1 minute read

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Kultant inħares lejn il-keyboards tal-kompjuter u nistagħġeb kif għalkemm huma ta’disinn differenti, l-ittri ta’ fuqhom huma dejjem fl-istess post. Min għamilhom l-ewwel darba hekk?

Fil-fatt dawn ma sarux għal kompjuter imma għat-typewriter. U għamilhom hekk il-ġurnalist Christopher Latham Sholes tal-gazzetta

Advertisement

Milwaukee News fis-sena 1868. Qabel żmienu kull ditta kienet tagħmel l-ittra kif jidhirlha imma dan il-ġurnalist ipperfezzjona l-ittri b’tali mod li ittra popolari ma tkunx ħdejn oħra popolari daqsha biex is-swaba’ ma jaħbtux flimkien. Meta ditti oħra raw kemm kien hemm ħsieb wara din l-għamla ta’ ittri, ikkupjawha huma wkoll. Hekk spiċċa t-tgergir tat-tajpisti li kienu jsibu diffikultà kbira meta d-ditta tbiddel il-mudell tat-typewriter. Issa kull ditta kienet toqgħod għall-istess sura ta’ keyboard fejn tidħol il-pożizzjoni tal-ittri. U milli jidher s’issa l-kompjuters għamlu l-istess.

Żammew dik li llum tissejjaħ

QWERTY keyboard għax dawn huma s-sitt ittri min-naħa tax- xellug fil-filliera ta’ fuq. Iżda fil-futur mhux ’il bogħod għad naraw tibdil f’din is-sistema u fil-fatt hawn ditti li diġà qed jagħmlu keyboards f’sura oħra.

This article is from: