1 minute read

tal-Qasam Mid-Djarju

Matul dan ix-xahar żarna

Fr. Raymond Portelli, missjunarju fil-Perù u old-boy tal-qasam tagħna. Għamlilna l-laqgħa tal-Ġuvintur u l-old boys kif ukoll qaddes il-quddiesa tat-tieni Ħamis li inzertat lejlet il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Advertisement

Inzertat ġurnata ta’ maltemp kbir b’temp li baqa’ jippersisti matul

Frar tant li anke xi passiġġata kellna nħassru. Imma organizzajna passiġġata għas-Salini wara li minħabba l-weekend tal-Karnival, il-passiġġata ma saritx.

Tkompla x-xogħol fuq il-Mejda tal-Appostli magħrufa aħjar bħala Iċ-Ċena tas-Sinjur Ġesù. Din issa tinfetaħ nhar

Ħadd il-Palm 2 ta’ April bi tberik mill-Arċipriet u tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira. Prosit lil dawk kollha li qegħdin jagħtu daqqa t’id biex din l-esebizzjoni titlesta.

Bdejna naħsbu wkoll għall-Play tal-Għid li din is-sena ġġib l-isem ta’ Ir-Rigal tan-Nannu. Se jieħdu sehem fiha diversi adolexxenti mill-Qasam tagħna taħt id-direzzjoni ta’ ħabibna Joseph Farrugia. Din ser issir darbtejn, il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta’ April. Prosit lil dawk kollha li qegħdin jattendu għall-provi! Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id

Nimxu Id F’Id - Marzu 2023

This article is from: