1 minute read

Mid-Djarju tal-Qasam

Wara l-attivitajiet sbieħ li ġab ix-xahar ta’

Diċembru, mal-bidu tax- xahar ta’ Jannar bdejna nżarmaw it-tiżjin kollu marbut mal-Milied flimkien mal-presepju artistiku li kellna din is-sena.

Advertisement

Mill-ġimgħa ta’ wara mbagħad beda x-xogħol fuq iċ-Ċena tas-Sinjur li din is-sena tinfetaħ fit-2 t’April. Din is-sena l-bini ta’ din il-wirja reġa’ lura fis-sala t’isfel minn fejn kienet ittellgħet għallewwel darba lura fl-1989. Ma nfetħitx biss fl-2020 minħabba li l-attivitajiet kollha kellhom jitħassru kif ukoll fl-2021. Is-sena l-oħra saret fil-kamra tal-ġenituri.

Nirringrazzjaw lil dawk l-old boys u adolexxenti li qed jagħtu daqqa t’id.

Wara l-Milied ir- rutina tal-Qasam tagħna reġa’ lura għan-normal.

Fit-tieni Ħamis tax-xahar kellna l-quddiesa fil- qasam. Qaddes għalina

Mons Ġużepp Attard li beda jfisser il-liturġija tal-Quddiesa, inizjattiva li ser ikompli jagħmel fil-quddiesa tal-qasam kull xahar.

Ma’ nofs Jannar il-gżejjer Maltin inħakmu minn maltemp xitwi li kien għadu ma deherx fostna filġimgħat ta’ qabel. Minħabba dan kellhom jitħassru xi passiġġati imma irnexxielna norganizzaw mixja sa Wied il-Mielaħ f’nofs ix-xahar. Nistiednu lil aktar adolexxenti biex jingħaqdu magħna filġimgħat li ġejjin.

Mark

This article is from: