3 minute read

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

(. . .mill-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

Sant’Antnin isib il mitlufin. U saħansitra, anke jekk hemm bżonn, Sant’Antnin itella l-qannata minn ġol-bir mil-leġġenda li xi ħadd seraqlu l tas-Salmi, u meta Sant’Antnin għamel talba, minn serqu minnufih ġabhulu. Jew skont verżjoni oħra, xi ħadd li tilef dan il-ktieb, meta talab lil Sant’Antnin dan malajr instab.

Advertisement

Nhar San Girgor (12 ta’ Marzu) il-kaboċċi ’tihom lill-ħmar għax wara nofs Marzu l-kaboċċa ma tibqax tajba.

Eviva San Filep (6 ta’ Ġunju ) la x-xitan irid hekk, jgħidha xi ħadd li jkollu jagħmel xi ħaġa li ma jridx jagħmilha. Konnessjoni daqsxejn kurjuża. U jerġa’ aktar l-oħra li tingħad meta xi ħadd jirrabja: Telagħlu San Filep.

Għal San Luqa (18 t’Ottubru) fiż-żara’ tistaħba għattuqa. Sa nofs Ottubru ż-żara’ jkun kiber daqs tiġieġa żgħira.

(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)

-

Il-Ġurdien u l-Far

Il-ġurdien minn dejjem kien preżenti fejn jgħix il-bniedem u anke fl-art tal-Palestina nsibu madwar 20 tip ta’ ġurdienn. Il-kelma Lhudija akbar kienet tirreferi għall-ispeċi kollha tal-ġrieden u firien. Kien annimal aborrit kif għadu sal-lum għax jagħmel ħafna ħsara lill-prodotti tar-raba’ u kien anke annimal imniġġes għal-Lhud: “U minn fost l-annimali li jitkaxkru fl-art dawn huma kollha mniġġsin: il il-ġurdien...” (Lev 11,29 il-pesta. Kien għalhekk li l-Filistin raddew lura lill

Iżraelin l-Arka tal- kienu milquta minn din l-epidemija qerrieda. Bħala tpattija raddew ukoll ħames ġrieden tad-deheb: bżieżaq tad-deheb u ħames ġrieden tad-deheb, skont l-għadd tal-prinċpijiet tal

Filistin, għaliex marda waħda qabditkom, lilkom ilkoll u l tagħkom. Agħmlu mela xbihat tal bżieżaq tagħkom u tal ġrieden li ħarbtu l-art, u tagħtu ġieħ lil Alla ta' Iżrael” (1 Sam 6,4-5).

Sal-lum għadek issib nies li jieklu l-ġrieden imma Iżaija x’aktarx kien qed jirreferi għal xi tip ta’ sħarijiet jew maġija meta jgħid: “. . .imorru fil- ġonna wara xulxin fid-dawra tas-sħarijiet, dawk li jieklu l-laħam tal-ħanżir, il-qżiżijiet u l-ġrieden, ilkoll jintemmu f'daqqa, oraklu tal-Mulej” (Is 66,17).

U jkompli: “dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden...” (Is 2,20).

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Meta l-plejer Korean Son Heung-min ingħaqad mat-Tottenham xtaq jixtri karozza ġdida. U dik li għoġbitu kienet ħamra. Iżda d-diriġenti tat-Tottenham ma ħallewx jixtri karozza b’dan il-kulur peress li hemm pika kbira f’Londra mal-klabb tal-Arsenal u billi dawn il-kulur uffiċjali tagħhom hu aħmar għalhekk Tottenham riedu li Son Heung jagħmel għażla oħra. Il-pika rari tħallik tirraġuna!

F’Settembru 2015, in-nies ta’ Wales skantaw jaraw raġel iġorr salib fit-toroq tal-bliet tagħhom. Għaddej minn belt għall-oħra jiġbed warajh salib kbir li kellu rota fuq l-injama l-wieqfa. U naturalment il-ġurnalisti marru biex jaraw x’inhi l-istorja:

“Jien kont drug addict. Iddeċidejt li nibdel ħajti. Bdejt kors ta’ rijabilitazzjoni. Komplejtu u llum inħossni ċert li qatt iktar ma jien ser nerġa’ naqa’ għal dan il-vizzju.. U ddeċidejt li nagħmel dan l-ispeċi ta’ pellegrinaġġ biex min jarani u jisma’ l-istorja tiegħi jkun jaf li fil-ħajja ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. . . għamel x’għamel.”

L-isem tar-raġel kien Clive Cornish. U l-pellegrinaġġ tiegħu serva żgur ta’ prietka.

Ix-Xemx Tagħna u L-Kwiekeb L-Oħra

Ix-xemx tagħna hija waħda minn mitt elf miljun xemx li nsibu fil-galassja tagħna. Mitt elf miljun jinkiteb 100,000,000,000 = 1 x 1011 .

Il-galassja tagħna nsejħulha Milky Way bl-Ingliż, bit-Taljan Via

Latea u bil-Malti t-Triq Ta’ Sant’Anna. Nistgħu naraw parti minnha biss għax aħna parti minnha. Bil-lejl u b’sema ċar bla dawl nistgħu narawha.

L-eqreb kewkba qribna hi msejħa Proxima Centauri u d-dawl idum ftit iktar minn 4 snin biex jasal għandna. Jiġifieri din l-eqreb kewkba hi mbiegħda 4 snin ta’ dawl ( light years).

Forsi fl-univers hemm xi żewġ triljun galassja! U dan li nistgħu naraw hu biss xi 4 fil-mija tal-univers. 26 fil-mija hu dark matter u 70 fil-mija hu dark energy.

Kull tikka fir-ritratt t’hawn taħt hi galassja. Deep Field Image mill-Hubble Space Telescope.

X’inhi d-differenza bejn każ u kas?

Dawn huma żewġ kelmiet li jħawdu lil ħafna nies u għalhekk ħsibna li tkun idea tajba li niċċaraw ftit id-dubji li hemm dwarhom u naraw f’liema kuntest jintużaw ‘każ’ u ‘kas’.

‘Każ’, miktuba biż-ż, hija l-ekwivalenti ta’ ‘case’ bl-Ingliż, bħal meta ngħidu: ‘Il-każ seħħ fis-satra tal-lejl’ jew ‘Qegħdin jinvestigaw każ ta’ qtil.’ Mhux neċessarjament iġġorr konnotazzjoni legali jew kriminali, imma jista’ jkollha tifsira ġenerika wkoll, bħal pereżempju: ‘F’każ ta’ ħruq, oħroġ ’il barra mill-bini malajr kemm jista’ jkun.’ jew ‘Fil-każ li tasal l-ajruport qabli, stennieni sa ma nasal.’ Mela nistgħu ngħidu li ‘każ’ tirreferi għal xi sitwazzjoni jew okkażjoni partikolari, jew għal xi ħaġa li tiġri jew tkun se tiġri.

U ‘kas’? ‘Kas’, bis-s, tfisser attenzjoni jew li tagħti kura u tintuża meta pereżempju ngħidu: ‘Agħti kasi!’ jew ‘Baqa’ dieħel fil-kamra mingħajr ma ta kas ta’ ħadd.’

Għalhekk, meta niġu biex niktbu ‘fil-każ’ għandna dejjem niktbuha biż-ż għax bażikament inkunu qed ngħidu ‘in the case of’, bħal meta ngħidu ‘Qed nispera li nilħaq nasal sal-10am, imma fil-każ ibdew mingħajri’ jiġifieri jekk il-KAŻ ikun li ma nilħaqx nasal fil-ħin, ibdew mingħajri.

This article is from: