
3 minute read
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
Xi kwotazzjonijiet inkoraġġanti
Kemm ix-xita, u kemm ix-xemx jagħmlu qawsalla - Paul
Advertisement
Cezanne.
Il-qawsalla tat xi ħaġa lin-nies li tgħaqqadhom - Gilbert Baker
Kuljum oħloq il-qawsalli tiegħek - Cas van Krah
Jekk tbiddel il-kuluri tal-qawsalla, il-qawsalla ma tibqax sabiħa -
Denis Diderot
Climb every mountain / ford every stream / follow every rainbow / till you find your dream
- Stephanie Laurens
Be thou the rainbow in the storms of life. The evening beam that smiles the clouds away, and tints tomorrow with prophetic ray
Lord Byron 4

Il-Farfett il-lejl
Illum ilkoll nafu li l-farfett il-lejl hu mammiferu li jtir u huwa l-uniku wieħed li jagħmel hekk. Imma mhux minn dejjem kien magħruf hekk. U milli jidher fi żmien li nkitbet il-Bibbja kien maħsub li hu xi tip ta’ għasfur. Fil-fatt il-farfett il-lejl hu magħdud mal-lista tal-għasafar li kienu ‘mniġġsin’ għal-Lhud u għalhekk ma setgħux jikluhom, kif insibu fil-kotba tad-Dewteronomju u l-Levitiku: “Mit-tjur dawn għandkom tistkerrhu, u ma għandkomx tieklu minnhom, għax moqżieża: l-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda, l-astur, kull xorta ta’ bies, kull xorta ta’ ċawlun, in-nagħma, il-kokka, il-gawwija u s-seqer ta’ kull ġens, il-barbaġann, il-margun, iż-żinna, il-kwakk, il-pellikan, it-tiġieġa tal-baħar, il-laqlaq, kull xorta ta’ russett, id-daqquqa tal-pinnaċċ u l-farfett il-lejl” (Lev 11, 14-19).


Il-farfett il-lejl joħroġ itir għall-frisk ta’ bil-lejl biex jaqbad l-insetti. Jibża’ mix-xemx u sħana u għalhekk matul il-jum jorqod ġo xi għar għall-frisk rasu ’l isfel. Interessaanti wkoll li l-farfett il-lejl ma jarax u jtir bla ma jaħbat permezz tal-echo location. Minħabba d-dehra tiegħu minn dejjem kien mistkerrah min-nies. Hekk jidher li kellu f’moħħu Isaija: “Dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden u għall-friefet il-lejl; Dakinhar il-bniedem jarmi xbihat allatu, tal-fidda u d-deheb li għamel biex iqimhom; jixħethom għall-ġrieden u għall-friefet il-lejl;” (Is 2, 20). Imma fil-fatt jagħmel ħafna ġid għax jiekol l-insetti. Xi speċi kapaċi jġorru xi mard ukoll.
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
F’Lulju 2015 sewwieq ta’ karozza tal-mejtin ħa l-qatgħa ta’ ħajtu meta wara li niżel mill-vettura biex jiffirma xi karti u jwassal tebut b’katavru fi sptar f’Atlanta Georgia sab li kienu serqulu l-karozza. Min seraqha aktarx li ma ridhiex għat-tul għax din instabet ftit mili bogħod minn fejn insterqet. Jew forsi ma ppretendiex li fiha ser ikun hemm tebut bil-mejjet b’kollox.

Sid il-karozza qal:
“Naħseb li l-ewwel darba li katavru waqqaf ħalliel.”
John Pederson, Clayton Nattier u Keith Herefort, kollha Amerikani, kellhom ħaġa oħra komuni. It-tlieta kienu suldati Amerikani fit-tieni gwerra dinjija u t-tlieta tħallew barra meta ġew għal għoti tal-medalji. Kitbu lill-awtoritajiet kemm-il darba iżda l-ittri tagħhom baqgħu bla tweġiba. Sakemm f’Lulju 2015 xi ħadd sab dawn l-ittri u ħass li għandu jagħmel xi ħaġa. U s-suldati ngħataw il-medalji li kien jistħoqqilhom. . . 70 sena wara! U fl-età veneranda ta’ disgħin jew iktar.

Sabiħa l-gratitudni. . . li tkun kapaċi trodd ħajr għal xi ġid li tkun irċivejt. U dan il-ħajr għandek twasslu malajr u mhux tistenna 70 sena!
The Recovery Trial
Martin Landray u Jeremy Farrar kienu fuq ix-xarabank numru 18 jivvjaġġaw minn Marylebone Station għal Euston Road f’Londra u kienu qed jiddiskutu studju dwar x’mediċina hi effettiva kontra l-Covid-19. Kien id-9 ta’ Marzu 2020 ftit jiem qabel l-Ingilterra għalqet ħafna affarijiet minħabba l-pandemija. Kienu raw it-traġedja li laqtet lill-Italja ta’ Fuq: trakkijiet bil-friżi għax il-kmamar mortwarji kienu mtlew. U riedu joħolqu studju qabel il-pandemija tolqot l-Ingilterra. Għalhekk ma’ Peter Horby ħolqu dan l-istudju: RECOVERY li tfisser Randomised Evaluation of COVID-19 Therapy.


Intgħażlu mediċini li
kienu jgħidu li tajbin għal kontra l-COVID bħal hydroxychoroquine u ddexamethosone. Il-pazjenti li ntgħażlu għall-istudju kienu milqutin b’mod gravi b’din il-pulmonita kkawżata millvirus. Kellhom bżonn ikunu l-isptar bl-ossiġenu jew fuq il-ventilator. Il-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu.
Imbagħad wara li jkun ingħata l-aħjar kura possibbli mill-isptar, il-kompjuter jagħżel li jagħtih jew ma jagħtihx din il-mediċina żejda. Hekk l-għażla tkun mingħajr preferenzi. Bl-Ingliż ngħidu li kienet randomised. Ħadu sehem iktar minn 40 elf pazjent.
F’inqas minn 100 ġurnata wara bdew ħerġin ir-riżultati: il-hydroxychoroquine ma tagħmel l-ebda differenza u d-dexamethosone tnaqqas l-imwiet b’terz ta’ dawk li jkunu fuq ventilator.
Nitgħallmu li hekk għandu jsir servej xjentifiku. Tistaqsi lil kulħadd, mhux lil min jaqbillek. Hekk ukoll fil-ħajja ta’ kuljum jekk trid tiskopri l-fatti.
Żagħżagħ jew żgħażagħ: Liema hija t-tajba?
Niktbu ‘żagħżugħ’ skont il-mudell ta’ ‘karkur’ u l‘għ’ għandha tmur minflok r‘r’. Jekk insegwu l-mudell ta’ ‘krakar’ naraw kif għandna niktbu ‘żgħażagħ’ u mhux ‘żagħżagħ’. Tista’ wkoll issegwi l-mudell ta’ ‘żraben’ u fejn ikun hemm r‘r’ għandha tiġi l‘għ’.
Ħares lejn l-eżempji t’hawn isfel biex tiftakar kif għandek tikteb
‘żgħażagħ’: karkur - żagħżugħ karkura - żagħżugħa krakar - żgħażagħ żarbun - żagħżugħ żarbuna - żagħżugħa żraben - żgħażagħ
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
