3 minute read

Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha | 10 MissioTfal Għawdex

Għaċ‑Ċina din is‑sena hija s‑Sena tat‑Tigra fil‑kalendarju Ċiniż. U huwa proprju din is‑sena li ħarġet aħbar tajba ħafna. In‑numru ta’ tigri qiegħed jiżdied fid‑dinja! Dan wara żmien twil li n‑numru ta’ tigri fid‑dinja kien qed jonqos. Imma xorta għadhom f’riskju, għax minkejja li dawn l‑annimali sbieħ qed jerġgħu jiżdiedu, iż‑żoni fid‑dinja fejn jistgħu jgħixu dawn l‑annimali qed jispiċċaw. Fil‑fatt, issa dawn l‑annimali qed jgħixu biss f’żoni li jkopru 5 fil‑mija biss ta’ dak li kellhom fil‑passat.

Tfal, kontu tafu li skont informazzjoni li nġabret din is‑sena, 9 fil‑mija biss tal‑plastik ġie riċiklat, filwaqt li 22 fil‑mija tal‑plastik ġie ttrattat ħażin jew, agħar minn hekk, maħruq jew mormi direttament fl‑ambjent. Dan instab li ġej mill‑fatt li għad m’għandniex il‑kultura li nsalvaw l‑ambjent. Fir‑riċerka sar magħruf ukoll li fl‑2019, 6.1 miljun ta’ tunnellati ta’ plastik kienu mitfugħa fil‑baħar, li 1.7 miljun minnhom laħqu sal‑oċeani. Possibbli li għad m’għandniex għarfien?

li Alla jkun ma’ dawk li jaħdmu għall‑paċi. Jgħid ukoll li l‑gwerra hija strument li tneħħi l‑libertà fost il‑popli u jappella dejjem għall‑paċi. Nistgħu nieħdu l‑eżempju tiegħu u nkunu nies li nġibu l‑paċi ma’ dawk ta’ madwarna fl‑iskola jew id‑dar.

L‑iktar persuna li appellat kontra l‑gwerra minn Frar li għadda ’l hawn hija proprju Papa Franġisku. Huwa dejjem iħeġġeġ lil dawk li jmexxu biex ineħħu l‑armi u jgħid

Eżempji sbieħ:

● Roberta Zammit ta’ 7 snin minn

Ħaż‑Żebbuġ u tattendi l‑iskola

Santa Monika ta’ Birkirkara. Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI:

€ 3 Par żarbun għal tifel jew tifla fil‑missjoni € 30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal tifel/tifla minn familja fqira € 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata € 104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Nieħdu l‑eżempju ta’ Pauline Jaricot:

Ngħinu ftit u nitolbu ftit!

Fit‑22 ta’ Mejju 2022 f’Lyon fi Franza saret il‑Beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot (1799‑1862). Kienet din il‑mara lajka li waqqfet l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u l‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj. Dan ġara madwar 200 sena ilu. Forsi meta wieħed jara din id‑data jista’ jistaqsi lilu nnifsu: “X’tista’ tgħallimna llum din il‑mara li għexet żewġ sekli ilu? Jaricot għandha ħafna x’tgħidilna, għaliex hija fittxet li tibni ħajjitha fuq il‑kelma t’Alla u kif qal Ġesù Kristu: “Is‑smewwiet u l‑art jgħaddu, iżda kliemi ma jgħaddix.”

Jaricot kellha passjoni kbira biex tgħin u tieqaf mal‑missjunarji. Hija kienet temmen li jekk ngħinu ftit u nitolbu ftit nistgħu naqsmu l‑imħabba t’Alla mad‑dinja kollha. F’dan is‑sens Pauline Jaricot rat ħajjitha bħala tweġiba għall‑imħabba u l‑ħniena t’Alla. Sa minn żgħożitha hija ppruvat tixbah lil Kristu, anke fit‑tbatijiet li għaddiet minnhom, sabiex jixgħel il‑fjamma ta’ mħabbtu f’kull persuna. Papa Frangisku jgħid li dan huwa l‑bidu tal‑missjoni, fil‑ħeġġa tal‑fidi li tħoss li dejjem hemm x’tagħmel iktar, u fil‑konverżjoni ta’ kuljum sabiex twassal il‑ħniena t’Alla fit‑toroq tad‑dinja. Imma forsi tistaqsu kif inhu possibbli li wieħed jagħmel dan? Kif waslet il‑Beata Jaricot biex tagħmel dan kollu? It‑tweġiba hija waħda: il‑qawwa tat‑talb; billi nitolbu. It‑talb huwa l‑ewwel forma ta’ għajnuna li nistgħu nagħtu lill‑missjoni. Fil‑fatt, mhux b’kumbinazzjoni li Jaricot għaqqdet l‑għajnuna missjunarja mat‑talb, anzi mat‑talba tar‑Rużarju. Meta aħna nitolbu nkunu nagħrfu li qabel il‑ħidma tagħna l‑bnedmin hemm Alla li jimxi qabilna f’kulma nagħmlu, u għalhekk mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn.

L‑istedina għalikom it‑tfal hija l‑istess stedina li għamel Papa Franġisku lill‑Knisja kollha: “Imxu fuq il‑passi ta’ Jaricot.” Għalhekk, għeżież tfal, anke jekk inkunu fil‑vaganzi, nistedinkom biex “tgħinu ftit u titolbu ftit”. Għinu ftit lill‑ġenituri tagħkom fil‑faċendi ta’ kuljum u itolbu ftit ta’ kuljum għall‑missjunarji u għall‑missjoni. Tkun ħaġa sabiħa jekk xi kultant tagħmlu xi sagrifiċċju u flok tixtru ġelat, twarrbu dawk il‑flus biex tagħtuhom lill‑pajjiżi tal‑missjoni. . Il‑Mulej Gesù jberikkom.

This article is from: