6 minute read

MissioTfal Għawdex | 7 Ir‑Rużarju Missjunarju | 11 Aħbarijiet U Kurżitajiet Mid‑Dinja Kollha

Għeżież Tfal, L‑Ewwel Missjunarju

Illum xtaqt niktbilkom dwar l‑ewwel missjunarju li kien hawn fid‑dinja. Tafu min kien? Ħadd ħlief Ġesù Kristu. Dan għaliex Ġesù kien l‑ewwel wieħed li ġie mibgħut minn Alla l‑Missier fid‑dinja mhux biss biex iħabbar il‑Bxara t‑Tajba tal‑Vanġelu, iżda billi huwa stess kien il‑Vanġelu ħaj. Kristu kien dak li wettaq din il‑Bxara t‑Tajba għax uriena l‑imħabba tal‑Missier, u kien lest li jbati u jieħu l‑mewt għalina kollha. Imbagħad Kristu qam rebbieħ fuq il‑mewt u bagħat lid‑dixxipli tiegħu mad‑dinja kollha biex ixandru dak kollu li huwa kien għamel, jiġifieri juru l‑imħabba kbira li biha Alla jħobb lil kull wieħed u waħda minna. Dan Ġesù mhux biss wera li ġie għal kulħadd u li jħobb lil kulħadd, iżda jrid ukoll li dawk kollha li jemmnu fih u jimxu warajh ikunu lkoll aħwa bejniethom u jgħinu lil xulxin. Barra minn hekk, Ġesù wriena wkoll li dak kollu li aħna nagħmlu ma’ min hu fil‑bżonn, inkunu qegħdin nagħmluh miegħu. Matul ħajtu fuq din l‑art Ġesù wera kemm iħobb, b’mod partikolari lill‑fqir u lill‑batut.

Għeżież, aħna lkoll imsejħin biex inkomplu din il‑missjoni tal‑ewwel missjunarju. Dan nistgħu nagħmluh anke b’affarijiet żgħar. L‑ewwel u qabel kollox tajjeb li nkunu missjunarji ċkejknin fil‑familja u fl‑iskola tagħna, billi ngħinu lil min ikollu bżonn l‑għajnuna tagħna. Imbagħad inkunu dejjem lesti li ngħinu lit‑tfal tal‑missjoni. Nixtieq nagħmlilkom suġġeriment ċkejken: ta’ kull ġimgħa agħmlu xi sagrifiċċju ċkejken, billi xi darba ma tixtrux ċikkulata jew ‘soft drink’, u l‑flus li tiġbru agħtuhom lit‑tfal tal‑missjoni. Ġesù tant jieħu pjaċir, li meta mmorru ħdejh jgħidilna: “Kont bil-ġuħ u tmajtuni; kont bil-għatx u sqejtuni; kont bla ħwejjeġ u libbistuni…”

Dak li nagħtu lill‑oħrajn inkunu qegħdin inpoġġuh fil‑bank tal‑ħajja ta’ dejjem u għalhekk ma jispiċċa qatt.

Kien l‑Arċisqof Fulton Sheen (1895‑1979) li fis‑sena 1951 ħoloq ir‑Rużarju Missjunarju Dinji. L‑għan ewlieni tiegħu kien li għandna ‘Inħaddnu d‑Dinja Kollha fit‑Talb’. Ir‑Rużarju Missjunarju Dinji jingħad l‑istess bħar‑Rużarju li aħna mdorrijin bih, biss kull misteru għandu kulur marbut miegħu li jirrappreżenta wieħed mill‑ħames reġjuni tad‑dinja. Il‑kuluri tal‑ħames Misteri Missjunarji huma:

L‑Ewwel Misteru – l‑aħdar – għall‑ħdura tal‑foresti tal‑Kontinent Afrikan. It‑Tieni Misteru – l‑aħmar – għad‑demm tal‑martri tal‑Kontinent tal‑Amerika.

It‑Tielet Misteru – l‑abjad – għall‑Kontinent tal‑Ewropa, fejn jgħix il‑Papa, li jsejjaħ għal evanġelizzazzjoni ġdida.

Ir‑Raba’ Misteru – l‑ikħal – għall‑ilma ta’ madwar il‑Gżejjer tal‑Oċeanja. Il‑Ħames Misteru – l‑isfar – għal tlugħ ix‑xemx fuq il‑Kontinent tal‑Asja.

Matul dawn l‑erbgħin jum tar‑Randan, li jibdew nhar l‑Erbgħa 2 ta’ Marzu, qed nistednukom tgħidu dan ir‑Rużarju speċjali. F’kull posta niftakru f’dak li Ġesù għamel matul il‑ħajja tiegħu fid‑dinja, filwaqt li nitolbu lil Ommna Marija billi noffru kull posta għal wieħed mill‑5 kontinenti tad‑dinja. Qabel kull posta tistgħu tixegħlu xemgħa kkulurita li tirrappreżenta l‑kontinent li tkunu qed titolbu għalih.

Ix‑xemgħat għandhom ikunu fejn ma jintlaħaqx mit‑tfal u l‑annimali domestiċi. It‑tfal żgħar qatt ma għandhom iżommu xemgħa mixgħula. Ikkunsidra li tipprovdi xemgħat li jaħdmu bil‑batteriji għat‑tfal. Ġenitur/Gwardjan Legali għandu jiddeċiedi meta t‑tfal ikunu maturi biżżejjed biex jixegħlu xemgħa dejjem b’superviżjoni ta’adult.

7

Nixegħlu x‑xemgħa l‑ħadra u nitolbu għall‑Kontinent tal‑Afrika.

Nixegħlu x‑xemgħa l‑ħamra u nitolbu għall‑Kontinent tal‑Amerika.

Nixegħlu x‑xemgħa l‑bajda u nitolbu għall‑Kontinent tal‑Ewropa.

Nixegħlu x‑xemgħa l‑kaħla u nitolbu għall‑Kontinent tal‑Oċeanja.

Nixegħlu x‑xemgħa s‑safra u nitolbu għall‑Kontinent tal‑Asja.

L‑ewwel posta: Ġesù jirċievi l‑missjoni tiegħu mill‑Ispirtu s‑Santu wara li jitgħammed fix‑xmara Ġordan.

It‑tieni posta: Ġesù jxandar l‑aħbar it‑tajba tas‑Saltna t’Alla, b’mod speċjali lill‑foqra u l‑maħqurin.

(Naħsbu fin-nies foqra li jgħixu fl-Amerika t’Isfel, li għalkemm l-imħabba lejn Ġesù hija ħajja ħafna (Naħsbu fit-tfal foqra fl-Afrika u nitolbu biex Ommna Marija tipproteġihom u biex isibu nies ġenerużi li jipprovdulhom djar, ikel, ilma, mediċini u edukazzjoni.) fosthom, hemm ħafna tbatijiet minħabba l-faqar, mard u inġustizzji. Mill-banda l-oħra, minkejja li fl-Amerika ta’ Fuq in-nies huma sinjuri, dawn iħossuhom imdejqin u jfittxu l-ferħ fid-droga u l-alkoħol li jagħmlulhom ħafna ħsara. Nitolbu lil Ommna Marija biex tgħin lil dawn in-nies fid-diffikultajiet tagħhom.)

It‑tielet posta: Ġesù jfejjaq lill‑morda.

(Naħsbu f’dawk in-nies li m’għadhomx isibu ċans jitolbu. Hemm bżonn nerġgħu nibdew nisimgħu u naqraw il-Kelma t’Alla u ngħaddu ftit minuti kuljum ma’ Ġesù biex dan il-kontinent jerġa’ bħal dari jkollu fidi kbira f’Alla. Nitolbu lil Ommna Marija biex turina dak li jixtieq minna binha Ġesù.)

Ir‑raba’ posta: Ġesù joffri l‑ilma ħaj lil dawk kollha li jemmnu.

It‑ħames posta: Ġesù jgħallem lid‑dixxipli tiegħu kif għandhom jitolbu lill‑Missier.

(Naħsbu fil-25% tan-nies minn dan il-kontinent li huma Kattoliċi li għandhom nuqqas kbir ta’ komunikazzjoni bejn gżejjer u tribujiet differenti. Nitolbu lil Ommna Marija biex ikun hemm l-għaqda fost in-nies u biex ikompli jinxtered it-twemmin f’Ġesù.)

(Naħsbu fin-nies li sofrew minħabba d-diżastri naturali li seħħew fl-aħħar snin f’dan il-kontinent. Ħafna missjunarji u voluntiera jħallu l-ħajja komda tagħhom biex jgħinu lil nies fil-bżonn. Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn in-nies tal-ġid li qed jagħmlu u nitolbu lil Ommna Marija biex it-tfal fl-Asja jibdew jgħixu ħajja aktar komda u ma jaqtgħu qalbhom minn xejn.)

Talba lil Ġesù Msallab:

Hawn jien, O Ġesù maħbub tiegħi, Mixħut quddiem il‑preżenza tiegħek, Nitolbok bl‑akbar ħrara Li tnissel fil‑qalb tiegħi Sentimenti ta’ fidi, ta’ tama, ta’ mħabba, Ta’ ndiema kbira ta’ dnubieti u fehma sħiħa Li ma noffendik qatt iżjed; Filwaqt li bl‑imħabba u l‑ħniena kollha Sejjer inġib quddiem għajnejja Il‑ħames pjagi tiegħek, Nibda minn dak li qal fuqek Il‑qaddis profeta David: “Nifduli jdejja u riġlejja, U għaddewli għadmi kollu.” Missierna, Sliema u Glorja.

Għajnuna bil‑Luminata

Alexandra Scott hija l‑fundatriċi tal‑Alex Lemonade Stand Foundation. Din it‑tifla twieldet fl‑1996, u ftit wara li għalqet sena mardet bil‑kanċer tat‑tfal imsejjaħ neuroblastoma. Imma Alexandra qatt ma qatgħet qalbha, sakemm fis‑sena 2000 irċeviet ‘stem cell transplant’. Hija qalet lil ommha li meta toħroġ mill‑isptar riedet tagħmel ‘Lemonade Stand’ biex tgħin lit‑tobba jsibu kura għal din il‑marda ħalli jgħinu tfal oħra bħalha. Iktar tard dik is‑sena wettqet din il‑ħolma u bl‑għajnuna tal‑familja tagħha ġabret mal‑2,000 dollaru għall‑isptar. Dan il‑‘Lemonade Stand’ baqa’ jsir ta’ kull sena għal din il‑kawża sabiex dan l‑isptar isib kura għal din il‑marda daqshekk kiefra. L‑aħbar ta’ dak li kienet qed tagħmel din it‑tifla nfirxet mad‑dinja kollha u ħafna nies minn kull parti tad‑dinja kienu jibagħtu l‑flus għal din il‑kawża. B’xorti ħażina, f’Awwissu tal‑2004, Alexandra tilfet din il‑battalja fl‑età żgħira ta’ 8 snin. Sa dakinhar kienet laħqet ġabret miljun dollaru! Din il‑fondazzjoni għadha għaddejja sal‑lum il‑ġurnata.

Mikaila Ulmer kellha biss 4 snin meta tniggżet minn naħla. Għalkemm kienet tibża’ minnhom, bdiet titgħallem fuqhom. Meta ntebħet kemm in‑naħal jagħmel ġid fid‑dinja, hija ġietha l‑idea li tuża r‑riċetta tal‑luminata tan‑nanna tagħha u żżid l‑għasel minflok zokkor biss, u b’hekk toħloq għarfien dwar l‑importanza tan‑naħal fid‑dinja. B’dan il‑mod ħolqot il‑prodott ‘Me and the Bees Lemonade’. Bdiet tbigħ dan il‑prodott quddiem id‑dar tagħha stess u tagħti ftit mill‑profitt lill‑organizzaturi lokali u internazzjonali li jiġġieldu biex isalvaw in‑naħal. Illum din it‑tfajla ta’ ħmistax‑il sena tbigħ il‑luminata tagħha, li tista’ ssibha f’ħames togħmiet differenti, u n‑negozju tagħha kiber 500 fil‑mija! Din ix‑xarba hija famuża fl‑aqwa ristoranti, kjosks tal‑ikel u ma’ dawk li jbigħu u jixtru ikel naturali. Mill‑profitti Mikaila tgħin lill‑Healthy Hive Foundation.

Iż‑żewġt aħwa tfajliet Indoneżjani, Melati u Isabel Wijsen, huma attivisti favur il‑klima u huma magħrufin 11

għall‑isforz tagħhom għall‑inqas konsum ta’ plastik f’Bali permezz tal‑kampanja ‘Bye Bye Plastic Bags’. Kien fl‑2013, meta Melati ta’ 12‑il sena u Isabel ta’ 10 snin, bdew din il‑kampanja kontra l‑boroż li jintużaw darba biss. Huma riedu laqgħa mal‑gvernatur biex iniedu din il‑kampanja. Ir‑riżultat ta’ din il‑kampanja kien li dan il‑gvernatur, I Made Mangku Pastika, iffirma liġi li twaqqaf l‑istytofoam, boroż tal‑plastic u straws minn dan il‑pajjiż b’effett mill‑2018. Fl‑2017, it‑tfajliet tkellmu fil‑United Nations World Ocean Day, li saret fi New York. U sena wara ġew nominati bħala t‑25th Most Influential Teens of 2018 mill‑magażin Time. Fl‑2019, sar anki dokumentarju fuq Melati Wijsen jismu ‘Bigger Than Us’. Melati hija wkoll il‑fundatriċi tal‑Youthtopia, li hija pjattaforma tal‑‘Youth Empowerment’.

Eżempji sbieħ:

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI:

€ 3 ‑ Par żarbun għal tifel jew tifla fil‑missjoni

€ 30 ‑ Uniformi u materjal tal‑iskola għal tifel/tifla minn familja fqira

€ 55 ‑ Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata

€ 104 ‑ Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

This article is from: