
4 minute read
Riżorsi
Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021 Ghax ahna MA NISTGHUX MA NITKELLMUX
FUQ DAK LI RAJNA U SMAJNA
ATTI 4:20
SMS: 5061 9294
għal donazzjoni ta’ €11.65
TEL: 5070 2063
għal donazzjoni ta’ €15
Għin liċ‑Ċentru Arrupe jagħti l‑kuraġġ lin‑nies b’diżabilità fil‑Kambodja. Agħti donazzjoni llum. Grazzi.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(V0/1178)
90
sena ħidma għall‑missjoni
MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt
Dawn l‑avviżi nħolqu biex jgħinu lill‑parroċċa tiegħek tippromwovi l‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta ’din is‑sena. Dawn huma metodi effettivi sabiex tinfurmaw lill‑parruċċani tagħkom dwar l‑appell li jkun imiss, u mod sabiħ biex tirringrazzjahom tal‑ġenerożità tagħhom u għall‑appoġġ wara t‑tmiem il‑ġimgħa tal‑appell. annwali ta’ Missio Malta. Din is‑sena aħna mistiedna nissieħbu mal‑Knisja fil‑Kambodja, li qed tilħaq lil dawk li kienu milquta minn diżabilità, u tagħtihom tama u appoġġ biex jgħixu ħajja sodisfaċenti.
Chen kellu biss 16‑il sena meta tilef saqajh it‑tnejn f’inċident tal‑mini tal‑art. Huwa kien jaf li ħajtu qatt mhi ser tkun l‑istess, u ħassu bla tama, sakemm hu u l‑familja tiegħu ġew avviċinati miċ‑Ċentru Arrupe. Immexxi mill‑Isqof Enrique ‘Kike” Figaredo Alvargonzalez, iċ‑Ċentru Arrupe jipprovdi lil tfal bħal Chen b’appoġġ u b’opportunitajiet li huma jista’ ma jkollhomx aċċess għalihom mod ieħor.
Il‑ġimgħa d‑dieħla inti ser tkun offrut l‑opportunità li tissieħeb personalment mal‑Knisja fil‑Kambodja biex tappoġġja programmi ffukati fuq il‑komunità u t‑tfal fil‑Kambodja. Jekk jogħġbok kun ippreparat li tagħti b’mod ġeneruż.
Powster tal‑Ġurnata
Missjunarja: Ninkoraġġuk sabiex twaħħal dawn il‑powsters fil‑parroċċa tiegħek, fejn l‑aktar li jidhru mill‑pubbliku.
Ġimgħa qabel il‑Ġurnata
Missjunarja: Fi tmiem il‑ġimgħa tal‑ġimgħa d‑dieħla l‑parroċċa tagħna se tkun qed iżżomm l‑appell missjunarju
Fi tmiem il‑ġimgħa tal‑Ġurnata Missjunarja:
Illum, l‑inċidenti kkawżati mill‑mini tal‑art għadhom iseħħu fil‑Kambodja, tfakkira
krudili tal‑passat ikrah tal‑pajjiż, anke għal dawk li kienu għadhom ma twildux matul is‑snin turbulenti tar‑Reġim tal‑Khmer Rouge u konflitti ċivili.
Ser tisma’ dwar l‑istorja ta’ Chen ‑ kif l‑inċident tiegħu tal‑mini tal‑art affettwalu mhux biss ħajtu, imma dik tal‑familja tiegħu; u kif iċ‑Ċentru Arrupe, immexxi mill‑Isqof Enrique Figaredo Alvargonzalez, qed jipprovdi lil ħafna tfal u familji affettwati minn diżabilità, l‑appoġġ li għandhom bżonn biex jgħixu ħajja dinjituża.
Illum għandek l‑opportunità li tappoġġja liċ‑Ċentru Arrupe hekk kif ikompli dan ix‑xogħol essenzjali. Id‑donazzjoni tiegħek ser tiffinanzja programmi ffokati fuq il‑komunità u t‑tfal immexxija mill‑Knisja fil‑Kambodja. Id‑donazzjoni tiegħek illum hija wkoll apprezzata ħafna u se tagħmel differenza kbira għal dawk fil‑bżonn fil‑Kambodja u madwar id‑dinja kollha.
Ringrazzjamemt il‑ġimgħa ta’ wara l‑appell tal‑Ġurnata Missjunarja:
Grazzi talli appoġġajtu l‑Appell tal‑Knisja ta’ Missio Malta ta’ din is‑sena permezz tad‑donazzjonijiet u t‑talb tagħkom. Il‑ġenerożità tagħkom tagħmilha possibbli għan‑nies, permezz ta’ programmi bħaċ‑Ċentru Arrupe, biex ikomplu jilħqu u jagħtu l‑kuraġġ lil nies bħal Chen u l‑familja tiegħu.
Grazzi wkoll lil tant parruċċani li jibqgħu jagħtu donazzjoni spissa permezz tad‑diversi metodi li Missio Malta jipprovdi lill‑benefatturi tiegħu.
Għal aktar informazzjoni dwar ix‑xogħol tal‑Missjoni Kattolika fil‑Kambodja u madwar id‑dinja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Missio Malta fuq 2123 6962 jew info@missio.org.mt jew żur is‑sit www.missio.org.mt.
Żewġ Vidjows tal‑Ġurnata
Missjunarja: Dawn il‑vidjows inħadmu sabiex iwasslu l‑messaġġ li Missio Malta qiegħed jiffoka fuqu din is‑sena; għajnuna lit‑tfal u żgħażagħ b’diżabilità li jgħixu fiċ‑Ċentru Arrupe, il‑Kambodja, sabiex jirċievu kura u edukazzjoni xierqa ħalli jkollhom tama għal futur aħjar. Dawn il‑vidjows huma mezz ta’ tagħrif għall‑animazzjoni missjunarja u għall‑appell ta’ ġbir ta’ fondi li huwa l‑għan aħħari fil‑Ġurnata Missjunarja u matul Ottubru kollu.
MA NISTGHUX MA NITKELLMUX fuq dak li RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20 Ghax ahna
Jekk se tuża l-posta, jekk jogħġbok waħħal bolla.
Jum Dinji Missjunarju
Ghax ahna MA NISTGHUX MA NITKELLMUX FUQ DAK LI RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Missio Għawdex Nru. 7, Triq l-Imgħallem, Ir-Rabat - VCT9066 Għawdex
Ghax ahna MA NISTGHUX MA NITKELLMUXfuq dak li RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20 Tista’ tagħmel donazzjoni online fuq www.missio.org.mt
Jum Dinji Missjunarju Ghax ahna MA NISTGHUX MA NITKELLMUX FUQ DAK LI RAJNA U SMAJNA
ATTI 4:20
Missio Malta Nru. 7, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta - VLT1171 Malta
Jekk se tuża l-posta, jekk jogħġbok waħħal bolla.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.(V0/1178)
Tista’ tagħmel donazzjoni online fuq www.missio.org.mt
Invilopp Mibgħut fid‑Djar:
Inti wkoll tista’ tagħti d‑donazzjoni tiegħek billi tpoġġiha fl‑invilopp li wasallek id‑dar f’dawn l‑aħħar jiem. Iċ‑ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta. L‑invilopp tista’ jew tibagħtu bil‑posta lil Missio Malta kif indikat fuqu stess jew inkella tħallih fil‑qoffa tal‑ġabra tal‑parroċċa tiegħek.
Jekk trid tgħin proġett
ieħor: Żur il‑websajt www.missio.org.mt/projects


Websajt ta’ Missio Malta:
Il‑materjal kollu għas‑sena 2021 ta’ Missio Malta għall‑Ġurnata Missjunarja jinsab fuq is‑sit: http://www. missio.org.mt Kull parroċċa tista’ tniżżel dan il‑materjal minn dan is‑sit, filwaqt li tħeġġeġ lill‑parruċċani jżuruh u jagħmlu l‑istess.

Isqof Enrique ‘Kike’ Figaredo Alvargonzalez, fundatur taċ‑Ċentru Arrupe f’Battambang fil‑Majjistral tal‑Kambodja.