
4 minute read
Kraft Tradizzjonali | 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju
Nancy Camilleri KARTOLINA FORMA TA’ QALB
MILL‑BOŻNIJA‑ĦERZEGOVINA

X’għandek bżonn:
• Kartonċina • Lapes • Labra tat‑tepistri • Kobba suf preferibbilment aħmar • Mqass (MHUX bil‑ponta) • Kolla
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jużaw labra u ħallihom jagħmluha biss jekk tkun komdu biha.
Metodu:
1. Itwi l‑kartonċina fi tnejn biex tifforma kartolina. 2. Bil‑lapes pinġi fin‑nofs fuq quddiem qalb kbira. 3. Bil‑labra tat‑tepistri taqqab il‑qalb billi timxi fuq il‑linja tal‑lapes.
Importanti li tħalli ftit spazju bejn toqba u oħra. 4. Daħħal biċċa suf mhux twila ħafna, fil‑labra u agħmel għoqda f’tarf minnhom. 5. Ibda għaddi l‑labra minn toqba għall‑oħra, billi tibda minn ġewwa għal barra u minn isfel għal fuq, u wara, minn fuq għal isfel. Kompli billi tgħaddi mix‑xellug għal‑lemin u mil‑lemin għax‑xellug. 6. Meta jispiċċalek is‑suf, erġa’ aqta’ biċċa oħra u kompli bl‑istess proċedura. 7. Ibqa’ sejjer/sejra hekk sakemm tuża t‑toqob kollha (ara l‑istampa). 8. Sabiex fuq ġewwa ma jibqax jidher is‑suf, tista’ taqta’ biċċa kartonċina daqs il‑faċċata u twaħħalha bil‑kolla fuq kollox. 9. Ikteb messaġġ ta’ mħabba lil xi ħadd għażiż għalik u għaddihielu
Tista’ wkoll iżżejjen il‑kartolina minn ġewwa għall‑gosti tiegħek. 10. Din il‑kartolina hija ideali ħafna għal
Jum San Valentinu, jew okkażjonijiet oħra biex nuru l‑imħabba tagħna lejn persuni oħra.
Kont taf li: l‑Bożnija‑Ħerzegovina huwa pajjiż li għandu forma ta’ qalb? Dan jinsab fil‑qalba tax‑Xlokk tal‑Ewropa. Hawnhekk iċ‑ċiviltajiet tal‑Lvant u tal‑Punent jiltaqgħu flimkien. Mill‑parti ta’ fuq sal‑parti ċentrali tal‑pajjiż tissejjaħ ‘bosana’ li tfisser ‘ilma’ – Bożnija, filwaqt li n‑naħa t’isfel, li kienet okkupata mill‑Ottomani, hija Ħerzegovina. Il‑belt kapitali hija Sarajevo. Hawn jinsab Medjugorje, post magħruf ħafna fejn bosta nies imorru f’pellegrinaġġi u sabiex iżuruh. Meravilja ta’ dan il‑pajjiż hija li fih nsibu nies li jħaddnu reliġjonijiet differenti, fosthom l‑Iżlam, l‑Ortodossi u l‑Insara, u li jgħixu flimkien f’armonija.
PUDINA TAR‑ROSS
MILL‑IRAQ
X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 600 millilitru ħalib tal‑lewż (mhux ħelu) • 3 bsaten tal‑kannella • 5 imsiemer tal‑qronfol • 80 gramma zokkor ismar artab • 420 gramma ross twil • 40 gramma ‘coconut’ mitħun • 100 gramma passolina • 100 gramma ġewż imqatta’ • Melħ tal‑baħar (jekk tiggosta)
Metodu:
• Ġo kazzola kbira għalli flimkien il‑ħalib, iz‑zokkor, il‑bsaten tal‑kannella u l‑imsiemer tal‑qronfol. • Żid il‑‘coconut’ u r‑ross, baxxi n‑nar u ħallih itektek sa ma jsir ir‑ross, filwaqt li tħawwad kultant. • Żid il‑passolina u l‑ġewż, ħawwad sew u ħallih itektek għal ftit ħin ieħor. • Ferrex il‑melħ (jekk trid) u servi. • Inkella tista’ tferra’ f’erba’ tazzi u sservi wara li jibirdu. • Din il‑pudina hija ideali bħala ‘snack’ sħun fix‑xitwa jew bħala kolazzjon. Noşîcan Be (L‑Ikla t‑Tajba)
Nota: It-tisjir huwa sabiħ speċjalment meta t-tfal jagħmluh ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, però importanti li nieħdu l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa. Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l-ġojjellerija, neħħi xagħrek minn quddiem wiċċek u ilbes ilbies addattat. Itlob l-għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk ser tuża oġġetti li jaqtgħu, ser tuża n-nar u/jew l-elettriku.
Kont taf li: l‑belt kapitali Bagdad hija l‑akbar belt fil‑pajjiż? Il‑maġġoranza tal‑popolazzjoni, li hija ftit aktar minn 36 miljun, huma Għarab u Kurdi, filwaqt li 95 fil‑mija huma Musulmani. Il‑lingwi uffiċjali huma l‑Għarbi u l‑Kurd. L‑Iraq ħa l‑indipendenza tiegħu minn mal‑Ingilterra fl‑14 ta’ Lulju 1958. Fl‑Iraq issib żewġ xmajjar: Tigris u Euphrates, filwaqt li Cheekah Dar hija l‑ogħla muntanja. 84 fil‑mija tal‑irġiel jafu jiktbu u jaqraw, filwaqt li 64 fil‑mija tan‑nisa huma litterati. L‑Iraqini setgħu jibdew jużaw il‑mowbajl wara s‑sena 2003, minkejja li l‑mowbajls kien ilhom li daħlu fil‑Lvant Nofsani sa mill‑1995. Dan għaliex taħt il‑gvern ta’ Saddam il‑mowbajls kienu pprojbiti. Fil‑preżent, 78 fil‑mija tal‑Iraqini għandhom mowbajl.
FRAR ‑ MARZU 2022
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. SIB IT‑TRIQ
Ara jirnexxilekx issib it‑triq ’il barra mill‑qalb! Ibda mill‑vleġġa ta’ fuq ix‑xellug u sib it‑triq ’il barra mill‑vleġġa tal‑lemin. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu pokit tal‑iskola.
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA
Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar kif bdejtu s‑sena l‑ġdida. Għamiltu xi proponiment? Kellkom xi esperjenza unika? Inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li nirċievu tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta. Il‑kitbiet u t‑tpinġijiet kollha nippubblikawhom fir‑rivisti tax‑xhur li ġejjin.
TFAL MISSJUNARJI – Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
FRAR ‑ MARZU 2022
ISEM U KUNJOM: __________________________________________________________________ ETÀ: ______________________________
INDIRIZZ: _______________________________________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________ KODIĊI POSTALI: ______________________________
SKOLA: __________________________________________________________________________________________________________________ Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ottubru‑Novembru 2021 – Ħarġa Nru.89.
1. SIB IT‑TRIQ 2. KITBA U TPINĠIJA

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Ana Zammit mill‑Imtarfa, Katya Grima minn is‑Sannat u Katrin Abela minn Santa Luċija.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.