Noel D’Anastas, Il-Mużika: in-naħa l-oħra ta' Fr. Hilary

Page 6

78

Fr Hilary Tagliaferro: Bejn Storja u Miti

Solesmes, ħadt żewġt iħbieb miegħi u minn dak iż-żmien morna xi tliet darbiet oħra. Ikolli nerġa’ mmur, immur.” L-arkivju mużikali tal-Provinċja Maltija jinsab fil-Kunvent Santu Wistin fil-Belt fejn Patri Bert kien jedha fih qalb il-manuskritti mużikali ta’ Patri Ġużepp Spiteri Fremond tal-istess Ordni u kompożituri oħrajn. Fr Hilary qatt ma kellu x-xorti li jidħol fih.

Jisma’ d-Diski Naplitani u Rock ’n Roll f ’Ruma Fl-1950 daħal il-kunvent, għamel madwar sena fil-Kunvent Santu Wistin fir-Rabat, Għawdex, u wara kien ghamel sena fil-Kunvent ta’ Santa Rita f ’San Ġiljan. Jistqarr li hemmhekk kien abbandunat, iżolat għalkollox. “Hawnhekk kien deżert differenti mil-lum.” Wara mar ir-Rabat, filKunvent ta’ San Mark, u għamel sentejn studju tal-Filosofija. Il-Latin kien u għadu jħobbu. Studjaha ma’ Patri Eġidju Galea OSA u jisħaq li hija ħasra li din il-lingwa ma baqgħetx tiġi mgħallma lill-istudenti. F’Diċembru tal1954 kien intbagħat jistudja t-teoloġija Ruma, fejn qaddes fl-1958. F’Malta kien l-hena tiegħu jisma’ r-Rediffusion fiż-żmien meta kien qed jittella’ ‘Radju Muskettieri’ bil-protagonisti jdaħħqu lill-Maltin li kienu jwaħħlu widnejhom mar-Rediffusion, u l-programmi mużikali ta’ Victor Aquilina, Victor Galdes, il-qari tal-aħbarijiet minn Charles Abela Mizzi u vuċijiet oħra immortali bħal dik ta’ Charles Arrigo u Carmen Carbonaro. “Hawn Malta kont ristrett, anzi nsibha grazzja li ġejt mibgħut Ruma għax ma nafx jekk kontx nittollera r-reġim aħrax li kien hawn f ’dak iż-żmien. Is-surmast kien strett ħafna, kien bniedem xiħ ħafna. Anzi ttollerajt li ma nilgħabx il-ballun, magħluq. Imbagħad sena wara dak li kien assistent tiegħu hemmhekk bagħtuh magħna. Irriżulta li kien aktar aħrax minnu.” Huwa jħossu grat lejn il-Prijur Ġenerali tal-Ordni ta’ dak iż-żmien li kien jagħmel vista ta’ kultant fil-Provinċji Agostinjani, ċertu Fr Engelbertus Eberhard. Dan b’xi mod jew ieħor kellem lill-istudenti. Fr Hilary jgħid hekk: “Jien urejtu d-dwejjaq tiegħi min-nuqqas ta’ libertà biex nesprimi ruħi fl-isport. Fr Eberhard ma kienx bniedem żgħir iżda kellu moħħu miftuħ ħafna u għalkemm il-korsijiet tat-teoloġija fil-Gregorjana f ’Ruma kienu diġà bdew u kien diġà wasal Diċembru tal-1954, f ’ġimagħtejn


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.