2 minute read

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

Xi kwotazzjonijiet inkoraġġanti taqtir tad dmugħ tal lum huwa

Iċ-Ċerva

Advertisement

Iċ-ċerva hi mammiferu li kien jinstab fil-wesgħat xagħrja tal-Palestina. Iċ-ċerva hi annimal li kien ammirat għall-ġmiel tiegħu, meqjus mal-annimali safja u għalhekk seta’ jittiekel (Dewt 14, 5). Fil-fatt kien platt komuni fil-menù ta’ Salamun: “…barra miċ-ċriev u l-gazzelli uantilopi ubhejjem għariba” (1 Sl 5, 3). F’Salm 18, 34 l-awtur jikteb li Alla

“jagħmilli riġlejja bħal riġlejn iċ-ċriev.” Isaija jxebbah ir-ritorn tal-poplu lura lejn artu mimli ħeġġa: “imbagħad jaqbeż iz-zopp bħaċ-ċerv...” (Is 35, 6) u Ħabaqquq jafda fil-Mulej: “jagħmilli riġlejja bħal taċċriev” (Ħab 3, 19). L-għarusa fl-Għanja tal-Għanjiet ixxebbah il-maħbub tagħha: “donnuħaninigħażżielajewferħta’ ċerv” (Għan 2, 9. 17). L-awtur tal-Lamentazzjonijiet isemmi l-ħerba ta’ Ġerusalemm fejn: “il-kbarat tagħha saru bħaċ-ċriev” (Lam 1, 6). U lill-mara modesta l-Ktieb tal-Proverbji jgħid li hi: “bħalċervagħażiża” (Prov 5, 19). Imma liż-żienja: “iblah li hu, mar warajha. . . bħal ċerv marbut rabta sewwa” (Prov 7, 22).

Hemm diversi speċi ta’ ċriev u ma nafux eżatt għal liema speċi eżatta qed jirreferi l-awtur. Fil-fatt ġieli jsemmu ċ-ċerva u ġieli jsemmu l-għażżiela li huma differenti. Jissemma wkoll ir-roe deer li fil-Malti tniżżlet bħala ċerva, imma Mons Saydon uża l-kelma jaħmur, b’referenza għaċ-ċerva l-ħamra; l-ibex jew addax li fil-Malti ntuża l-kliem mogħża selvaġġa u

Saydon kiteb aqqo; u x-chamois li hi l-kamoxx (fil-fatt il-kamoxxa li nużaw kienet tiġi mill-ġilda tagħha) u Saydon uża l-kelma żemer (Dewt 14, 5).

Nimxu Id F’Id - Frar 2023

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Meta Joan Wells, bużnanna minn Dornoch fl-Iskozja, għalqet

89 sena f’Lulju 2015, uliedha u wlied uliedha staqsewha x’tixtieq bħala rigal ta’ għeluq sninha. U din pronta talbithom li tixtieq ferm li tagħmel skydive. . . tintelaq minn ajruplan marbuta ma’ parachute.

Ma tantx qablu ma’ din ix-xewqa għax beżgħu li Joan ma tkunx tiflaħ għal din il-battikata iżda ma ridux jiksrulha xewqet qalbha.

U xewqitha ntemmet b’wiċċ il-ġid bi tbissima fuq fomm kulħadd.

Fir-Rumanija ftit huma dawk in-nies li jagħtu d-demm. Jew jibżgħu, jew jgħidu li ma għandhomx ħin jew isostnu li dan jista’ jġib il-mard.

Insomma ħafna kawteli biex din l-opra qaddisa ta’ karità ma tingħatax.

L-awtoritajiet fi sforz biex iżidu lil persuni li jkunu lesti li jagħtu d-demm ħarġu b’idea oriġinali.

Jagħtu biljett għal xi serata mużikali speċjali. Min ħareġ bl-idea qed jgħid li l-esperiment qed jiġbed ħafna klijenti ġodda.

Forsi titħajjar int ukoll meta tikber tingħaqad ma’ bosta oħrajn u tagħti sehmek f’din il-karità kbira lejn ħutna l-bnedmin. Ir-rigal tal-karità tiegħek jagħtihulek il-Mulej li wiegħed ħlas anki għal min jagħti tazza ilma aħseb u ara għal min joffri ftit demm.

L-Iskala Deċibel

L-iskala deċibel (decibel scale) hi skala li tkejjel il-qawwa tal-ħoss. L-inqas ħoss li nisimgħu b’widejna huwa żero dB (deċibel) li hu intensità ta’ 1 pW/ m2.. 1 pW hu 1 picowatt= 1 x10-12 W li hu wieħed minn miljun ta’ miljun ta’ watt. Dan hu ammont żgħir ta’ enerġija kull sekonda li qed taqa’ fuq wiċċ li hu kbir metru kwadru. Dan il-fatt juri kemm widnejna huma sensittivi.

Din l-iskala hi logaritmika (logarithmic scale ). L-iskala Richter tat-terremoti u l-iskala pH tal-aċti u tal-alkali huma wkoll logaritmiċi. Fi skala logaritmika (log) meta titla’ b’numru, il-kwantità ssir għaxar darbiet iktar. Għax fil-logarithms, 10 jiġi 1 u 100 jiġi 2. Dan isir biex kwantitajiet li jitbiddlu minn ftit għal ħafna jpoġġuhom fiċ-ċokon. Fuq l-iskala deċibel, kull darba li titla’ b’10 deċibels (li hu 1 bel), l-intensità (l-enerġija kull sekonda kull metru kwadru) issir 10 darbiet iktar imma widnejna jħossu li l-ħoss jgħajjat id-doppju.

Kont taf li fil-widna tagħna hemm l-iżgħar tliet għadmiet ġo ġisimna li jgħidulhom il-martell, l-inkwina u l-istaffa (hammer, anvil, stirrup)?

Dawn iġibu ruħhom ta’ lieva (lever) u hekk ikabbru l-vibrazzjonijiet ġol-likwidu fil-parti ta’ ġewwa tal-widna biex jintbagħat messaġġ lill-moħħ.

-

This article is from: