1 minute read

Talb għaċ‑Ċelebrazzjoni tal‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta

Kolletta

Missier, int trid li l‑Knisja tiegħek tkun is‑sagrament tas‑salvazzjoni għall‑popli kollha. Agħmilna nħossu aktar b’urġenza s‑sejħa biex naħdmu għas‑salvazzjoni ta’ kulħadd, sakemm tagħmilna lkoll poplu wieħed. Ispira l‑qlub tan‑nies kollha tiegħek biex ikomplu l‑ħidma ta’ salvazzjoni ta’ Kristu kullimkien sat‑trufijiet tad‑dinja.

Talb Universali

Ċelebrant: Meta nkunu nafu li l‑imħabba t’Alla testendi għall‑umanità kollha u b’mod speċjali għall‑iktar emarġinati u vulnerabbli, u li Kristu joffri l‑ħajja b’mod sħiħ lit‑tfal kollha ta’ Alla, nitolbu b’kunfidenza lil Alla li nħobbu.

Għall‑Missier Imqaddes, il‑Papa Franġisku, l‑Isqof tagħna ....... u s‑saċerdoti. Jalla jkunu riflessjonijiet tal‑imħabba, tal‑ħniena u tas‑sensittività tiegħek kuljum. Nitolbu.

Għan‑nies kollha li jaħdmu mat‑tfal li għandhom l‑iktar bżonn ta’ kura tas‑saħħa, edukazzjoni u ħiliet tal‑ħajja, speċjalment dawk li bħalissa jinsabu fil‑Kambodja. Nitolbu li huma jissaħħu fix‑xogħol tagħhom bil‑mudell ta’ Ġesù u li kapaċi jaraw lil kull wieħed u waħda li jiltaqgħu magħhom bħala wild Alla. Nitolbu.

Għat‑tfal kollha li huma l‑aktar f’riskju, li jistgħu jkunu orfni jew sfidati b’diżabilità u li għandhom bżonn kura, kenn u nutrizzjoni fil‑Kambodja. Aħna nitolbu li jesperjenzaw it‑tama tal‑imħabba u t‑tenerezza tiegħek, u ma jibżgħux għax jafu li inti magħhom. Nitolbu.

Għall‑Knisja Missjunarja tagħna sabiex tibqa’ tkun iggwidata mill‑Ispirtu, u tkun sors ta’ mħabba u ħajja, skop u tiġdid, post fejn il‑qalb miksura tagħna, l‑għejun tagħna, il‑ġuħ tagħna, il‑morda u l‑foqra tagħna jistgħu jsejħu d‑dar tagħhom. Nitolbu.

Għalina lkoll nitolbu, billi aħna u resqin lejn il‑Ġurnata Missjunarju ta’ din is‑sena, Papa Franġisku jsejħilna biex kull wieħed u waħda minna msejħa bl‑imħabba, u mibgħuta għall‑imħabba, nistgħu nkunu ispirati mill‑qalb li tħabbat għall‑missjoni biex nagħmlu xi ħaġa straordinarja m’Alla għall‑missjoni tal‑lum. Nitolbu.

Ċelebrant: Missier ħanin, inti ssejħilna biex noħorġu lilna nfusna fis‑servizz ta’ mħabba lejn ħaddieħor. Nitolbu li nistgħu nkunu strumenti tal‑imħabba tiegħek hawn fil‑parroċċa tagħna u kull fejn immorru. Aħna nitolbuk li timla l‑komunitajiet tiegħek mifruxa mad‑dinja kollha bl‑imħabba tiegħek. Aħna noffru t‑talb tagħna permezz ta’ Kristu Sidna. Ammen.

Talba Ta’ Wara t‑Tqarbin

Mulej, agħmilna qaddisin billi naqsmu l‑Ewkaristija fuq il‑mejda tiegħek. Permezz tas‑sagrament tal‑Knisja tiegħek il‑popli kollha jistgħu jirċievu s‑salvazzjoni li Ibnek ġab permezz tat‑tbatija u l‑mewt tiegħu fuq is‑salib, għax hu Mulej għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

This article is from: