
1 minute read
tal Qasam Mid-Djarju
Għallbidu ta’ Ġunju ġie fi tmiemu ttournament talfootball li konna bdejna lejn laħħar ta’ April. It-tournament intrebaħ mit-tim ta’ Jody Paul
Said. Saret ukoll premjazzjoni fejn tqassmu t-trophies lill-captain rebbieħ u l-captains tattimijiet l-oħra kif ukoll medalja lil kull min ħa sehem. Prosit lil kulħadd.
Advertisement
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju, 24 adolexxent mill-Qasam tagħna ħadu s-sagrament tal-konfermazzjoni minn idejn Mons Isqof Anton Teuma. Inħeġġuhom li issa li ħadu l-Ġriżma jkomplu jattendu għat-tagħlim regolari fil-Museum.
Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju beda wkoll Lobissajf taż-Żgħar permezz tal-kompetizzjonijiet tal-football. Qegħdin jieħdu sehem numru kbir ta’ tfal minn Year 1 sa Year 6 bil-captains Braydon Muscat u Landon

Abela. Lobissajf taż-Żgħar issa jieħu xejra differenti matul Lulju b’ħafna logħob ta’ ġiri u bżieżaq tal-ilma sakemm jasal fi tmiemu bil-Final lejn nofs Awwissu.
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023
Fil-bidu ta’ Lulju bdejna wkoll Lobissajf talKbar. Minħabba n-numru sabiħ ta’ tfal li nkitbu, din is-sena f’Lobissajf tal-Kbar se jikkompetu tliet timijiet. Nawguraw lill-captains

Jayden Abela, Carlos
Xuereb u Jody Paul Said kif ukoll lill f’dan il-logħob varjat u divertenti. Lobissajf tal jasal fi tmiemu t-Tlieta 8 ta’ Awissu.
Beda wkoll ix-xogħol marbut mal-Ġimgħa Museumina li din is-sena ser issir bejn is-7 u l-11 ta’ Awwissu, b’mod speċjali mal-Play li din is-sena ser tkun fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Bosco. Il-Play ġġib l-isem ta’ Ħolma Li Sawret Ħajja li fiha ser jieħdu sehem madwar 40 attur. Aktar dettalji fil-ħarġa li jmiss! Mark
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id
Nimxu Id F’Id - Lulju 2023 11



