3 minute read

Mill‑Ittri Tagħkom | 23 Kompetizzjonijiet Bi Premju

Irċevejna ammont sabiħ ta’ kitbiet u tpinġijiet mingħandkom l‑istudenti. Ħadna gost naqrawhom u naraw it‑tpinġijiet sbieħ; tassew bravi! Inħeġġukom tkomplu tibagħtulna aktar kitbiet u tpinġijiet. Dawn huma xi wħud mill‑kitbiet. Nistennew mingħandkom. Grazzi!

Din is‑sena ġew il‑kuġini mir‑Russja. Kont ilni sentejn u nofs ma narahom! Fil‑bidu tas‑sena l‑ġdida morna għand in‑nanna u gawdejt lill‑kuġini. In‑nanna sajret ikla kbira u tgħidx kemm lgħabna. Tgħidx kemm ħadt pjaċir!

Matthias Saliba – 10 snin – Skola Primarja s‑Siġġiewi.

Din is‑sena jiena bdejtha tajba, Ma kellix problemi xej, Imma l‑ħin jgħaddi u maż‑żmien Saret mimlija daqs bajda, ħej! Kien hemm xi ħaġa waħda, Li l‑ħut tiegħi għamlu ż‑żgħar, U li jien issa sirt bużnanna Ta’ xi għoxrin u ħafna iktar! Jien tgħallimt xi ħaġa ġdida, Li f’kull ħażin insib it‑tajjeb, Komplejna b’sena bil‑pandemija Mhux li kien li din tħallina! Din hija l‑istorja tiegħi s’issa. Min jaf kemm għad fadalli Sa meta nikber, imma issa Ser ikolli nħallikom biex immur nilgħab il‑bandli!

Amber Aquilina – 9 snin – Skola Primarja Ħal Għargħur Din is‑sena, jiena u l‑familja tiegħi bdejnieha differenti mis‑snin ta’ qabel. Qattajna l‑vaganzi tal‑Milied differenti peress li morna Malta mill‑1 sas‑6 ta’ Jannar. Waqt li konna hemm, morna l‑Esplora u rajna bosta affarijiet relatati max‑xjenza, żorna xi mużewijiet ta’ Żmien il‑Preistorja, rajna t‑tempji tal‑Imnajdra u Ħaġar Qim, u morna Għar Dalam, fost oħrajn. Tajna ħarsa lejn il‑Belt Valletta u wara ma naqasx li nżuru xi ħwienet u ristoranti. Insomma, ħadna ħafna gost Malta! Jiena għandi wkoll xi proponimenti. L‑aktar wieħed importanti għalija huwa li nsib passatemp mingħajr ma nuża l‑elettronika, bħall‑arti. Kienet bidu ta’ sena sabiħa, qattajt ħafna ħin ma’ familti u tgħallimt iktar fuq il‑wirt storiku li għandna ġewwa Malta.

Martina Vella – 10 snin – Skola Primarja r‑Rabat, Għawdex

Is‑sena l‑ġdida bdiet vera tajba. Ħadt pjaċir nerġa’ nara lill‑ħbieb u kont fuq ix‑xwiek biex immur lura l‑iskola. Ħadt iktar pjaċir meta sirt naf li kont mistiedna għal festival ma’ xi ħbieb tiegħi. Mill‑ewwel bdejna r‑reviżjoni, imma dan ma sibtux tqil minħabba li konna diġà tgħallimnieh u kont fhimtu sew għax l‑għalliema kienu għallmuni veru tajjeb. Tgħallimt xi affarijiet ġodda wkoll, imma malajr fhimthom għax ma kinux daqshekk tqal. L‑iskola tiegħi, minħabba l‑COVID‑19, għandha t‑tielet klassi biex ikun hemm inqas tfal ġol‑klassi u nsegwu online ma’ klassi oħra. L‑unika proponiment li għandi huwa li xi darba kull tliet xhur immorru x’imkien biex ngħinu lil xi ħadd anzjan jew xi persuna bi ftit flus.

Jesmine Vella – 10 snin – Skola St. Jean Antide l‑Gudja.

ĠUNJU, LULJU, AWWISSU, SETTEMBRU 2022

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

1. SIB IT‑TRIQ

Ara jirnexxilekx tgħin lit‑tifla ssib it‑triq sabiex tasal ħdejn ħuha li qed jilgħab bir‑ramel. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.

2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA

Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna poeżija qasira dwar il‑Milied u/jew tpinġulna stampa relatata mal‑Milied. Dan sabiex nużawhom biex noħorġu sett kartolini tal‑Milied. Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

ĠUNJU, LULJU, AWWISSU, SETTEMBRU 2022

ISEM U KUNJOM: __________________________________________________________________ ETÀ: ______________________________

INDIRIZZ: _______________________________________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________ KODIĊI POSTALI: ______________________________

SKOLA: __________________________________________________________________________________________________________________

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar – Marzu 2022 Ħarġa Nru.91.

1. SIB IT‑TRIQ 2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Helena‑Rose Pullicino minn Ħaż‑Żabbar, Marta Fenech minn Ħal Safi u Isaac Grech miż‑Żejtun.

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

This article is from: