Il-prinċipju li jiggwidana huwa li naraw li nipproteġu l-għejxien tal-familji, iż-żgħażagħ, l-anzjani u n-negozji Maltin u Għawdxin, li naraw li l-ekonomija tagħna tibqa’ tikber. Hekk biss nistgħu nibqgħu nsostnu u nsaħħu l-qafas soċjali ta’ pajjiżna. L-għan aħħari tagħna jibqa’ li noħolqu l-ġid biex dan ikun jista’ jitqassam b’mod ekwu.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jimxu fuq dan il-prinċipju, fejn anke meta iffaċċjati minn pressjonijiet li jmorru kontra dak li huwa ta’ interess għal

Malta u Għawdex, inżommu sodi. L-interessi tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin jiġu l-ewwel.

6
o1

o2

malta: leħen il-Paċi

Malta kienet, għadha u ser tibqa’ promotur ewlieni tal-paċi

fl-Ewropa, u f’kull rokna tad-dinja. Dan nippromovuh b’saħħitna

kollha kullimkien, inkluż fil-Parlament Ewropew u fl-istituzzjonijiet kollha Ewropej.

F’ċirkostanzi ta’ instabbiltà wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, u l-kunflitti f’Gaża u l-Lvant Nofsani fost l-oħrajn, rajna l-effett traġiku li jista’ jkollu diskors prematur u mhux maħsub f’ċirkostanzi li jirrikjedu kawtela u sforzi diplomatiċi.

Kburin bin-newtralità ta’ pajjiżna. Filwaqt li ser nibqgħu niddefendu u nippromovu dan il-prinċipju, ma jfissirx li aħna indifferenti, jew li ma niħdux pożizzjonijiet ċari fil-konfront ta’ dak li hu ħażin.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jaħdmu sabiex bl-ebda mod l-Ewropa li nagħmlu parti minnha ma tkun aġent tal-kunflitti u l-gwerer, iżda tkun pont ta’ paċi u djalogu għall-benefiċċju tal-popli kollha madwar id-dinja.

7

o3

malta KomPetittiVa

f’sUQ WaħDieni ĠUst

Il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea hi kruċjali biex jinħoloq il-ġid u jitkattar ix-xogħol. Ir-regolamentazzjoni trid issir b’mod li jintlaħaq l-għan li għalih tkun qed titfassal u fl-istess ħin ma tkunx ta’ xkiel għan-negozji.

Għan-negozji Maltin u Għawdxin hu kruċjali li r-regoli li jsiru jkunu mfassla b’mod li jagħmlu sens għalihom ukoll. Is-sinsla tal-ekonomija tagħna huma n-negozji żgħar u medji, u għalhekk il-ħtiġijiet tagħhom iridu jkunu mħarsa sabiex ikunu jistgħu jibqgħu kompettitivi.

Irridu naraw ukoll li jiġu rikonoxxuti r-realtajiet ta’ stat membru gżira fil-periferija tal-Unjoni Ewropea biex in-negozji tagħna jkunu jistgħu jikkompetu b’mod ġust, u jibbenefikaw mill-benefiċċji tas-suq waħdieni.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser ikunu fuq quddiem biex il-leġiżlazzjoni Ewropea taħseb f’dawn ir-realtajiet. Għandu jkun hemm evalwazzjoni sistematika tal-impatt fuq stati membri żgħar u stati membri gżira bħalna fi kwalunkwe analiżi tal-impatt li jsir qabel tiġi adottata kull leġiżlazzjoni.

Barra minn hekk, ser ikunu qed jaċċertaw li l-wegħda li titnaqqas il-burokrazija b’mod sostanzjali tiġi implimentata biex l-għajnuniet tal-Unjoni Ewropea jkunu aċċessibbli aktar faċilment.

8

it-tiBDil fil-Klima

It-tibdil fil-klima hija sfida globali li rridu nsarrfuha f’opportunità.

Għalhekk neħtieġu politika li tkun imfassla b’għaqal u b’reqqa fuq livell Ewropew. Politika li tkun realistika u adattata għar-realtajiet ta’ kull Stat Membru.

Matul is-snin, pajjiżna għamel investimenti li naqqsu drastikament l-emmissjonijiet. Mill-qasam

tal-enerġija fejn rajna l-qalba miż-żejt li jniġġes għall-gass u s-sorsi rinnovabbli waqt li żammejna t-tariffi stabbli, sal-iskart u t-trasport li fihom saru investimenti li qatt ma rajna bħalhom qabel.

Dan anke permezz ta’ skemi li jinċentivaw ix-xiri ta’ vetturi elettriċi, investiment f’modi alternattivi ta’ trasport kif ukoll it-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd fuq l-art u l-baħar – u dan mingħajr ma żidna ebda piż fuq in-nies.

Gvern Laburista qiegħed jaħdem bla heda biex jindirizza l-isfidi kbar u orizzontali li jeżistu f’dan is-settur għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri u anke fid-dawl tal-kontribut lejn il-mira kollettiva li ġiet maqbula fuq livell Ewropew sabiex nilħqu n-newtralità mill-karbonju sal-2050.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser ikunu qed jaħdmu favur riformi ambjentali li jikkumplimentaw il-ħolqien tal-ġid, b’leġiżlazzjoni ambizzjuża li tikkunsidra wkoll iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħna bħala stat membru gżira fil-Mediterran.

10
o4

o5

l-immiGraZZJoni

Il-Partit Laburista jemmen fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem u fil-protezzjoni umanitarja li għandha tingħata lil dawk li ħaqqhom.

Il-politika li ħaddem Gvern Laburista matul l-aħħar snin wasslet messaġġ ċar li m’għandhomx ikunu t-traffikanti tal-bnedmin li jiddeċiedu min jidħol fl-Unjoni Ewropea. L-isfidi f’dan is-settur huma kontinwi u vasti, iżda rnexxielna nnaqqsu l-wasliet.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jibqgħu jaħdmu sabiex l-Unjoni Ewropea jkollha sistema ġusta tal-ażil u mhux waħda bbażata fuq il-populiżmu u l-mibegħda li jwasslu għar-razziżmu u l-politika tal-lemin estrem.

Is-soluzzjoni ta’ din l-isfida hija l-prevenzjoni. Irridu politika soda kontra t-telf ta’ ħajjiet fuq il-baħar. Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin trid issir bil-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ta’ tranżitu u ta’ oriġini. Dan qed nimplimentawh ta’ kuljum, anke għaliex naħsbu li ma nistgħux niddependu fuq is-solidarjetà ta’ Stati Membri oħra biex titqassam ir-responsabbiltà.

Permezz ta’ tisħiħ tal-għodod legali u diplomatiċi, naħdmu sabiex l-immigranti li ma jkollhomx dritt jibqgħu fl-Unjoni Ewropea, jintbagħtu lura lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom. Għandu jkun hemm aktar inċentivi li jattiraw ħaddiema kwalifikati lejn l-Unjoni Ewropea, b’rispett sħiħ lejn skemi nazzjonali li jħaddem pajjiżna diġà.

11

KonnettiVitÀ B’saħħitHa

Konnettività b’saħħitha hi ċ-ċavetta għall-ħolqien tal-ġid u t-tkabbir ekonomiku.

B’investiment fil-konnettività nistgħu wkoll intejbu l-moviment tal-persuni u l-prodotti, filwaqt li noħolqu opportunitajiet ġodda ma’ pajjiżi oħra, kemm fl-Unjoni Ewropea u anke lil hinn minnha. Fl-aħħar snin rajna kif il-leġiżlazzjonijiet tat-trasport u l-klima affettwaw il-konnettività direttament.

Bħala stat membru gżira, għalina l-oqsma tal-avjazzjoni u l-marittimu għandhom relevanza aktar minn pajjiżi oħra. Għandna dipendenza totali minn dawn l-oqsma għall-mobbiltà, għal kull ħaġa li nimpurtaw u nesportaw, u kif ukoll għaliex it-turiżmu huwa pilastru ekonomiku li jikkontribwixxi b’mod sostanzjali lejn l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Fil-qasam marittimu, pajjiżna għandu reġistru u bandiera li għandha reputazzjoni b’saħħitha mad-dinja kollha, u huwa mgħaqqad sew ma’ pajjiżi oħra li jfornu l-ekonomija bl-importazzjoni ta’ provvisti u materja prima meħtieġa u neċessarji għall-manifattura u l-konsumaturi Maltin. Dan is-settur għandu jkun protett u promoss b’mod adegwat biex strateġikament jgħin l-Unjoni Ewropea tikber ekonomikament, b’inċentivi għad-dikarbonizzazzjoni u biex ikunu fornuti rotot li jgħaqqduna ma’ kontinenti oħra.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jaħdmu biex filwaqt li tkompli d-dikarbonizzazzjoni f’dawn l-oqsma, naraw li l-leġiżlazzjoni tkun waħda li tassigura l-interessi ta’ gżejjer żgħar bħal Malta.

13
o6

GħaWDeX

GŻira ta’ VillaĠĠi

Fl-aħħar snin, il-gżira Għawdxija trasformat ruħha f’mutur ekonomiku, b’rekord fiż-żieda ta’ impjiegi. L-ammont ta’ ħaddiema fis-settur privat irdoppja.

Għall-ewwel darba, Gvern Laburista kkometta proporzjon rekord ta’ fondi Ewropej esklussivament għal Għawdex, li kienu strumentali għall-kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Għawdxin, b’titjib kbir fl-iskejjel, fl-infrastruttura u fis-servizzi mediċi. Għawdex ser ikun il-mudell tal-qalba ambjentali ta’ pajjiżna. Ser naħdmu biex proġetti ambjentali fi gżejjer ċkejkna bħal Għawdex jingħataw prijorità fejn jidħol finanzjament.

Prijorità oħra għal Għawdex hija d-diġitalizzazzjoni, li hija kruċjali mhux biss f’termini ta’ konnettività, imma wkoll biex jiġu kkreati opportunitajiet sostenibbli għaż-żgħażagħ u n-negozji Għawdxin. L-insularità doppja hija sfida, li ma waqqfitniex milli nġibu r-riżultati. Il-karatteristiċi u l-potenzjal tal-gżira Għawdxija jagħmluha ideali biex tibqa’ tkun il-katalista li minnha jiskattaw inizjattivi li jmexxuna fit-tranżizzjoni ekonomika li jinsab fiha pajjiżna.

Għawdex Gżira ta’ Villaġġi hija l-istrateġija distinta li ser tmexxina ‘l quddiem sabiex

Għawdex ikun fuq quddiem fi proġetti ewlenin, l-ewwel carbon neutral zone – gżira ta’ opportunitajiet għall-familji u n-negozji Għawdxin.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jaħdmu f’din id-direzzjoni b’mod li nisfruttaw il-vantaġġi distinti li gżira bħal Għawdex jista’ jkollha.

14 o7

fonDi eWroPeJ

Il-Prim Ministru Robert Abela nnegozja allokazzjoni rekord ta’ fondi

Ewropej għall-perjodu 2021-2027, li ser twassal biex isiru investimenti li jikkumplimentaw dawk li saru minn baġits passati u minn fondi nazzjonali.

Fit-tfassil tar-regolamenti Ewropej dwar kif jintefqu l-flejjes tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna jrid jiżgura li dan isir bis-sens u b’mod li jiggarantixxi li dawn ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għal Stati Membri żgħar bħal Malta.

Matul dawn l-aħħar snin pajjiżna ħa deċiżjonijiet kuraġġużi u qed jistabbilixxi miri li ser ikunu strumentali fost l-oħrajn għal aktar sostenibbiltà u tnaqqis fit-tniġġis. Dan kollu filwaqt li ħaddieħor kien impenjat jagħmel dak kollu li jista’ biex ixekkel il-fondi għal pajjiżna.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser ikunu parteċipi f’kull diskussjoni dwar fondi Ewropej biex jaraw li nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal ta’ pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjonijiet, l-aċċessibbiltà u l-użu ta’ fondi Ewropej.

16
o8

l-aGriKoltUra U s-saJD

Gvern Laburista kien spalla ma’ spalla mal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda fl-isfidi li iffaċċjaw minħabba fatturi internazzjonali.

Minkejja dan, kellna stejjer ta’ suċċess fil-biedja u s-sajd li servew ta’ mudell għal operaturi oħra.

Ser inkomplu nassistu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna sabiex jimmodernizzaw l-operat tagħhom u jagħmlu l-prodott tagħhom aktar kompetittiv. Fl-istess waqt irridu noffru aktar inċentivi lill-bdiewa biex jinvestu fi prattiċi sostenibbli u organiċi.

Konxji mill-karba tal-bdiewa Maltin u dawk Ewropej sabiex ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi jkunu sensittivi għas-settur tal-agrikoltura u s-sajd. Għalhekk ser inkunu qed naraw li fi ftehimiet ġodda li jkunu qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni Ewropea, ikun hemm analiżi mistħoqqa dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq is-settur u li dawn ma jkunux ta’ detriment għall-produzzjoni fis-swieq Ewropej.

Nagħrfu l-importanza li nsaħħu l-ħidma favur is-sigurtà tal-ikel li tiddependi minn setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-akwakultura sostenibbli.

Flimkien mal-Gvern Malti, il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser jaħdmu mill-qrib mal-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin biex ikollna suq li jgħinhom ikunu kompetittivi billi jittaffew il-piżijiet amministrattivi, u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u ġusti għall-Ewropej.

17 o9

1o l-UnJoni eWroPea ta’ GħaDa

Fil-leġiżlatura li jmiss huwa mistenni li d-diskussjoni ser tkompli tiżvolġi b’għadd ta’ deċiżjonijiet sensittivi li jridu jittieħdu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea.

Bħala l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna għandu realtà unika li tirrikjedi ħidma koordinata li timxi id f’id mal-isforzi tal-Gvern sabiex nassiguraw li pajjiżna jkollu l-aqwa riżultati minn dan l-eżerċizzju.

Nemmnu li hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tkompli tevolvi u tintegra, iż-żamma ta’ diviżjoni ċara tal-kompetenzi hija vitali biex jitħarsu l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Ma nemmnux li għandu jipprevali l-prinċipju tal-one-size-fits-all.

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea huwa suġġett li qed ikun diskuss b’mod intensiv wara l-aggressjoni Russa fuq l-Ukrajna. Filwaqt li nemmnu bis-sħiħ li l-Unjoni Ewropea għandha tibqa’ impenjata f’diskussjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi, dan il-proċess għandu jkun wieħed li jħares lejn il-merti ta’ dawn il-pajjiżi u l-kwalità tar-riformi li qed jimplimentaw.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista ser ikunu fuq quddiem biex jiġu promossi diskussjonijiet ma’ sħab strateġiċi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea. Nemmnu li dan huwa ta’ benefiċċju dirett għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u biex jiġu indirizzati temi bħall-kummerċ, l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima fost l-oħrajn.

19

il-KanDiDati tal-Partit laBUrista GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

aBela
BaJaDa JesmonD Bonello
ellUl
claUDette
BalDaccHino tHomas
steVe
2O24
21 aleX aGiUs saliBa Daniel attarD clint aZZoParDi flores
marsJesmonD Hall mariJa sara Vella Gafa
23

partitlaburista.org

24

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.