
Dan l-insett huwa relatat maż-żunżan u man-nemel. Magħruf l-aktar għall-produzzjoni tal għasel u tax xema' u għall pollinazzjoni. Jingħad li jekk jinqered in naħal ikun katastrofu għall preżenza tal ħajja fid dinja. Bħall insetti kollha, il ġisem tan naħla huwa maqsum fi tliet partijiet: ir ras, is sider u ż żaqq; għandu tliet pari saqajn u par antenna. In-naħal għandhom ukoll żewġ pari ġwienaħ; il-par ta’ wara ferm iżgħar minn ta’ quddiem. Għandhom ukoll ilsien sofistikat li jippermettilhom jixorbu n nettaru mill fjuri. L għedewwa ewlenin tan naħal huma l għasafar, speċjalment il Qerd in Naħal, iż żnażan u l mazzarell. Ritratt meħud fl 20 ta’ Lulju 2021 f’Wied Binġemma, in Nadur Martin Attard
Ritratt tal faċċata: In-Naħla tal-Għasel (European HoneyBee, Apis millifera)

Anne Borg, Maltija li għexet ħajjitha fl Awstralja, kellha delizzju wieħed partikolari. Ta’ sikwit kienet toħroġ timxi ħdejn id-dar tagħha f’Maldon f’Western Australia tfittex muniti antiki u deheb. Għax f’dawk l inħawi kien hemm min sab xortih. U Anne, issa li ma kinitx għadha taħdem, setgħet tqatta’ ftit ħin tipprova xortiha u fl istess ħin tagħmel ftit eżerċizzju permezz tal-mixi. Iżda donnu li x xorti ma kinitx fuq in naħa tagħha għax għal għaxar snin qatt ma sabet xejn. La muniti u lanqas ġebel tad deheb. Iktar minn 3,000 passiġġata u ma sabet xejn. Iżda darba, proprju f’jum twelidha tas sena 2013 meta Anne għalqet il-81 sena, waqfet ħdejn gozz ġebel u trab fil lokalità magħrufa bħala Kalgoorlie u hemm quddiemha rat ġebla tleqq bir-raġġi tax-xemx. Ħasbet li kienet qed toħlom. Resqet u ġabritha u dlonk poġġietha fil but biex turiha lil xi espert li seta’ jgħidilha jekk dak li sabet kellux valur jew le. U l espert ikkonferma li fil-ġebla hemm traċċi tad-deheb u li kienet sabet teżor għax skont hu kellha f’idejha x’jiswa iktar minn 80,000 dollaru. Anne telqet ferħana lejn darha trodd ħajr lill-Mulej għax f’dak iż-żmien partikolari kellha xi spejjeż li ma setgħetx tlaħħaq magħhom faċilment u din il ġebla kienet ser issolvilha l problema kollha. Ġesù darba wkoll irrefera għal teżor moħbi f’għalqa. Qalilna li min isibu jmur ibigħ kollox biex jakkwista l għalqa u t teżor. U fissrilna li dan it-teżor hu l-Ġenna. Jalla aħna nistinkaw għal dan il-premju li jiswielna ħafna iktar mill ġebla tad deheb li sabet Anne. Għax waqt li d deheb ta’ din id-dinja jwassalna sal-qabar, it-teżor ta’ Ġesù hu dejjiemi u jibqa’ magħna u tagħna għal dejjem. 1 ’Id Settembru 2022 Nru.Ħarġa511
Għandek Minuta?
Nimxu Id F


Żewġ żgħażagħ imrobbijin tajjeb fil familja tagħhom marru għand San Tumas t’Akwinu filkunvent tad Dumnikani, imqanqlin mill-fama tal-qdusija u tal-għerf tiegħu, u talbuh jagħtihom xi regola għall-perfezzjoni.San Tumas qalilhom: “Tkunux kurjużi, u tkunux lablaba, u b’hekk intom taslu fejn tixtiequ.” 2 NimxuIdF’Id-Settembru2022 Dan ir rakkont huwa meħud mill ktieb Gabinetti fil-Museum, kollezzjoni ta’ ġrajjiet b’tagħlimiet li Dun Ġorġ kien jippubblika minn żmien għal ieħor. Jeżisti abbozz ta’ dawn il ġrajjiet li x’aktarx huwa tat-tmiem l-1947 jew il-bidu tal-1948. Wirt il-Fundatur Dun Ġorġ ħallielna teżor . . .f’kitbietu




Iltqajt mal-kelma Olokawst. Xi tfisser? Il partit Nażista fil Ġermanja ta’ żmien Hitler beda jippersegwita lill-gruppi ta’ bnedmin fosthom iż-Żingari u l-Lhud. Bena għalihom kampijiet ta’ konċentrament u dawk kollha li ntbagħtu fihom għaddew minn martirju tal biża’. Ħafna minnhom spiċċaw maqtula u l iġsma tagħhom maħruqa fil-fran ta’ dawn il-kampijiet. Fosthom forsi l-iktar li jissemmew kienu dawk ta’ Belsen u ta’ Auschwitz. Jikkalkulaw li fihom inħarqu iktar minn 6 miljun Lhudi u Lhudija u eluf ta’ Żingari. U eluf ta’ saċerdoti u Esperjenzareliġjużi.li turi li l bniedem bla Alla jasal għal kollox. NimxuIdF’Id-Settembru 2022 3 Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf


Maġijafil
Weraq
X jiġri meta l weraq ibiddel il kuluri qabel jaqa’ u jmut? Li jiġri huwa li fil-ħarifa, b’dawl inqas u temperaturi iktar baxxi, il-klorofil fil weraq jibda jitkisser mill pjanta stess biex din tieħu kemm tista’ minnu. Issa fil-weraq hemm ukoll kimiċi oħra kkuluriti, kannella, isfar u ħamrani, u li dawn issa, bin nuqqas tal aħdar tal klorofil, isiru prominenti.Ujerġa’ l istorja tal-klorofil hija daqsxejn iktar ikkumplikata, għax fil fatt hemm disa’ tipi ta’ klorofil, għalkemm erba’ huma l-iktar komuni. U mhux kollha ħodor. Pereżempju dak fl alka ta’ qiegħ il baħar huwa ħamrani. Dan għax it tip ta’ klorofil li fiha jista’ juża d dawl blu, iktar b’saħħtu, tal-ispektrum tax-xemx u jirrifletti dak aħmar. Id dawl tax xemx huwa taħlita ta’ kuluri (l ispektrum) u dawn huma vjola, blu, aħdar, isfar, oranġjo u aħmar. Fl aħħar nett, fuq nota daqsxejn stramba, jingħad li l klorofil ifuħ u sa ppruvaw japplikawh fil ħrieqi tat tfal. Forsi għalhekk xi ħadd ċiniku kiteb: The goat that stinks on yonder hill, Has browsed all day on chlorophyll. (Ta’ min jinnota li l-fatt li xi weraq huma bla riħa, oħrajn ifuħu, u oħrajn jintnu m’għandux x’jaqsam mal klorofil, imma ma’ ħafna kimiċi oħra b’funzjonijiet differenti, pereżempju jattiraw jew ikeċċu insetti.) 4 NimxuIdF’Id-Settembru 2022...jiktebDr.CoronatoGrech


li tiġina f’moħħna l-ġrajja ta’ wieħed mill kastigi li mess lill-Eġittu: “ u l ġradijiet telgħu fuq l art tal Eġittu, u strieħu fuq ir raba' kollu tal Eġittu, kotra kbira ħafna, li bħalha qatt ma kien hemm qabel, u lanqas ikun hemm wara. U ksew wiċċ l art kollha. L art iddallmet bihom, u kielu l-ħaxix kollu tal-art, u l-frott tas-siġar kollha li kien ħalla s-silġ, u ma baqax werqa ħadra mis siġar u mill ħaxix tar raba' fl art kollha tal-Eġittu”[Eż 10,14-16].
NimxuIdF’Id-Settembru2022 5 . . .jikteb Ritchie Grech
Fil lista ta’ insetti li setgħu jieklu l Lhud hemm il ġurat imma anke speċi li jixbhuh: “tistgħu tieklu l ġradijiet ta' kull xorta: il ġrad b'rasu kbira (locust), il ġrad aħdar (What Katy Did), il ġrad tad deżert (cricket), u s sarsur (grasshopper)” [Lev 11,22]. Jissemmew xi speċi oħra: “dak li ħalla l-ġrad qabbież kielu l-ġrad qerried” [Ġoel 1,4].
Hemm ħafna referenzi oħra, fosthom insibu lil San Ġwann il Battista li kien jikolhom (Mk 1,6) u f’dehra fl-Apokalissi (9,3-7).
Il-Ġurat Il-ġurat (grasshopper) hu insett solitarju. Imma f’ċerti kondizzjonijiet bħal meta jiżdiedu f’numru kbir jew bdil tal atmosfera, issir bidla fihom fil-kulur u fl-imġiba tagħhom u jingħaqdu fi ġlejjeb kbar u jeqirdu l-uċuħ tar raba’. Hawnhekk jibdew jissejħu ‘locusts’ li bil-Malti m’għandiex kelma għalihom.Żgur






F’April 2015 Kevin Carr irnexxielu jwettaq il ħolma ta’ ħajtu li jiġri madwar id dinja. Ġirja li ħaditlu 19-il xahar u ħaditu fil-kontinenti kollha. Jikkalkulaw li l ġirja tiegħu kienet ta’ 16,000 mil. Tul il-ġirja ma nafx kemm-il darba kellu jibdel il papoċċ għax ikun tqattagħlu. Bill Dudley ġie ddikjarat f’April 2015 bħala l ixjeħ ħaddiem mad ditta McDonald. F’dak ix xahar kien għalaq id 90 sena u meta fil festa li għamlulu xi ħadd staqsieh meta bi ħsiebu jirtira wieġeb: “Jien nemmen li x xogħol jagħtini s-saħħa. Għalhekk jaqbel li sakemm għadni b’saħħti nibqa’ naħdem.” Imbagħad issib min jirrabja għax-xemx għax jisbaħ tant ma jinżillux x xogħol. 6 NimxuIdF’Id-Settembru 2022 Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.





Min hu dilettant tal futbol internazzjonali jaf kemm hemm pika fil-belt Ġermaniża ta’ Munich bejn Bayern Munich u 1860 Munich. Din intweriet b’mod ħażin meta tliet partitarji ta’ 1860 Munich attakkaw partitarju tal-Bayern. Qattgħulu l-flokk u x-xalpa u għaffġulu l-beritta. Meta ttellgħu l qorti l maġistrat ħadhom bl aħrax u heddidhom b’sena ħabs iżda minflok, peress li din kienet l-ewwel darba li kisru l-liġi, ordnalhom biex imorru ma’ pulizija u mal vittma f’ħanut tas souvenirs sportivi u jixtru kull wieħed minnhom flokk, xalpa u beritta tal-Bayern lil dak il ġuvni li kienu attakkaw. Ħassewhom taċ-ċajt jixtru souvenirs tal-Bayern imma dejjem aħjar minn sena ħabs! U darb’oħra l imħallef ġa qalilhom li ma jkunx daqstant ħanin. NimxuIdF’Id-Settembru 2022 7





Id dawl huwa mewġa magħmula minn muntanji u widien. F’mewġ ta’ dan it tip, l-oġġett li minnu għaddejja lmewġa jiċċaqlaq ’il fuq u ’l isfel waqt li l mewġa timxi ’l quddiem. Int tista’ tagħmel mewġa ta’ dan it tip billi torbot ħabel ma’ ħajt u tistirah ftit u ċċaqlaq it tarf l ieħor ’il fuq u ’l isfel. Tara mewġa miexja ġol ħabel. Din il-mewġa hi polarizzata b’mod vertikali. Issa jekk ċċaqlaq idek la ġenba tagħmel mewġa b’muntanji u widien ukoll imma jkunu orizzontali. Mela din għandha polarizzazzjoni orizzontali. Tista’ toħloq direzzjoni oħra ta’ polarizzazzjoni. Issa dawl normali jkollu vibrazzjonijiet f’kull direzzjoni: vertikali, orizzontali u oħrajn. Mela dawl normali mhuwiex poralizzat. Wieħed mill modi kif toħloq dawl polarizzat hu billi tgħaddih minn biċċa plastik imsejħa polaroid. Il Polaroid tħalli jgħaddi dawl li qed jivvibra f’direzzjoni waħda biss. Eżempju tħalli l-vibrazzjonijiet vertikali biss jgħaddu jew dawk orizzontali biss. In nuċċali Polaroid fih dan it tip ta’ plastik biex tara minn ġo fih. U dawl rifless hu parti minnu jew kollu kemm hu polarizzat. Il plastik fin nuċċali jkun imqiegħed b’mod li ma jħallix jgħaddi dan id dawl rifless li jikkawża dija żejda (glare). Kien Edwin Herbert Land li vvinta plastic polaroid li ma jiswiex flus u jista’ jintuża b’mod ħafif. Kienet il kumpanija li waqqaf li vvintat il Polaroid Camera. Nafu li l mewġ elettromanjetiku hu magħmul minn muntanji u widien (tat-tip transverse waves) għax jista’ jiġi polarizzat. 8 NimxuIdF’Id-Settembru 2022 . . .jikteb Joe Portelli
In-Nuċċali Tax-Xemx Polaroid B’dan in-nuċċali, persuna tara iktar ċar għax id-dija żejda tiġi mneħħija. Din id dija żejda (glare) tiġi meta d dawl jirrifletti minn fuq is silġ jew minn fuq il wiċċ tal ilma. Għalhekk dawn in nuċċalijiet Polaroid jintużaw mis sajjieda, baħrin u dawk li jipprattikaw sport fuq is silġ u l bqija. Ejjew nippruvaw nifhmu x’inhi l polarizzazzjoni tad dawl. (Nota ta’ twissija: polarizzazzjoni fix xjenza m’għandhiex l istess tifsira bħal fil ħajja ta’ kuljum.)




X’suppost tikteb, bil-mod jew bil-mogħod ? Dan huwa żball li niltaqgħu miegħu ta’ spiss. Għal xi raġuni, hawn min jaħseb li meta niktbu bil-mod (EN: slowly) irridu ndeffsu għ biex niddistingwuha minn meta nużaw mod biex infissru ‘metodu’. Iżda, mhux hekk. L espresjoni bil mod ma teħtieġ l ebda għ u għalhekk għandek dejjem tikteb bil-mod. NimxuIdF’Id-Settembru 2022 9 Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd. Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com . . bil.niktbuMaltitajjebOrtografija Maltija



Awwissu huwa xahar għażiż wisq għalina u din is sena xi ftit iżjed għaliex ta’ kull sena nfakkru l-Anniversarju mill-ftuħ tal-Qasam tagħna fin Nadur. Din is sena dan l anniversarju kellu sinifikat ikbar għaliex fakkarna flimkien il-75 sena mill-ftuħ tal-Qasam tas-Subien fir-raħal tagħna u dan sentejn wara li l-Ġimgħa Museumina kellha titħassar minħabba l pandemija. Bdejna l attivitajiet tagħna bil-laqgħa tal-Ġuvintur is-Sibt 6 ta’ Awwissu, taħdita li saret minn Anton Mercieca li fakkar b’mod speċjali s sehem li kellu Dun Mikiel Attard f’din il laqgħa ta’ kull xahar u l fuljett Il-Ħbieb Isejħu. It Tnejn 8 t’Awwissu saret Quddiesa ta’ Ringrazzjament li fiha qaddes Mons Isqof Anton Teuma. F’din il-quddiesa ħa sehem il-kor tal-Qasam flimkien mas saċerdoti tal Parroċċa tagħna. Wara mbagħad huwa bierek il lift u wirja apposta li ttellgħet fis sala t’isfel bl isem ta’ 75 Sena. L għada t Tlieta kien jum iddedikat lit tfal u l adolexxenti tagħna. Bdejna b’quddiesa filgħodu u wara tajna bidu għal tournament tal-futbol b’bosta timijiet taż żgħar u tal kbar. Filgħaxija saru l-indoor games u l Finale ta’ Lobissajf taż Żgħar u tal-Kbar u wara sar il-festin u l premjazzjoni fil bitħa. Fit tmiem ta’ din l attività tajna keychain speċjali bil logo tal 75 sena lil dawk kollha li attendew. 10 NimxuIdF’Id-Settembru2022 tal-Qasam Mid-Djarju



L Erbgħa kellna feature dwar l istorja u l ħidma tal Qasam tagħna tul dawn l aħħar 75 sena. Din saret fil grawnd quddiem attendenza sabiħa. Xieraq li rroddu ħajr lil Kieran Borg li ħa ħsieb mill-bidu sal aħħar dan il feature kif ukoll lil dawk kollha li ħadu sehem fir-rekording. Il-Ħamis kellna ħin ta’ Adorazzjoni fil-grawnd. Mexxa din l adorazzjoni Fr. Reuben Micallef, il Viċi Parroku, fejn bena l ħsibijiet tiegħu mar rakkont tad-dixxipli t’Għemmaws. F’din l-attività ħa sehem ukoll il-kor tal-Qasam. Il mbagħadĠimgħatellajna l play ‘Dun Mikiel Attard’, play mistennija minn bosta, quddiem attendenza kbira. Fiha ħadu sehem madwar 40 attur li ppreżentaw xeni mill ħajja ta’ dan is Saċerdot
twajjeb li huwa wieħed mill benefatturi l kbar tal Qasam tagħna. Xieraq li rroddu ħajr lil kull min ta sehmu biex din il play tkun tista’ tittella’ kemm dawk li dehru fuq il palk kif ukoll lil dawk kollha li ħadmu ‘backstage’. Xieraq minn hawn nirringrazzjaw ukoll lil Peter Aquilina li ħa ħsieb ipinġi x-xeni kollha li mbagħad ġew ipproġettati fuq ‘big screen’. Għalkemm ilĠimgħa Museumina spiċċat, l attivitajiet tal Qasam xorta waħda baqgħu għaddejjin u għandna aktar attivitajiet ppjanati sal aħħar tas sajf. Komplu attendu u ħudu sehem f’dak kollu li għandna ippreparat għalikom! Mark NimxuIdF’Id-Settembru 2022 11 Tista’ taqra wkoll il fuljett f’forma diġitali. Żur il Paġna tal Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur




Fuljett maħruġ mill-Museum tas-Subien tan-Nadur
