1 minute read

Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf

Min ivvinta l-Mobile phone

Advertisement

Hawn min isejjaħlu barka għax issib lil dak li jkun xħin trid. Hawn min isejjaħlu saħta għax in-nies ma jagħtuhx nofs siegħa kwiet. Żgur li hu mezz effikaċissimu u llum ħafna jippreferu li joħorġu bla kartiera milli bla mobile. Li jiskantana hu l-fatt li dan il fostna iktar milli naħsbu. Fil-fatt id-ditta Bell Laboratories kienet diġà ħabritu fl-1947. Imma kien biss ħafna snin wara li roħos fil-prezz u sar daqstant popolari. Illum anki r-riżultati tal-eżamijiet jaslulek fuqu. Min ikun ippreparat, jaqra r-riżultat u jbus il-mobile. Min ma kienx ippreparat. . . !! Nisperaw li int li qed taqra u se tistenna r-riżultati fix-xhur li ġejjin tagħmel bħal tal-ewwel.

This article is from: