4 minute read

Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Il‑Paġna Ta’ Rafiki

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta'

Facebook Missio Malta Events

Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet Għeżież Tfal, u attivitajiet ta' interess. Kif intom? Sewwa jgħidu li ż-żmien ma jistenna lil ħadd! Diġà ninsabu fix-xahar ta’ Frar; xahar li lili jfakkarni fi tliet dati importanti: Il-Miġja ta’ Missierna San Pawl f’Malta, nhar l-10 ta’ Frar, Jum San Valentinu, nhar l-14 ta’ Frar, u l-Jiem tal-Karnival li jibdew mill-Ġimgħa 25 ta’ Frar. Kollha kemm huma festi ta’ ferħ u mħabba. Imbagħad f’Marzu jibda ż-Żmien tar-Randan, nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu, żmien ta’ sagrifiċċju u penitenza. Fir-rivista ta’ dawn ix-xahrejn, minbarra l-paġni tas-soltu, fejn inkomplu naraw u niltaqgħu ma’ aktar skejjel u attivitajiet li saru, il-paġni tal-kordinaturi u ta’ Rafiki, kif ukoll aħbarijiet, kurżitajiet u kompetizzjonijiet, ħejjejna għalikom ir-Rużarju Missjunarju. Din it-Talba tar-Rużarju tingħad l-istess, biss matulha nitolbu u niftakru b’mod partikolari fil-kontinenti, u l-pajjiżi u n-nies li jgħixu fihom. Inħeġġukom biex bħala familja, jew fil-klassi, tgħidu din it-talba wisq sabiħa u tant għall-qalb il-Madonna. Qabel inħallikom nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal missjunarji u titolbu għalihom biex huma wkoll isiru jafu dwar Ġesù. Matul ir-Randan tajjeb li bħala sagrifiċċju, minflok tixtru l-ħelu, warrbu xi ħaġa mill-‘pocket money’ tagħkom għal dawn it-tfal biex ikollhom x’jieklu, x’jilbsu, saqaf fuq rashom u edukazzjoni xierqa. Il-ħabiba tagħkom, Claudia

Stampa tal‑faċċata: U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” MATTEW 19:14 TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi – John Caruana Pubblikazzjoni: Missio Malta

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)

© Copyright: L-ebda parti minn dan il-magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il-permess tal-pubblikaturi.

Għeżież Tfal,

Illum xtaqt nikteb ftit fuq l‑użu tal‑‘kelma’. Issa, permezz tat‑teknoloġija, aħna kapaċi nwasslu l‑messaġġ tagħna madwar id‑dinja kollha f’sekonda billi nagħfsu buttuna fuq il‑kompjuter jew mowbajl. Ħafna drabi nikkomunikaw mingħajr lanqas biss inkunu nafu ma’ min qed nitkellmu, mingħajr ma nisimgħu u mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ il‑persuna l‑oħra.

Allura, naħseb li dan ma jfissirx li nkunu qed nikkomunikaw tajjeb. Tagħmel konverżazzjoni ma jfissirx biss li titkellem, imma jfisser li tiltaqa’ ma’ dak li jkun, tkun miegħu, tagħti kas, tifhem, tidħaq miegħu u fuq kollox tkun ħabiba ta’ veru. Din it‑tip ta’ komunikazzjoni qed nitilfuha! Qed nispiċċaw nikkomunikaw mingħajr ma ngħidu kelma. Qed nirriskjaw li nitilfu l‑kapaċità li nikkomunikaw ta’ vera, il‑kapaċità li naħsbu u li nkunu kreattivi. Jekk ma nibqgħux nikkomunikaw ma’ xulxin, ma nkunux nistgħu naqsmu l‑ideat u nkunu kreattivi. Jekk nitilfu l‑kreattività, x’futur ikollna? Nirriskjaw li għalkemm nikkomunikaw, xorta waħda nispiċċaw waħedna.

Li nikkomunikaw kif suppost hija arti. Huwa don li nikkomunikaw, li nkunu flimkien, anki jekk bid‑distanza, li nitkellmu, li nisimgħu, nilagħbu u nitbissmu; dan kollu jagħmilna ferħanin.

Ħelow Tfal,

F’Diċembru li għadda, MissioTfal kienu mistednin għall‑attivitajiet tal‑Milied fil‑Kulleġġ Santa Margerita Skola Primarja l‑Isla. Ma’ xi wħud mit‑tfal tkellimna dwar il‑Ġermanja, il‑pajjiż li fih bdiet it‑tradizzjoni tal‑iStar Singers. Dawn bdew waqt sinodu li kien sar f’Konstanz, fil‑Milied tal‑1417, fejn xi tfal lebsin ta’ Maġi u bi stilla kbira f’idejhom kantaw għanjiet tal‑Milied quddiem l‑isqfijiet. Il‑messaġġ kien li huma, bħall‑Maġi, jimxu wara l‑istilla tagħhom li huwa Ġesù, filwaqt li offrew donazzjoni għall‑Knisja. Minn hemm ’il quddiem l‑iStar Singers bdew isiru popolari mal‑pajjiżi kollha. Ħafna tfal kienu jmorru jkantaw fit‑toroq għal donazzjoni żgħira sabiex joffruha lill‑missjoni. Mal‑istudenti ż‑żgħar għamilna kuruni tar‑rejiet biex nixbhu lit‑tfal li jimxu wara l‑istilla tagħna ‑ Ġesù, u wara kantajna xi għanjiet u rrekordjajniehom. Mal‑istudenti l‑kbar għamilna wkoll presepji tal‑kartun. Mill‑kaxxi taċ‑ċereali għamilna l‑grotot u waħħalna bil‑kolla stampi tal‑pasturi fuq il‑kartuna, qasqasniehom u poġġejniehom fil‑grotot. Nirringrazzjaw lill‑Kap tal‑Iskola u l‑Assistenti Kapijiet li tawna din l‑opportunità sabiħa.

Għamilna wkoll sessjonijiet kulturali onlajn mal‑istudenti tal‑Iskola ta’ Pembroke fejn tkellimna dwar l‑Awstralja, il‑kontinent fejn jgħixu Tribujiet Aboriġini. Dawn

jużaw metodu ta’ komunikazzjoni meraviljuż, li huwa wkoll arti straordinarja msejħa ‘Dot Art’. Din tikkonsisti f’arti magħmula minn tikek ikkuluriti li joħolqu disinji donnhom jinqalgħu ’l barra mpittra

f’xi għerien jew fil‑ħamrija. Kien mezz ta’ komunikazzjoni li huma biss jifhmu u li jużawh fir‑riti. Xi kultant jużaw din it‑teknika anki biex jiżbgħu wiċċhom u ġisimhom, u huma u jiżfnu d‑disinn jiġi qisu maqlugħ ’il barra. Din it‑teknika skoprieha Geoffrey Bardon fl‑1971, dwar dawn il‑pitturi u l‑istejjer li kienu jirrakkontaw permezz tagħhom. Għalhekk, l‑għada filgħodu ħeġġeġ lit‑tfal ipinġu dak li jridu fuq ħajt fl‑iskola, u ħarġet tpinġija straordinarja. Huwa ħeġġiġhom biex dak li jpinġu jpinġuh fuq it‑tila biex jitgawda minn kulħadd, u minn dak iż‑żmien ’il hawn din it‑teknika nfirxet u tista’ titgawda anki f’ħafna pajjiżi.

li kien għalliem tal‑arti ta’ studenti Aboriġini. Darba, wara l‑iskola, beda jisma’ xi ġenituri jitkellmu Kellna wkoll l‑avveniment ta’ kull sena ‘Santa in the City’, fejn Santa Klaws qassam is‑‘soft toys’ lil kull min ta donazzjoni. Flimkien mal‑voluntiera għamilna tlett ijiem niltaqgħu ħdejn is‑suq tal‑Belt. Kien ta’ pjaċir għalina li magħna kellna l‑kor ta’ Phyillisienne Brincat. Din l‑attività kienet tassew suċċess.

This article is from: