1 minute read

Kommemorazzjoni Tal-150 Mit-Twelid Tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila Ħajtu U Kitbietu

Kommemorazzjoni tal-150 mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila Hajtu u Kitbietu

DUN KARM: KIF ĠIE MFAKKAR? F’għeluq il-150 sena mit-twelid tiegħu, Dun Karm kien jistħoqqlu li jiġi mfakkar u jingħata l-għarfien li jixraqlu. Dan seħħ bi proġett li ttella’ filKatidral tal-Belt Victoria, b’kollaborazzjoni bejn l-Istitut Sir Michelangelo Refalo Sixth Form u l-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Kien nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru 2021, meta ttellgħet serata taħt il-patroċinju tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Clint Camilleri. L-għan ta’ dan il-proġett kien li jikkommemora l-ħajja tal-Poeta Nazzjonali u l-ħidma letterarja tiegħu. Is-serata kienet imżewqa b’diversi talenti fosthom kant, qari u mimika. Ġew imħejjija anke props apposta, fosthom dawk marbuta mal-poeżija ‘Il-Jien u lil Hinn Minnu’ illi fiha rajna l-filosofija eżistenzjalista li ġġegħilna nirriflettu fuq ħajjitna. Motiv ieħor li ġie mfakkar kien dak ambjentali. Saret enfasi fuq it-tfulija ta’ Dun Karm u l-ħajja għalkollox rurali li l-poeta għex f’Ħaż-Żebbuġ. Kien hemm anke xena fejn ġew involuti t-tfal, simbolu tal-ħajja sempliċi li għex Dun Karm u r-rispett tan-natura li ħalaq Alla. Żgur li l-poplu Għawdxi u Malti jħossu midjun ma’ Dun Karm u sabiex ilkitbiet tiegħu ma jintesewx tul iż-żmien, wieħed irid jibqa’ jfakkar u jagħti qima lill-Poeta Nazzjonali tagħna. Meta wieħed jaqra lil Dun Karm, jara kemm kitbietu jirriflettu temi attwali u l-messaġġ li jgħaddi fil-ħidmiet tiegħu jibqa’ jgħodd anke għaż-żminijiet tal-lum. F’Dun Karm mhux biss fakkarna l-importanza letterarja tiegħu iżda wkoll dik ir-ruħ Maltija li riedet ixxettel u twarrad l-identità Maltija.

Advertisement

L-ASPETT EDUKATTIV F’dan il-proġett, flimkien mal-istudenti u l-għalliema ta’ Sir Michelangelo Refalo Sixth Form, involvejna wkoll kemm eks studenti kif ukoll eks għalliema. Bħala edukaturi nemmnu illi dak li jkunu tgħallmu l-istudenti, ikunu kapaċi jesprimuh lil hinn mill-bank tal-iskola. L-Istitut, bl-appoġġ tal-Kap, is-Sur Daniel James Cassar, dejjem ħa ħsieb it-tagħlim ħolistiku tal-istudenti u jibqa’ jgħinhom jiffurmaw il-karattru tagħhom mhux blakkademiku biss, imma b’dak li jmur iktar lil hinn. Importanti li l-istudenti mhux biss jeċċellaw fl-istudji, imma ngħinuhom jesponu t-talenti u l-ħiliet tagħhom.

This article is from: